Sanctvs Petrvs Apostolvs Birzebbvgae Patronvs

San Pietru Appostlu, Patrun ta' Birżebbuġa

100 Sena Nirrikorru Lejk: 1910-2010

.

 

Infakkruk għax hekk jixraqlek ... ja Omm ħanina! 

Forsi ftit jafu imma Birżebbuġa f'dawn is-snin li ġejjin se tgħaddi minn mewġa ta' anniversarji mill-aktar importanti.  Din is-sena 2009 iċċelebrajna l-50 sena mill-wasla tal-vara Titulari attwali, imma l-akbar anniversarji li se niċċelebraw fis-snin li ġejjin huma kollha relatati mat-twaqqif tal-parroċċa li għandu jseħħ fis-sena 2013.  Fil-fehma tiegħi bħala webmaster ta' dan is-sit u ta' persuna li nħobb l-istorja ta' raħal twelidi, inħoss li fil-mixja lejn is-sena straordinarja tal-2013 tlifna l-okkażjoni li nimmarkaw kif jixraq l-anniversarju tal-mitt sena minn mindu l-knisja tad-Duluri infetħet uffiċjalment għall-pubbliku fl-14 t'Awwissu 1907 mill-Kanonku Bormliż Dun Spiridione Penza.  Xi ħaġa simili wkoll setgħet tiġi kkommemorata fis-7 ta' Novembru 2007, għeluq il-mitt sena mill-ewwel rikors imressaq quddiem il-Kurja biex Birżebbuġa ssir parroċċa kif ukoll fit-tieni rikors li kien sar ftit jiem wara, is-16 ta' Novembru.  Kieku dan kollu konna nikkommemorawh fis-sena 2007.  Ovvjamnet min-naħa tagħna ma stajna nagħmlu xejn għax dan is-sit kienu għadu ma nfetaħx.  Forsi seta' għamel xi ħaġa oħra ħaddieħor, imqar xi quddiesa fl-istess kappella.  Imma kieku waqa' u kiser siequ.  Inħarsu 'l quddiem u naraw kif nistgħu nimmarkaw l-anniversarji li jmiss l-aħjar li nistgħu.

Din il-vara tad-Duluri li ħafna studjużi jattribwuha lill-famuż skultur Senglean Carlo Dermanin inġiebet Birżebbuġa fis-17 ta' Awwissu 1910 u kienet rigal tal-Kanonku Achille Refalo.  Il-kappella tad-Duluri kienet ilha miftuħa diġa' 3 snin, pero' kienet għadha mhijiex parroċċa.  Tajjeb li nsemmu li l-festa tad-Duluri kienet ilha ssir f'din il-kappella qabel ma waslet il-vara stess, jiġifieri d-devozzjoni lejn Marija Addolorata tmur lura mhux biss qabel ma Birżebbuġa saret parroċċa iżda saħansitra qabel ma' waslet din l-istess vara tad-Duluri.

Aħna l-ħbieb ta' dan is-sit ninsabu kburin li qed inkunu għal darb'oħra l-ewwel li nfakkru anniversarju, din id-darba ċ-ċentinarju tal-100 sena tal-Vara tad-Duluri fostna. Is-sena li għaddiet konna l-ewwel li fakkarna l-50 sena anniversarju tal-vara ta' San Pietru permezz ta' dan is-sit.  Fil-ħidma biex din il-parroċċa terġa tiskopri lilha nnifisa, u fil-mewġa ta' anniversarji importanti li se tgħaddi minnhom fil-ħajja tagħha, qegħdin niftħu ċ-ċelebrazzjonijiet u nfakkru mill-mod kif nistgħu aħna, il-mument sabiħ meta f'Birżebbuġa waslet l-ewwel vara titulari tagħha. Filwaqt li nittamaw, li kontra ta' dak li ġara din is-sena, dan l-anniversarju jkun imfakkar denjament, infakkru li dan l-anniversarju għandu konnessjoni kbira mal-akbar anniversarju li se niċċelebraw fis-sena 2013, jiġifieri l-mitt sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna.

Viva Marija Addolorata, Kon-Patruna ta' Bir
ż
ebbuġa
Viva l-Kbir Appostlu San Pietru Patrun ta' Bir
żebbuġa

Webmaster (18th August 2009)

 

Festi li Jmiss

 
 

S.Petrvs Ap. Birzebbvgae Patronvs

 



 

Antifona:  "Solve, jubente Deo, terrarum Pet, catenas: qui facis ut pateant coelestia regna beatis"

Birżebbuġa u San Pietru Appostlu

  
Dan is-Sit

 

Dan is-sit huwa interament indipendenti u ddedikat lin-nies kollha ta' Birżebbuġa li jħobbu kemm ir-raħal tagħna ta' Birżebbuġa, kemm lill-Patrun tagħna San Pietru Appostlu u kif ukoll dawk li jħobbu l-Festa Titulari li ssir f'ġieħu fl-ewwel Ħadd t'Awwissu.

Solve Jubente Deo

Solve Jubente Deo:  L-antifona Immortali ta' Carlo Diacono, opra unika mill-isbaħ miktuba apposta għall-festa ta' San Pietru Appostlu fil-Ktajjen ta' Birżebbuġa, liema antifona ġiet traskurata u mwarrba f'wiċċ in-nies ta' Birżebbuġa.



