PARROCCA SANT' ANDRIJA

L-istorja tal-Parrocca tul is-snin

Il-Vara Titulari ta' Sant' Andrija Appostlu

Meta fl-1574 Monsinjur Pietro Duzina nhatar Inkwizitur, Delegat Appostoliku u Vizitatur ghal Malta, hu zar il-knejjes u l-kappelel kollha ta’ dawn il-gzejjer.  Skond ma hallielna miktub mill-erba’ mija u erbatax-il knisja jew kappelel li sab hdax minnhom kienu dedikati lil Sant’ Andrija, wiehed mill-akbar numru fost il-qaddisin patruni (1). Dan ifisser li d-devozzjoni lejn dan il-qaddis kienet stabbilita sewwa f’pajjizna. Mal-medda tas-snin izjed artali jew knejjes gew dedikati lill-istess qaddis appostlu.

 

Il-vara titulari ta’ Sant’ Andrija

Nhar il-5 ta’ Frar 1778, is-Surgent Andrea Camenzuli minn Hal Luqa u li f’dawk is-snin kien joqghod il-Birgu, ordna statwa ta’ l-injam (legname di ponente) tirrapprezenta lill-Appostlu Sant’ Andrija minghand Mastru Cosimo Scolaro mill-Isla. (2) Flimkien ma’ l-istatwa, skolpita skond disinn tal-kapumastru Giuseppe Bonnici, (3) gew ordnati wkoll il-pedestall u l-bradella izda minghajr il-lasti.  L-istatwa, seba’ palmi gholja, kellha tkun lesta minn kollox ghaz-zebgha u induratura fi zmien sena ghall-prezz ta’ 120 skud, li minnhom l-iskultur Scolaro rcieva 20 skud bil quddiem. Il-bilanc kellu jithallas mat-tlestija tal-vara. Ta’ min jinnota li wiehed mix-xhieda f’din l-obbligazzjoni kien Felice Penza. (4)

Ghal xi raguni mhux maghrufa din l-obbligazzjoni ma twettqitx u nhar il-25 ta’ Awissu 1778 il-ftehim iffirmat minn Felice Penza li deher fuq il-kuntratt ghan-nom ta’ Andrea Camenzuli gie mhassar. (5)  Seta’ gara li l-iskultur Cosimo wegga’ jew marad u ma setax jahdem.  Sadattant, Felice rcieva minghand Cosimo l-valur ta’ seba’ skudi fi njam biex ipattu minn dawk l-20 skud li kien ircieva bil-quddiem.  Fl-istess waqt Cosimo ntrabat li jhallas il-kumplament tad-dejn, hames skudi fid-29 ta’ Awissu u zewg skudi kull xahar sa mill-ahhar ta’ Settembru ta’ l-istess sena.

Fl-istess jum tal-25 ta’ Awissu, Penza, f’ismu u f’isem Camenzuli, ftiehem ma’ l-iskultur Giuseppe Scolaro, hu Cosimo, biex jiehu f’idejh ix-xoghol bhalma kien moghti lil huh. (6) L-istatwa kellha titlesta fi zmien seba’ xhur ghall-istess prezz ta’ 120 skud. Giuseppe rcieva 27 skud bil-quddiem li minnhom kellu valur ta’ seba’ skudi fi njam. Kundizzjonijiet ohra tal-ftehim ma nbidlux.

L-istatwa tlestiet kif kien miftiehem u fil-5 ta’ April 1779 Andrea Camenzuli stqarr li kien rcieva l-istatwa bil-pedestall u l-bradella skond il-ftehim iffirmat qabel ma’ Felice Penza u f’ismu. Min-naha l-ohra Giuseppe Scolaro rcieva l-kumplament tal-flus (93 skudi) li kien fadallu jiehu. (7)

Fl-1975 Dun Guzepp Micallef kiteb hekk, “F’Novembru 1781 l-Isqof Labini ra l-istatwa lesta fin-nicca taghha fejn il-fonti tal-maghmudija”. (8)  Dik il-habta l-Isqof Vincenzo Labini kien qieghed jaghmel zjara pastorali lill-parrocca ta’ Hal Luqa.  Dan jaghtina x’nifhmu li kienet din l-istatwa mahduma mill-iskultur Giuseppe Scolaro, ghalkemm id-dokumenti ma jaghtux hjiel car ghal liema skop Andrea Camenzuli kien ordna l-istatwa dedikata lil Sant’Andrija. (9)  F’dawk is-snin Camenzuli, ghalkemm minn Hal Luqa kien joqghod il-Birgu.  Tghid kienet xi weghda personali li jaghti rigal lill-Knisja jew l-imhabba li kellu ghal dan il-qaddis!

