PARROCCA SANT' ANDRIJA

L-istorja tal-Parrocca tul is-snin

L-istorja tal-Parrocca tul is-snin

 Ir-rahal ta' Hal Luqa kien jaghmel parti mill-Parrocca ta' Bir Miftuh, li llum din ta' l-ahhar taghmel parti mill-Gudja.  Sa mill-1497, f'Hal Luqa insibu Knisja iddedikata lil Sant' Andrija Appostlu.    Fil-fatt, fiz-zjara ta' Mons. P. Dusina insibu li din il-Knisja kellha seba' hnejjiet u tliet artali.  Il-kwadru titulari ta’ din il-Knisja tpitter minn Filippu Dingli fil-bidu tas-seklu 17.  Dan juri lill-Kuncizzjoni flimkien ma’ Sant’ Andrija u San Pawl.

Il-Papa Urbanu VIII baghat id-digriet ghat-twaqqif tal-Parrocca ta' Hal Luqa fl-4 ta' Marzu, 1632 lill Vigarju Apostoliku Fra Salvatore Imbroll, izda dan ma twettaqx mill-ewwel.  Fil-fatt Hal Luqa giet iddikjarata Parrocca fil-15 ta' Mejju, 1634 mill-inkwizitur Martino Alfieri.  L-ewwel Kappillan kien Dun Wistin Cassia, S.Th.D.  L-ewwel maghmudija rregistrata fir-registru tal-Parrocca ggib id-data ta' l-4 ta' Gunju filwaqt li l-ewwel zwieg kien fit-23 ta' Lulju 1634.  Nhar l-20 t'Awissu ta' l-1634, twaqqfu solennament il-fratellanzi tas-Sagrament u tar-Ruzarju waqt il-vista pastorali tal-Vigarju Kapitulari Pontremoli.

In-nies tar-rahal bdew jahsbu sabiex jibnu knisja ikbar, u ghalhekk, fl-1634 stess bdiet tinbena l-Knisja l-gdida fil-lok fejn kien hemm zewg kappelli iddedikati lil San Giljan u lil Sant' Anton Abbati fuq disinn ta' Dun Gulju Muscat.  Fl-1635, Dun Dumink Muscat gie ordnat sacerdot u qaddess l-ewwel quddiesa tieghu nhar il-21 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena.  Nhar id-9 ta’ Novembru ta’ l-1636, l-Isqof Balaguer zar il-Parrocca ta’ Hal Luqa u amministra ghall-ewwel darba is-sagrament tal-Grizma ta’ l-Isqof.  Fl-10 ta’ Dicembru ta’ l-1656, l-Isqof Balaguer ghamel zjara pastorali u fost affarijiet ohra, huwa ipprofana hames kappelli zghar fosthom dik ta’ San Tumas u ta’ San Nikola.

 

Fl-1658, Dun Wistin Cassia temm il-parrokat tieghu u minfloku lahaq Dun Mattew Gatt.  Dan ta’ l-ahhar kompla stinka sabiex jitlesta’ l-bini tal-Knisja.  Huwa miet nhar l-14 ta’ Novembru ta’ l-1673 u ndifen fil-Knisja Parrokkjali.  Nhar il-15 ta’ Mejju ta’ l-1674, Dun Karlu Cassia ha l-pussess bhala Kappillan tal-Parrocca, izda wara biss erba’ snin kellu jirtira minhabba li kien marid.  Fil-fatt, Dun Guzepp Lamagna gie nominat Kappillan tal-Parrocca fl-1678.  Fis-sena 1683, Dun Frangisk Theuma lahaq Kappillan tal-Parrocca, u tul il-parrokat tieghu saru diversi visti pastorali mill-Isqof Cocco Palmieri.

