Madonna Tad-Duttrina- Tarxien

Festa Sekondarja

Merhba

 

Id-Devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duttrina f' Hal Tarxien taf il-bidu taghha fl-1748, meta l-Isqof Fra Paolo Alpheran de Bussan waqqaf fil-parrocca kongregazzjoni taht il-harsien tal-Madonna tad-Duttrina. Din il-kongregazzjoni kompliet tizviluppa l-aktar fis-seklu 19, meta Malta giet mahkuma mill-Inglizi li riedu jdahhlu t-taghlim protestant taghhom. Fl-istess zmien l-irhula bdew jaraw it-twaqqif ta' Fratellanzi godda li bdew jaghmlu l-festi taghhom aqwa minn tal-Fratellanzi li diga' kienu jezistu, dan ghaliex bdew jiccelebraw festa b' zewg aspetti , dak intern u l-iehor estern. Barra minn hekk kien zmien tajjeb biex jaqbdu dawn il-festi godda, dan ghaliex il-frevur ghar-religjon beda jizdied u wara li l-maggoranza tal-parrocci kienu qed jistabilixxu sew il-festi titulari taghhom bdew jahsbu ghat-tieni festa hekk imsejha sekondarja.

 

F' Hal Tarxien is-sitwazzjoni talbet li l-festa tal-Madonna tad-Duttrina tibda ssir minn qabel ma' giet eretta l-Fratellanza fl-1874. Dan peress li l-festa titulari kienet tkun iccelebrata f' Marzu, b'hekk kienet tkun fir-randan u sahansitra gieli giet fil-Gimgha Mqaddsa. Dan kien ifisser li l-festa ma ssirx u nies ta' Hal Tarxien ma setghux jiccelebraw, b' hekk riedu jfttxu jaraw x' jaghmlu halli jkunu bhal irhula ohra. Ghalhekk il-festa tal-Madonna tad-Duttrina bdiet tkun iccelebrata bil-kbir ghax kienet issir f' Gunju. Xhieda ta' dan hija dokumentata fil-kotba li ghandha l-Fratellanza ta' meta kienet ghadha kongregazzjoni, tant li fl-arkivji kollha tal-parrocca l-ewwel ircevuta ghal hlas li sar ghal servizz li tat il-banda tar-rahal, tinsab f' dawn il-kotba.

 

Jidher car li sa sentejn biss wara li twaqqfet il-Fratellanza(1874) jigifieri fl-1876 il-festa kienet kibret sew. Dan jghidu rapport dwar din il-festa li deher fil-Malta News tal-21 ta' Gunju 1876. Dan ir-rapport jghid li fil-festa kienu jarmaw l-armar, jixghelu d-dwal u jaghmlu nar sabih. Jinghad li n-nar tant kien sabih li ghadda sahansitra n-nar li kien inhadem mill-barranin fl-okkazjoni taz-zjara tal- Princep ta' Wales f' Malta, li lill-Gvern kien swielu madwar £500.

 

Maz-zmien il-festa kompliet tissahah u tikber, hawn ta' min ifakkar li ghalkemm dak iz-zmien l-armar fit-toroq ma kienx bhal-lum, l-armar fil-knisja kien mill-aqwa ghaliex il-kursija, l-kappelluni u l-kor kienu jkunu armati bid-damask, kien ikun hemm il-hames linef tal-kristall fil-kursija u l-maggur kien jintrama bl-istess armar fil-festa titulari u dik sekondarja.

 

F' dan l-istess zmien tal-bidu jidher li origina wkoll il-laqam tas-Serduk ghal din il-festa, li ghalkemm hadd ghadu ma jaf xi jfisser ezatt jidher li kien qabad sew sal-bidu tas-seklu 20 tant li f' ritratt tan-nar mehud fl-1929 tidher bandiera bis-serduk fuqha.

 

 

 

 

Din is-sit giet miftuha fl-15 ta' Ottubru 2007

Din is-Sit giet aggornata fl-4 t' Awwissu 2009

 

Merhba

 

 

Il-Pittur tad-Duttrina

 

 

Ritratti

 

Festa 2009

 

 

 

 

 

  

 

Dan is-sit mhux is-sit uffiċċjali tal-Festa Sekondarja li tigi iccelebrata gewwa Hal Tarxien f'gieh l'omm tad-Duttrina.

 

 

 

Merhba

Ritratti Godda

 

Videos Godda

Membri Godda

Duttrinist u kburi!!!Denise >>>VTD<<< 

Kalendarju

No upcoming events

Recent Blog Entries

No recent entries

Recent Forum Posts

No recent posts