L-iskultur Bormliz, Abram Gatt, irrestawra din il-vara fis-sena 1913 u ghamel disinni godda ghall-bankun u l-bradella ta’ l-istess vara, xoghol imwettaq minn Luqa Grixti. (10)

 

Xi xoghlijiet ohra ta’ l-ahwa Scolaro

Giuseppe u Cosimo Scolaro kienu jahdmu kemm ghal rashom kif ukoll flimkien u billi Giuseppe kien il-kbir, Cosimo akkwista l-esperjenza mehtiega minghand huh.  Fid-9 ta’ Frar 1769 l-ahwa Scolaro rcevew is-somma ta’ 75 skud dovuti ghall-iskultura ta’ pulptu fil-knisja parrokkjali ta’ Hal Tarxien minghand Dun Vittorio Bianco mill-istess rahal, f’ismu u f’isem il-prokuraturi il-Padrun Angelo Zammit u Ignazio Caruana. (11) L-ahwa Scolaro weghdu li jwahhlu zewg fuljetti ma’ kull sieq tal-pulptu fi zmien qasir u dan ghal ebda hlas iehor.

Barra minn skultura fl-injam Giuseppe gieli hadem xoghol fil-gebla Maltija. Nhar id-19 ta’ Awissu 1774 Dun Orazju Mallia, prokuratur ta’ l-artal tar-Ruzarju fil-parrocca ta’ Hal Ghaxaq, talab il-permess ta’ l-Isqof biex ikun jista’ juza tliet mitt skud minn somma ta’ 500 skud li diga’ kienet hemm migbura minghand il-parruccani ghal xoghol ta’ skultura fuq l-altar u l-faccata tieghu. (12)  Barra din is-somma l-prokuratur diga’  kellu f’idejh 100 skud moghtija minn persuna devota.  Dun Orazju talab ukoll biex ikun jista’ jaghmel il-kuntratt ma’ l-iskultur. (13)  Sar il-ftehim ma’ Giuseppe Scolaro biex jiskolpixxi l-faccata ta’ l-altar ghal prezz ta’ 425 skud.  Nhar id-19 ta’ Mejju 1776 sar ftehim ahhari bejn il-prokuratur Dun Grattio Mallia u Giuseppe tal-hlas tax-xoghol. (14)           

Cosimo Scolaro kien ukoll jigi mqabbad jaghmel xoghol ta’ skultura sew fl-injam kif ukoll fil-gebla.  Fit-22 ta’ April 1783 hu ftiehem ma’ Dun Guzepp Scasciato, bhala prokuratur tal-artal dedikat lil Santa Lucija fil-knisja ta’ San Publiju gewwa l-Furjana, biex jiskolpixxi l-gwarnicjun ta’ dan l-artal ghall-prezz ta’ 40 skud li minnhom rcieva 5 skudi bil-quddiem. (15)  Dan ix-xoghol kellu jixbah lil dak skolpit fl-artal dedikat lil San Gaetano fl-istess knisja u kellu jitlesta fi zmien 40 jum.