 

Fl-1687 tpitter il-kwadru titulari ghall-Knisja l-gdida, xoghol il-pittur maghruf Mattia Preti, filwaqt li fl-1692 saret l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju.  Il-bini tal-Knisja dam sejjer hafna snin.  Fis-sena 1693, inbeda xoghol ta’ tibdil fill-Kor tal-Knisja fuq stil barokk.  Fl-1699 tlesta x-xoghol fuq il-Kor il-gdid u nbeda x-xoghol fuq il-faccata tal-Knisja.  Dan ix-xoghol tlesta fl-1709.  Il-Knisja Parrokkjali kien fiha ghaxar artali.  Fuq kull naha tal-artal maggur kien hemm l-artali tac-Cintura, tar-Ruzarju, tat-Twelid u tal-Agunija.   L-artali l-ohra li kien hemm kienu iddedikati lil Sant' Anna, San Duminku, Santa Marija u San Mikiel.

 Fit-28 t’Ottubru ta’ l-1710, Dun Injazju Agius lahaq Kappillan tal-Parrocca.  Tul il-parrokat tieghu huwa gie akkuzat li abbuza mis-sagrament tal-Qrar u intbghat 3 snin habs.  Huwa kellu jinhareg fl-1714 minhabba ragunijiet ta’ sahha. Fl-1715, Dun Injazju rega’ ha t-tmexxija tal-Parrocca f’idejh.  F’din l-istess sena ingiebet ir-Relikwija ta’ Sant’ Andrija mill-Monasteru ta’ San Fabjan u San Sebastjan f’Ruma.  B’digriet mahrug minn Ruma twaqqfet solennament il-fratellanza tal-Madonna tac-Cintura nhar it-28 t’April ta’ l-1720.  Fl-1723 tlestiet l-iskultura tal-Kor il-gdid tal-Knisja Parrokkjali.  Sena wara, thabbret il-mewt tal-Kappillan Agius li sehhet nhar il-15 ta’ Settembru, 1724.  Dun Marju Mifsud ha l-pussess bhala Kappillan tal-Parrocca.

Fl-1725 inbeda x-xoghol fuq iz-zuntier tal-Knisja.  Nhar l-4 ta’ Mejju ta’ l-1737, Dun Anton Casha lahaq Kappillan tal-Parrocca.  Fl-1745, l-Imghallem Antonio Farrugia beda jahdem fuq is-sedji tal-Kor.  L-iskultura kollha giet fdata f’idejn l-iskultur Halluqi Pietru Saliba.  Dan ix-xoghol tlesta fl-1746.  Waqt zjara ta’ l-Isqof Alpheran de Bussan fil-Parrocca fl-1752, huwa fahhar hafna dan ix-xoghol hekk sabih.  Fl-1757, l-iskultur Pietru Saliba lesta l-pulptu tal-Knsija filwaqt li l-Kappillan Casha temm il-parrokat tieghu nhar il-15 ta’ Novembru ta’ l-1759.  Dun Mikiel Maxta ha l-pussess bhala Kappillan tal-Parrocca.  L-istatwa titulari ta’ Sant’ Andrija inhadmet mill-Iskultur Giuseppe Scolaro fl-1779.  Waqt vizta pastorali mill-Isqof Vincenzo Labini fl-1781, huwa ra din l-istatwa lesta hdejn il-fonti tal-maghmudija.

 

Fit-13 ta’ Dicembru ta’ din l-istess sena, l-Isqof Labini baghat lil Dun Orazju Gafa bhala vigarju kurat sabiex jghin lill-Kappillan Maxta peress li kien kwazi ghama ghall-kollox.  Il-Knisja Parrokkjali giet ikkonsagrata mill-Isqof Vincenzo Labini nhar is-7 ta’ Dicembru ta’ l-1783.  Fl-1795, inxtraw zewg qniepen godda mill-Avukat Giuseppe Casha.  Dawn inhaddmu fil-funderija G. Trigance.  Nhar l-10 t’Ottubru ta’ l-istess sena, thabbret il-mewt tal-Kappillan Maxta u minfloku gie nominat Dun Tumas Scicluna bhala Kappillan tal-Parrocca.  Dan ta’ l-ahhar dam imexxi sas-sena 1801.  Nhar l-14 ta’ Dicembru ta’ l-1801, Dun Vincenz Buhagiar lahaq Kappillan, izda kellu jirtira sena wara minhabba li kien marid.  Huwa miet nhar it-30 ta’ Novembru ta’ l-1802 fl-eta’ ta’ 36 sena.

