"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

Festa Kristu Re 2014

Din is-site ser tigi aggornata kuljum fil-Gimgha tal-Festa   ........  hajjar lil shabek u emigrant biex jidhlu fiha kuljum

 

Il-Hadd 20 ta' Lulju  (Jum iz-zghazagh)

It-Tnejn 21 ta' Lulju  (Il-Ftuh tal-Festa)

It-Tlieta 22 ta' Lulju   (Jum il-Familja) 

L-Erbgha 23 ta' Lulju

Il-Hamis 24 ta' Lulju

Il-Gimgha 25 ta' Lulju  (l-Ahhar Jum tat-Tridu)

Is-Sibt 26 ta' Lulju  (Lejliet il-Festa)

Il-Hadd 27 ta' Lulju  (Jum il-Festa)

 

  

 __________________________________________________________

 

Il-Hadd 20 ta' Lulju  :  (Jum iz-Zghazagh)

Quddiesa popolari hafna li issir fil-Knisja Parrokjali kull nhar ta' Hadd fis-7.30, li tkun organnizat minn grupp ta' zghazagh mill-Parrocca. Il-Hadd 20 ta' Lulju din il-Quddiesa saret fuq iz-zuntier b`tema ta' Festa , li biex nghidu hekk taghti bidu ghal Festa ta' Kristu Re ghal din is-sena.

 

 

 

 

 

It-Tnejn 21 ta' Lulju (Il-Ftuh tal-Festa)

 

Il-Ftuh tal-Festa 2014  ....  wara l-Quddiesa tas-6.30pm sar hin ta' talb u wara l-Istatwa Titulari ta' Kristu Re harget fuq iz-zuntier akkumpanjata mill-Banda Kristu Re fost l-applaws u l-ferh tal-Pawlisti

..... wara l-Banda Kristu Re kompliet b`marc madwar it-Toroq ta' Rahal Gdid

 

 

__________________________________________________________

 

Fi tmiem il-marc itellet l-Istatwa tal-Qalb ta' Gesu' quddiem il-Knisja Storika ta' Sant'Ubaldeska. Tajjeb niftakru li l-Parrocca kienet idedikata lil Qalb ta' Gesu' qabel ma saret idedikata lil Kristu Re. L-Inkwadru Titulari ta' din il-Knisja juri lil Qalb ta' Gesu' xoghol mill-isbah ta' Lazzaro Pisani.

 

Il-Marc intemm fil-Pjazza principali

 

 

 

It-Tlieta  22 ta' Lulju  (Jum il-familja)

Matul din il-gurnata l-aktar li kien ikkoncentrat fuq it-tfal u l-familja. Qabel il-Quddiesa tat-tfal tas-6.30pm, saret Purcissjoni Ferrihija mit-tfal u wara saret attivita' fuq iz-zuntier  ........  b`kuncert minn "Virtuosi"

  

 

 

Kuncert minn "Virtousi" waqt serata organnizata ghal familja fuq iz-Zuntier tal-Knisja Parrokjali

 

Il-Marc ta' l-Erbgha

Il-Marc ta' l-Erbgha li kien organnizat mill-Ghaqda Zghazagh Pawlisti madwar it-Toroq Principali ta' Rahal Gdid. Fi tmiem il-marc gie imzanzan Ark artistiku fi Triq tal-Borg bhala sfond ghal Istatwa ta' Kristu Re ta' l-istess kazin.

 

 

 

Il-Marc tal-Hamis 

Il-Marc tal-Hamis hu organnizat mill-Kummisjoni Festa Kristu Re, din is-sena kienet mistiedna l-Banda San Guzepp ta' Hal Kirkop, li daret mat-toroq ta' Rahal Gdid. Fi tmien il-marc giet imtella l-istatwa tal-Granmastru De paule fil-Pjazza principali li hi imsemmija ghal istess Granmastru.

Il-Briju tal-Marc kien organnizat mill-Ghaqda Zghazagh Pawlisti  fi hdan il-Banda Paola

Wara l-Marc kien hemm mejda Maltija ghal dawk kollha li xtaqu jkomplu jiehdu gost fil-Festa.  Prosit ta' din l-inizjattiva.

 

Il-Marc Tradizzjonali tal-Gimgha

Il-marc tal-Gimgha hu l-aktar marc imfittex minhabba li ghandu Tradizzjoni kbira.  Marc li jsir fl-ahhar Jum tat-Tridu u li fi tmiemu , f`nofsil-lejl, titghella l-Istatwa ta' Kristu Re fuq il-Kolonna f`nofs il-Pjazza.

 

Lejliet il-Festa

Is-Sibt 26 ta' Lulju  ........... lejlet il-Festa ta' Kristu Re.

Qabel il-Quddiesa tas-6.30pm sraet it-Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tas-Salib Imqaddes immexxija minn Fr. Brian Gialanze' li ghadu kemm gie ornat sacerdot dan ix-xahar stess u li qieghed jaghti servizz fil-Parrocca taghna.

mad-Dhul tar-relikwa , saret l-Ewwel Quddiesa Solenni Koncelebrata ta' Fr. Brian

 

 

 

 

Wara l-Quddiesa saru it-tqeghid ta' Kuruni f`riglejn Kristu Re fil-Pjazza.

 

 

Wara sar program fuq il-plancier mis-Socjeta' Fil GM Fra Ant. De paule , banda kristu Re. Programm imzewwaq b`siltiet ta' muzika mill-isbah, u fi tmiemu saret Wirja ta` nar u muzika .

 

 

 

 

Jum  il-Festa

Il-Hadd 27 ta' Lulju kienet il-Jum tal-Festa   .....   gurnata mimlija attivita kemm barra kif ukoll fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re.

Wara l-Quddiesa Solenni , fil-11am, hareg il-Marc Tradizzjonali ta' filghodu li dar madwar it-Toroq Principali u fi tmiemu saret Wirja ta, karti, nar u muzika.

 

Il-Marc ta' Filghodu 

 

Wara l-Quddiesa Pontifikali harget il-Purcissjoni li daret mat-toroq principali ta' Rahal Gdid

 

Prosit u Grazzi lil dawk kollha li matul is-sena jaghtu il-hin taghhom biex il-Festa kull sena tkun success. 

   

 

Members Area

Newest Members

Upcoming Events

Recent Blog Entries

Recent Photos