Cosimo gieli gie mqabbad biex jahdem fuq il-flotta tal-Ordni ta’ San Gwann flimkien ma’ skulturi ohra. Hekk nhar il-11 ta’ Lulju 1765 flimkien ma’ Pietro Borg u l-ahwa Francesco u Vincenzo Dimech inqasmet bejniethom is-somma ta’ 330 skud ghal xoghol ta’ skultura fuq il-bastiment navali San Zaccaria ta’ l-Ordni. (16) Il-kunjom Scolaro jfakkarna f’nies tas-sengha specjalment f’dawk il-bennejja tal-bastimenti navali ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. (17)

Il-kummissjonijiet ghall-knejjes ma naqsux.  Fid-29 ta’ Lulju 1785 Cosimo rcieva 44 skud min ghand Dun Giuseppe Falzon talli skolpixxa zewg kwadri ta’ l-injam wiehed dedikat lil San Guzepp u l-iehor lill-Bambin Gesu’ fil-knisja parrokkjali ta’ Bormla. (18)

 

Taghrif qasir bijografiku fuq il-familja Scolaro u z-zewg ahwa skulturi

Giuseppe u Cosimo Scolaro kienu tnejn mill-ulied ta’ Michele li kien mizzewweg lil Franciscita.  Bejn is-snin 1710 u 1736 dawn kellhom hdax-il wild li nghataw dawn l-ismijiet - Joachim, Joseph (13 ta’ Di`embru 1710): Elena, Sophia (21 ta’ Frar 1712): Joannes, Dominicus (4 ta’ Awissu 1715): Josephum, Felicem, Nicolaum (5 ta’ Dicembru 1717): Anna, Maria, Catherina (4 ta’ Novembru 1720): Catherina, Maria (13 ta’ Marzu 1723) (19) Teresiam, Rosalbam (14 ta’ Ottubru 1725): Laurentium, Felices (27 ta’ Novembru 1726): Grazia, Helena (13 ta’ Frar 1730): Helena, Maria, Olympia (30 ta’ Novembru 1732) u Ignatius, Joannes, Cosmus (13 ta’ Lulju 1736). (20)

Sfortunatament sitta minn dawn l-ulied mietu f’ eta zghira. Joannes miet fit-2 ta’ Frar 1717 ta’ xi tmintax-il xahar, Felix miet fis-16 ta’ Di`embru 1720 fl-eta’ ta’ madwar erba’ snin, Elena mietet fid-19 ta’ April 1728 fl-eta’ ta’ xi hmistax-il sena, Felix miet fis-17 ta’ Ottubru 1729 fl-eta’ ta’ madwar erba’ snin, (21) Catherina mietet fl-10 ta’ Awissu 1742 fl-eta’ ta’ xi ghoxrin sena u Helena mietet fit-8 ta’ Gunju 1743 fl- eta’ ta’ madwar sittax-il sena. (22) Michele, il-missier, miet fil-11 ta’ Frar 1758 meta kellu madwar 85 sena (23) u martu Francisca mietet fit-30 ta’ Novembru 1775 fl- eta’ ta’ xi 87sena. (24)

Fl-1752 il-familja Scolaro kienet tghix fid-dar numru 175 gewwa Strada detta ta Carbona. (25) Michele kellu 67 sena, martu Francischita 57 sena u t-tfal Giuseppe 40 sena u Cosimo 16-il sena.  Kellhom ohthom soru, Suor Catarina li kellha 31 sena.

Nhar it-13 ta’ April 1755 Giuseppe Scolaro zzewweg fil-parrocca ta’ l-Isla lil Catarina Fenech bint Angelo u Beatrice. (26) Erba’ snin wara, nhar it-30 ta’ April 1759, Cosimo izzewweg ukoll l-Isla lil Theresa Grech bint Giuseppe u Clara. (270 Fl-1781 il-familja ta’ Giuseppe (69 sena) kienet tikkonsisti f’martu Catarina (64) u z-zewg uliedu Francesco (24) u Michele (20). (28) Min-naha l-ohra l-familja ta’ Cosimo (45 sena) kienet tikkonsisti f’martu Theresa (40) u tliet uliedu Michele (22), Maria (17) u Xaveria (7). (29)  Lejn tmiem is-seklu tmintax u fis-snin ta’ wara, il-kugini Michele,30 iben Cosimo, u Francesco, iben Giuseppe, imitaw lil missirijiethom fix-xoghol ta’ l-iskultura.