 

Fl-1803, Dun Guzepp Sultana ha l-pussess nhala Kappillan tal-Parrocca.  Il-Corpo Santo ta’ San Felicissimu ingieb mill-Katakombi ta’ Santa Cirijaka f’Ruma fl-1833.  Sena wara, inhadmet statwa tal-qaddis mill-iskultur Pietru Pawl Azzopardi.  Fl-1838 beda x-xoghol fuq l-artal maggur, u tlesta minn kollox fl-1840.  Sett ta’ 12-il Appostlu izzanznu fil-festa ta’ Sant’ Andrija ta’ l-1842 sabiex jintramaw fuq l-artal maggur tal-Knisja.  Fl-1848, Dun Frangisk Buttigieg lahaq Kappillan tal-Parrocca, u wara sena kellu jirtira.  Nhar is-27 ta’ Gunju ta’ l-1849, Dun Vincenz Magri ha l-pussess bhala Kappillan tal-Parrocca.  Id-damask tal-Knisja beda jinhadem fl-1854, kif ukoll sar xi xoghol fuq l-artali kollha tal-Knisja.  Fl-1862, is-Sacerdot Halluqi Dun Pietru Cassar lahaq Kappillan tal-Parrocca, izda miet sena wara fis-27 ta’ Dicembru ta’ l-1863.  Dun Lawrenz Frendo Rossi lahaq Kappillan fl-1864.

 

Fl-1866 lesta l-ostensorju tar-Relikwija ta’ Sant’ Andrija, filwaqt li l-paviment tal-presbiterju u tal-Kor beda jitqieghed fl-1870 u tlesta seba’ snin wara.  Fl-1871 tlesta d-damask kollu tal-Knisja.  Dun Guzepp Trapani ha l-pussess bhala Kappillan tal-Parrocca fl-1877 wara l-mewt tal-Kappillan Frendo Rossi.  Fl-1879, indaqqet ghall-ewwel darba l-antifona ta’ Sant’ Andrija miktuba minn Dottor Paolo Nani li kien Maestro di Cappella tal-Knisja ta’ Hal Luqa.

Nhar is-7 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena, tbierket l-istatwa tal-Immakulata Kuncizzjoni li tinsab f’Misrah tal-Knisja.  Din saret fuq inizjattiva ta’ l-arluggar Mikelang Sapiano.  Fl-1881, Mikelang Sapiano hadem l-arlogg tal-Knisja Parrokkjali.

Fl-1884, Dun Guzepp Tagliaferro ha l-pussess bhala Kappillan tal-Parrocca.  Wara erba’ snin, nhar it-8 ta’ Jannar ta’ l-1888, Dun Orazju Grima lahaq Kappillan tal-Parrocca minfloku. Tul il-parrokat ta’ Dun Orazju Grima, inbeda x-xoghol fuq in-navi u l-faccata tal-Knisja fl-1901.  Il-pjanti saru mill-Perit Frangisku Sammut u gew approvati mill-Isqof Pietru Pace nhar l-1 ta’ Mejju.  Ix-xoghol beda nhar is-16 ta’ Mejju ta’ l-istess sena.  Fl-1902, il-Kappillan Grima halla t-tmexxija tal-Parrocca minhabba ragunijiet ta’ sahha, u minfloku lahaq Dun Anton Vella fl-1903.  Lejn l-ahhar ta’ din is-sena, ix-xoghol fuq in-navi kien lest.  Fl-1904, tlestew l-erba’ artali tal-kappelli l-godda, filwaqt li fl-1908 tbiddlet l-arkitettura tal-kappelluni biex tigi taqbel ma’ dik tan-navi.  Dan ix-xoghol sar fuq parir ta’ l-Isqof Gaetano Pace Forna.  F’din l-istess sena, il-pittur Giuseppe Cali hadem diversi xogholijiet ghall-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa.

