SKAUBRYN
IL-VJAGG TAGHNA GHALL-AWSTRALJA

GITARRISTI: Zaren Camenzuli u Joe Mifsud

KITBA u GHANA: Gorgina Camenzuli

GHANJA TAL-FATT

Illum ser tisimghu l-grajja ta' Zaren u Gorgina Camenzuli. Huma emigraw minn Malta ghall-Awstralja fl-1958 fuq il-vapur Skaubryn . Wara gimgha li kienu fuqu, il-vapur inharaq. Gorgina Camenzuli kitbet din il-grajja u ser tghannih bhala ghanja tal-fatt, akkumpanjata mill-gitarristi Joe Ĺ il-Koka Ĺ bhala prim gitarrist flimkien ma' Zaren Camenzuli (Tas-Simenza) u Joe Friggieri (il-Lolu).



      Ser nghidilkom il-grajja taghna     
Nispera li ma naghmilx zball;
Li se nghidilkom kollu veru
Gara lili, lir-ragel u t-tfal.

F'Malta hu xoghol tajjeb kellu
hafna flus igib id-dar,
Anki kien ghall-qalbu hafna
Jahdem xufier go Hal Far.

Kellna dar sabiha hafna
Mimlija bl-ghamara u bil-purtieri,
Imma jiena dejjem kont nghidlu
Hudni fejn ommi u missieri.

Fl-ahhar qalli: "Ejja morru,
Halli xewqtek naqtaghielek,
Biex lilek nikkuntenta
Niehdok fejn ommok u missierek"

Ahna morna l-Emigration
Biex nibdew nippreparaw,
Ghamilna l-kumplamenti kollha
Biex lejn l-Awstralja nemigraw.

Anki x-xoghol kellu jitilqu
Kien ilu li telaq xi xahar;
Ghaliex kien imhabbat hafna
Biex ibiegh l-affarijiet tad-dar.

Imbaghad ahna beghna kollox
Bagalji u kaxxi morna xtrajna,
Sabiex inkomplu nlestu
Ahna kollox ippreparajna.

Mela l-gurnata waslet
Sabiex nitilqu fil-hin,
Il-gurnata l-10 ta' Marzu
Elf disgha mija tmienja u hamsin.

Il-vapur kien jismu Skaubryn
Sabih hafna u mill-kbar,
Konna disgha mija fuqu
Konna kbar u anki zghar.

Ahna fuq il-vapur tlajna
U hemmhekk konna ferhanin,
Ahna hadtna pjašir hafna
Ghax kien hemm hafna Maltin.

Fuq il-vapur konna ilna gimgha
Imbaghad gew jaghtuna l-bxara;
Biex kulhadd attent joqghod
Ghax il-vapur gratlu l-hsara.

X'hin din il-bxara smajna
Ahna konna gol-gabina,
Sabiex ahna norqdu kmieni
Ghax in-naghas kien ghamel bina.

Imbaghad jien il-bieb mort niftah
U rajt xi nies jigru 'l fuq;
Kollha bdew jigru u jghidu
Li l-vapur qed jiehu l-hruq.

Jien, it-tfal u l-ragel tieghi
Tlajna 'l fuq biex insalvaw,
Ghax id-duhhan li beda diehel
Lanqas nimxu ma stajna naraw.

Mela kif ahna fuq tlajna
Ghax isfel konna se nivgaw;
Bil-genn insejna s-salvawomo
Ma kellna xejn biex insalvaw.

Imbaghad ir-ragel qalli:
"Hu hsieb it-tfal, ara ma titlifhomx!
Halli jiena isfel ninzel
U forsi nara nsibhomx".

Kif ipprova jinzel isfel
Beda jahbat mal-hitan.
Ghaliex hu xejn ma seta' jara
Kullimken mimli duhhan.

Rega gie fejn il-familja
Beda jigri giri bla qjies;
Qalli:"Ejja nittamaw f'Alla
U naghmlu kif jaghmlu n-nies".

Mela mbaghad id-dghajjes nizzlu
Biex kulhadd fuqhom imur;
Ahna tlajna fuq l-ewwel wahda
Biex naharbu mil-vapur.

Waqt li konna gewwa d-dghajsa
Izjed beda jaqbad il-vapur,
Izda d-dghajsa ma stajniex insuqu
La kellha mqadef u lanqas mutur.

Domna hafna fuq id-dghajsa
Nitolbu u nittamaw;
Bdejna 'l hemm u 'l hawn inharsu
Biex forsi vapur naraw.

Wara tliet sieghat god-dghajsa
Rajna dawl riesaq bil-mod,
Qalu li kien riesaq tanker
U se jkollu joqghod l-boghod.