 

Konkluzjoni

Fil-parrocci Maltin id-drawwa li jordnaw u jiskolpixxu statwa ta’ l-injam ghall-festa titulari tar-rahal bdiet diehla gmielha. Kien hemm skulturi ohra mag]rufa fit-tieni nofs tas-seklu tmintax barra l-ahwa Scolaro: fosthom Andrea Imbrogl, (31) Giovanni Caruana, (32) Antonio Fabri, (33) Vincenzo Dimech u Mariano Gerada. (34)

Il-parruccani ta’ Hal Luqa kienu mill-ewlenin li riedu jonoraw lill-qaddis patrun taghhom bi statwa barokka kif kienet id-drawwa preferita fi zmienhom, statwa li zzejjen il-knisja u taghti l-gieh misthoqq lill-qaddis patrun Sant’ Andrija.

 

 

Dr John Debono BA (Hons), M.A., Ph.D., Il-Vara titulari ta’ Hal Luqa u l-iskultur taghha, Fuljett Parrokkjali, 2005

 ________________________________

Referenzi

1              G. Aguilina OFM u S. Fiorini (ed.), Documentary Sources of Maltese History Part IV Documents at the Vatican No. 1 Archivio Segreto Vaticano Congregazione Vescovi e Regolari Malta: Visita Apostolica no. 51 Mgr Petrus Dusina, 1575, Malta 2001, passim.

 2             A(rkivju) N(utarili) V(alletta), Nut(ar) S. S. Buttigieg, R 110/18, ff. 445v-447. Ara Dok. 1. Wiehed ghandu jinnota li l-erba’ kuntratti li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-istatwa fil-volum originali tan-nutar Buttigieg m’humiex registrati: idem., Ms. 634/14.

 3             Giuseppe Bonnici (1707-79) kien minn Hal Luqa: {. Micallef, Hal Luqa Niesha u Grajjietha, Malta 1975, pp. 151-52. Bonnici kellu diversi karigi importanti fi zmien l-Ordni ta’ San Gwann. Fost l-ohrajn naraw li mill-1761 sa l-1779 kien kapumastru tax-xoghlijiet pubblici (Capomastro delle Opere).  Fost ix-xoghlijiet li wettaq insibu t-tkomplija tal-Castellania u l-bini tad-Dwana fil-Belt. Kien imqabbad ihazez ukoll pjanti ghall-knejjes fosthom dawk ta’ San Publiju fil-Furjana, ta’ Santu Wistin fil-belt Valletta u aktarx ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur Ghawdex: L. Mahoney, 5000 Years of Architecture in Malta, Malta 1996, pp. 175, 179, 182, 223, 302 n 17, 309-11 u 327. Ara wkoll E. F. Montanaro, ‘L-Imghallmin fis-sengha tal-bini u l-altar ta’ San Tumas fil-Knisja ta’ San Publiju’, fi Il-Furjana Program Festa San Publiju, 1989.

 4             Felice Penza fi zmienu kien suprastant tal-Fundazzjoni Cottoner, xoghol li dam jokkupah g]al 45 sena. F’Gunju 1774 meta kien f’etaˆ avanzata u marid, kiteb lill-Gran Mastru ta’ l-Ordni ta’ San Gwann biex wara mewtu dan l-impjieg jaghtih lil ibnu uniku Frangisku.  Sa dan it-tant Frangisku kien qed jaghti sehmu sewwa fl-istess Fondazzjoni meta missieru kien ikun marid. Ghalhekk it-talba giet milqugha, izda li jibqa’ jithallas bil-gurnata dment li missieru kien ghadu qed izomm dan l-impjieg: B(ibljoteka) N(azzjonali) V(alletta), A(rkivju) ta’ l-O(rdni) ta’ San {wann 1192, Suppliche (1771-1777), ff. 212-212v. Penza kien habrieki fil-parrocca ta’ Hal Luqa, kien ufficjal fil-fratellanza tas-Sagrament: Micallef, p. 128.

 5             ANV, Nut. S. S. Buttieg, R 110/18, ff. 445v-446, kuntratt mar[inali. Ara Dok. 2.

 6             Ibid., ff. 873v-875. Ara Dok. 3.

 7             Ibid., ff. 873v, kuntratt marginali. Ara Dok. 4.

 8             Micallef, p. 129.

 9             Wiehed jinnota li fuq il-kuntratt ma deher ebda prokuratur tal-Knisja u l-anqas ma jidher li giet ipprezentata xi talba lill-awtoritajiet ekklesjastici biex jitwettaq dan ix-xoghol.