 

Ix-xoghol fuq iz-zuntier il-gdid beda fl-1910.  F’din l-istess sena saru zewg fontijiet ta’ l-ilma mbierek, inhademet il-gallerija ta’ l-orgni mill-Imghallem Luqa Griscti u saret l-iskultura tan-nicec ta’ Sant’ Andrija u tal-Madonna minn Pawlu Falzon fuq disinn ta’ Abraham Gatt.  L-istatwa tar-redentur li nsibu fuq il-faccata tal-Knisja saret fl-1911 mill-iskultur Frangisku Saverju Sciortino.  Fl-1913, Abraham Gatt irrestawra l-istatwa titulari ta’ Sant’ Andrija, kif ukoll hejja d-disinni ghall-pedestall, bradella u bankun godda ghall-istess statwa.  L-istatwa waslet lura Hal Luqa nhar it-23 ta’ Novembru.  Ix-xoghol fuq il-bradella u l-bankun sar mill-Imghallem Luqa Griscti.

 

Fl-1914 tpoggew f’posthom zewg statwi ohra fuq kull naha ta’ l-istatwa tar-Redentur, li jirraprezentaw il-fidi u t-tama. Fl-1920, Dun Guzepp Magri ha l-pussess bhala Kappillan tal-Parrocca.  F’Jannar ta’ l-1924 inbeda x-xoghol fuq id-damask tan-navi u tlesta erba’ snin wara.  Fl-1928 ingiebu sett ta’ qniepen godda ghall-Knisja Parrokkjali.  Dawn inhadmu fil-funderija Prospero Baricozzi ta’ Milan fl-Italja.  Il-qniepen tbierku waqt celebrazzjoni solenni nhar is-26 t’Ottubru mill-Isqof Dom Mauro Caruana.  Il-qanpiena l-kbira tpoggiet f’postha nhar is-18 ta’ Novembru filwaqt li l-erba’ l-ohra tpoggew f’posthom ftit tal-jiem qabel.

 

Fl-1929 Dun Salv Pavia lahaq Kappillan tal-Parrocca.  Tul il-parrokat tieghu, inbeda x-xoghol fuq ic-cimiterju l-gdid fi Triq il-Gudja.  Il-pjanti saru mill-Perit Indri Micallef.  Nhar id-29 ta’ Jannar ta’ l-1936 griet l-ahbar li l-Kappillan Pavia kien miet.  Fl-10 ta’ Mejju ta’ l-istess sena, Dun Guzepp Debono lahaq Kappillan tal-Parrocca.  Fl-1940 inbeda x-xoghol fuq il-paviment tal-Knisja.  Nhar id-9 t’April ta’ l-1942 iggarfet parti mill-Knisja Parrokkjali, ezattament in-naha tal-Kappellun tar-Ruzarju.  Ghal-quddies beda jintuza l-artal ta’ Santa Marija fuq in-naha l-ohra tal-Knisja.  Nhar it-8 ta’ Mejju ta’ l-1943, il-qniepen daqqew mota ta’ ferh sabiex ihabbru t-tmiem ta’ l-attakki fuq Malta.

 

F’Settembru ta’ l-1944 beda x-xoghol tal-bini tal-Knisja Parrokkjali mill-gdid.  L-Imghallem Geraldu Spiteri ha t-tmexxija tax-xoghol kollu, filwaqt li l-Perit Indri Micallef hazzez il-pjanti tal-Knisja l-gdida.  Inbena hajt gholi taht il-Kampnar tal-qanpiena l-kbira minhabba li seta’ jiggarraf.  Fl-1947 issaqfet il-korsija sa l-arkun tal-pilastri magguri u tlestew in-navi tax-xellug.  Dan ix-xoghol tbierek nhar id-9 ta’ Marzu mill-Isqof Emmanuele Galea.  Il-kappellun ta’ l-Agunija kellu jinhatt u jinbena mill-gdid sabiex jigi jaqbel ma’ l-arkitettura l-gdida tal-Knisja.  Il-koppla tal-Knisja bidet tinbena fl-1950 u tlestiet fis-sena 1952.