Id-dghajjes l-ohra kienu tajba
Kif raw it-tanker minnufih,
Dawna wara xulxin telghu
U kulhadd beda jistrieh.

Id-dghajsa taghna baqghet wieqfa
Ahna x-sharks bdejna naraw;
Bdejna naghmlu s-sinjali
Biex lilna jigu jirmunkaw.

Waqt li ahna weqfin konna
Kien hemm xi hadd bina nduna,
Kellhom habel kbir igibu
Sabiex bih lilna jigbduna.

Kif waslulna fejn it-tanker
Ahna lill-shabna hemm rajna,
It-tfal telghuhom go qoffa
Mas-sellum tal-habel, ahna tlajna.

Mela mbaghad fit-tanker tlajna
Rajna n-nies fl-art mixhutin,
Bišša minnhom jithaddtu
U bišša minnhom reqdin.

Dsatax-il siegha domna got-tanker
Ghajjenin u nhossu l-ghomma,
Imbaghad fl-ahhar l-ahbar tawna
Li gej itelghana r-ROMA.

Ahna mar-ROMA lkoll tlajna
Ghaliex dan wasal fil-hin,
Imma kien mimli bin-nies tieghu
U tghidx kemm qghadna marsusin.

Nizzuhajr 'l Alla li ahna salvajna
Tal-biza' wasal it-tmiem.
Imma l-vapur kien sejjer Malta
U hadna lura tlett ijiem.

Fuq ir-ROMA tlett ijiem domna
U lilna stmawna mill-ahjar,
U mbaghad Aden nizlulna
U kulhadd qaghad go l-isptar.

Waqt li go Aden konna
Kienet il-Festa tal-Gimgha l-Kbira,
Lilna haduna bil-karrozzi
Biex go Aden ituna tidwira.

Meta dawk in-nies ta' Aden
Kollha semghew b'dawn il-bšejješ;
Huma ppruvaw jghinuna
Gabulna zraben u anki hwejjeg.

Jien lilhom nibqa' nfahhar
Ghax tassew kienu twajbin;
Huma minna giethom hniena
Kif lilna rawna hafjin.

Wara ftit li konna Aden
Qalulna biex kulhadd jirsisti
U malajr inlestu kollox
Ser jehodna vapur tat-turisti.

Il-vapur ismu kien l-ORSOVA
U jiena lil kulhadd se nuri;
Dana kien vapur mill-aqwa
Isiefru fuqu l-aqwa sinjuri.

Ghall-vapur ergajna tlaqna
F'idejna hadna l-bagalja;
Tlett gimghat ohra domna fuqu
Bl-ghajnuna t'Alla wasalna l-Awstralja.

Issa qeghdin go l-Awstralja
U ta' dan m'g andniex indiema.
Minn qalbna nirringrazzjaw 'l Alla
Li ahna wasalna bis-sliema.

Mela f'Sydney tfajna l-ankri
U dejjem ghadna attenti;
Issa ahna kollox insejna
U bil-wisq qeghdin kuntenti.

TMIEM

Ser nirringrazzja lil tal-gitarri
Talli bija hadu pašenzja;
Prima daqqli Joe tal-Koka
Jakkumpanjah r-ragel, tas-Simenza

      SAGA OF THE SKAUBRYN     

by Nenu & Georgina Camenzuli.

Nenu Camenzuli passed away April / May 2002. May he Rest in Peace

There are many highlights on this CD. Another track "Saga of Skaubryn", which features Georgina Camenzuli relating the story,
based on her own experience, of how the migrants' ship Skaubryn caught fire in the Indian Ocean in 1958 and sank.
Encouraged by her husband, Nazzarenu, who was also on the Skaubryn, she wrote the lyrics so that future generations
will know ľ to use her own words ľ "how we suffered to come to this country".
Her song is in the ghana tal-fatt genre: a Maltese folk-song based on an actual event.

The people whose voices are heard on this CD set were born in a range of different villages and towns
of Malta and Gozo: Hamrun, Msida, Birkirkara, Mdina, Lija, Zejtun, Cospicua, Paola, Valletta, Qala, Naxxar, Mosta,
Senglea, Sliema Birzebbuga and Ghajnsielem.
There is also the voice of Robert Gauci, a Maltese from Egypt, who was born at Alexandria.

"Saga of Skaubryn", which features Georgina Camenzuli, her husband Nazzarenu,
she wrote the lyrics so that future generations will know ľ to use her own words ľ "how we suffered to come to this country".
Her song is in the ghana tal-fatt genre: a Maltese folk-song based on an actual event.

Back to Homepage