 10          Micallef, p. 275.

 11          ANV, Nut. F. Glison, R 296/1, ff. 481-481v.

 12          ANV, Nut. F. Garoffolo, R 279/6 (1775-77), ff. 418-419 (1775-76).

 13          Nhar it-3 ta’ Settembru 1774 l-isqof approva din it-talba: ibid.

 14          Ibid., ff. 416v-418.

 15          Il-bilanc kellu jithallas skond il-progress tax-xoghol: ANV, Nut. G. A. Vella, R 472/36, ff. 494-495.

 16          BNV, AOM 1873, Conti della cassa della Congregazione delle Navi 1755-1768, f. 426v.

 17          Agostino, Antonio, Baldassare, Daniele, Giovanni Battista, Giuseppe, Raimondo u ohrajn kollha ‘Scolaro’ kienu maghrufa sewwa f’dan il-qasam: J. Debono, Trade and Port Activity in Malta 1750 - 1800, Malta 2000, pp. 25, 29, 31, 44, 47 u 58. G]al aktar tag]rif, ara A. Quintano, The Maltese-Hospitaller Sailing Ship Squadron 1701 - 1798, Malta 2003, pp. 107-112.

 18ANV, Nut. V. Azzopardi, R 38/4, ff. 492-493. Fl-24 ta’ Awissu 1785 Francesco Briffa r`ieva ming]and Dun Giuseppe Falzon 47 skud talli kien hadem il-kwadru dedikat lil San Guzepp: Ibid., ff. 528v-529.

 19          A(rkivju) P(arrokkjali) B(ormla), Liber Baptizatorum, Libro 4 (1707-1723), ff. 46v, f. 69v, 106, 135,176 u 209v rispettivament. 

 20          Ibid., Liber Baptizatorum, Libro 5 (1724-1743), ff. 29v, 47v, 95v, 128v u 173v rispettivament.

21           Ibid., Liber Defunctorum, Libro 3 (1679-1737), ff. 177, 210, 250v u 256 rispettivament.

 22          Ibid., Liber Defunctorum, Libro 4 (1737-1753), ff. 28 u 33 rispettivament.

23           Ibid., Liber Defunctorum, Libro 5 (1754-1764), f. 18v.

24           Ibid., Liber Defunctorum, Libro 6 (1764-1776), f. 119v.

25           A(rkivju) A(rciveskovili) F(urjana), Status Animarum Civitatis Burmula 1752, f. 33.

26           A(rkivju) P(arrokkjali) I(sla), Liber Matrimonii, vol. ii (1715-1773), p. 493.

27           Ibid., pp. 514-515.

28           AAF, Status Animarum Civitatis Senglea 1781, f. 20.

29           Ibid., f. 9v.

30           Fit-30 ta’ Settembru 1804 Michele rcieva is-somma ta’ 150 skud bhala hlas tal-pedestall tal-vara tal-Madonna tar-Ruzarju tas-Siggiewi: E. F. Montanaro, ‘L-Iskultur Mariano Gerada (1766-1823)’, fi Lehen is-Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar, nru. 45 (1988), p. 8.

31           J. Debono, ‘Il-Vara titulari taz-Zejtun u l-iskultur taghha’, It-Torca, 15 ta’ Mejju 2005. Fl-1761 Imbrogl hadem wkoll l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu gewwa l-Imdina: S. Abela, Il-Karmelitani fl-Mdina (1649-1994), Malta 1994, p. 70.

32           Gwann Azzopardi, ‘L-Istatwa ta’ San Pawl’, fi Il-Festi Taghna Rabat, Malta 1977.

33           J. Bezzina, Sannat fi Grajjet Ghawdex, Malta 1989, p. 265. Ara ukoll, J. Debono, ‘Organ-builders (eighteenth century)’, fi Art and Artisans in St John’s and other Churches in the Maltese Islands ca. 1650-1800 stone carving, marble, bells, clocks and organs, Malta 2005, p. 397 n.

34           Montanaro, pp. 2-14.