 Nhar id-29 ta’ Settembru ta’ l-1952 beda x-xoghol fuq il-kampnar tal-qanpiena l-kbira, u rega nbena mill-gdid kif kien qabel il-gwerra.  Nhar it-12 ta’ Mejju ta’ l-1953 giet iccelebrata l-ewwel Quddiesa fuq l-artal maggur il-gdid.  Fl-1955 inbniet il-parti tan-nofs tal-faccata tal-Knisja u saru xi tibdiliet fl-arkitettura.  Nhar il-Milied tas-sena 1956, is-Sacerdot Halluqi Dun Innocenz Borg ha l-pussess bhala Kappillan tal-Parrocca.  F’din l-istess sena, beda x-xoghol fuq il-paviment ta’ l-irham tal-Knisja.  Fl-1958, l-Imghallem Giuseppe Galea hadem is-sedji tal-Kor, filwaqt li l-via Sagra inhaddmet fil-bronz mill-artist Pietro Tavani fl-1961.

 Il-Knisja Parrokkjali l-gdida regghet giet ikkonsagrata nhar is-26 ta’ Settembru ta’ l-1962 mill-Arcisqof Mons Mikiel Gonzi.  Fl-1964 inhadem il-pulptu mill-Imghallem Giuseppe Galea, filwaqt li l-orgni l-gdid izzanzan nhar il-festa ta’ Sant’ Andrija ta’ l-1967.  Dan l-orgni inhadem mid-ditta Vincenzo Mascioni ta’ l-Italja.  Fl-1970 il-pittur envin Cremona pitter zewg kwadri ghall-Kor tal-Knsisja filwaqt li fl-1974, ingiebu minn spanja sett ta’ hames linef tal-kristall sabiex jintuzaw fil-festa ta’ Sant’ Andrija.  Il-pittur Pawlu Camilleri Cauchi hadem erba’ kwadri laterali ghal-kappelluni tal-Knisja.  Tnejn minnhom kienu lesti fl-1976 waqt li t-tnejn l-ohra tlestew is-sena ta’ wara.

Fl-1980, il-Kappillan Borg inhatar Monsinjur tal-Katidral u minfloku lahaq Dun Kalcidon Vassallo bhala Kappillan tal-Parrocca.  Il-Knisja regghet inzebghet mill-gdid fl-1984.  Dun Guzepp Vella inhatar Kappillan tal-Parrocca fl-1986.  Il-lunetti tal-koppla tpittru mill-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi fis-sena 1989 u thallsu mis-Sur Noe’ Ciappara.  Fl-1992, Dun Alfred Vella inhatar Kappillan tal-Parrocca.  Tul il-parrokat tieghu sar xoghol ta’ restawr u manutenzjoni duq is-sistema tad-dawl tal-Knisja minn gewwa.  Fl-1997, Dun Joe M. Camilleri lahaq Kappillan tal-Parrocca.  Fis-sena tal-gublew, indeda l-progett tal-presbiterju u sar artal mejda ta’ l-irham.  Dan ix-xoghol gie imbierek mill-Arcisqof Mons Giuseppe Mercieca fid-19 ta’ Marzu ta’ l-2001.  F’din l-istess sena sar xoghol ta’ restawr fuq il-paviment tal-Knisja.  Fl-2002 inbeda x-xoghol ta’ invjar tal-Knisja minn gewwa.

 

Nhar it-2 ta’ Mejju ta’ l-2003, griet l-ahbar li l-Kappillan kellu incident serju u kien fil-periklu li jitlef hajtu.  Fil-fatt, Dun Joe M. Camilleri miet nhar id-9 ta’ Gunju u l-funeral sar nhar il-11 ta’ Gunju ta’ l-istess sena.  F’Ottubru ta’ l-2003, Dun Karm Camilleri gie nominat bhala Kappillan tal-Parrocca.  Fl-2004, tkompla x-xoghol ta’ invjar tal-Knisja minn gewwa, filwaqt li fl-2005 inbeda l-progett tal-pittura u d-dekorazzjoni tal-koppla tal-Knisja.

 

 

Referenzi:

Rev. G. Micallef – Hal Luqa Niesha u Grajjietha

Soc. Fil. L’Unione – Programmi tal-festa titulari

Banda S. Andrija – 370 sena Parrocca

 

Hajr lil J. Grima u lil J. Aquilina ghal xi ritratti li jidhru f’din is-sezzjoni.