 
Skop

 

Dan is-sit għandu skop informattiv.  Għalhekk se nipprovdu lilkom interessati b'artikli ta' bosta awturi bravi, li wħud minnhom huma minn Birżebbuġa stess.  B'hekk barra li nqajmu interess u kuxjenza fuq ir-raħal u l-festa tagħna nkunu qed niżguraw li ċerti artikli ma jintesewx u b'hekk nagħtu wkoll aċċess lil kulħadd għal dawn il-kitbiet f'każ li dak li jkun ma jkunx laħaq kopja stampata tagħhom.

 

  
It-Temp

Click for Luqa, Malta Forecast

Click for Luqa, Malta Forecast

Click for Luqa, Malta Forecast

 

Birżebbuġa

 Isem Lokali:Birżebbuġa
 Abitanti:Birżebbuġi (m), Birżebbuġija (f),
Birżebbuġin (pl)
 Ismijiet oħra:B'Buġa (code: BBĠ)

Map of Birzebbugia

 Latitudni:35°49 '32" N
 Lonġitudni:14°31 '41" E
 Area:9.2km²
 Popolazzjoni:8,668 (Nov 2005)
 Densita:929/km²
 Irħula ġirien:Għaxaq, Marsaxlokk, Żurrieq
 Qaddis Patrun:San Pietru Fil-Ktajjen
 Festa Patronali:L-Ewwel Ħadd t'Awwissu
  
  
Birżebbuġa Trasport Pubbliku

Ġesu` Kristu jsejjaħ lil San Pietru u lil Sant'Andrija waqt li kienu fuq id-dgħajsa tagħhom, wieħed mill-ftit mezzi ta' trasport f'dak iż-żmien.  Din hija pittura ta' Duccio di Buoninsegna.

 

Route 11 ::: Valletta to Birżebbuġa
Valletta – Marsa – Paola Square – Hypogeum – Tarxien (Tarxien Temples) – Bir id-deheb (Ghar Dalam) – Birzebbuga (Pretty Bay)
Valletta (06.00-22.00) - B’Buga (05.30-21.00) ::: Time interval: 10/20 mins

 

Route 12 ::: Valletta to Birżebbuġa
Valletta – Marsa – Paola Square – Hypogeum – Tarxien (Tarxien Temples) – Bir id-deheb (Ghar Dalam) – Birzebbuga (Pretty Bay), then the route continues to Tal-Papa Residence Area

 

Route 13 or 113 ::: Valletta to Birżebbuġa
Valletta – Marsa – Paola Square – Hypogeum – Tarxien (Tarxien Temples) – Bir id-deheb (Ghar Dalam) – Birzebbuga (Pretty Bay), then the route continues to Hal Far

 

Route 115 ::: Valletta to Birżebbuġa (Via Santa Lucia)
Valletta – Marsa – Paola Square – Hypogeum – Santa Lucia – Bir id-deheb (Ghar Dalam) – Birzebbuga (Pretty Bay)

 

Route 11 ::: Paceville to Birżebbuġa
Paceville Term., St. Venera Tunnels – Marsa Cross Roads – Palm Street, Tarxien tal-Barrani – Zejtun St. Angelo – Bir id-deheb – Birzebbuga Church – Ghaxaq By-Pass – Gudja Church.

 

Route 110 ::: University/Mater Dei/St. Lukes/Junior College to Birżebbuġa
via Marsaxlokk, Żejtun, Ħal Tarxien, Paola, Marsa, Santa Venera, St. Luke's Hospital, Junior College, Mater Dei Hospital, University and v.v. to Birżebbuġa terminus.

 

Għal aktar informazzjoni idħol fis-sit http://www.maltatransport.com/ 

 
Uffiċċju Parrokkjali Birżebbuġa

1.  Ħinijiet ta' l-uffiċju

It-Tnejn

09:00am - 10:30am

It-Tlieta

06:00pm - 06:45pm

L-Erbgħa

09:00am - 10:30am

Il-Ħamis

06:00pm - 06:45pm

Il-Ġimgħa

09:00am - 10:30am
  

2.  Reġistrazzjoni tal-Magħmudija

Ħu miegħek:

  1. Irċevuta tal-Pulizija.

  2. Post tat-Twelid tal-ġenituri.

  3. Data u Post taż-żwieġ.

  4. Ismijiet tal-Parrini u isem missierhom / żwieġhom.

3.  Reġistrazzjoni taż-Żwieġ

Ħu ħsieb li:

  1. Tibbukkja kemm jista' jkun kmieni l-knisja jew kappella fejn se tiżżewweġ.

  2. 6 xhur qabel informa lil dan l-uffiċċju bid-data taż-żwieġ tiegħek..

  3. Tħallix il-Kors ta' Kana għall-aħħar (Ara d-dati fuq in-notice-boards tal-knisja parrokkjali).

4.  Passaport

Ħu ħsieb li:

  1. Ġġib il-formuli neċessarji u 2 ritratti..

  2. Fil-każ ta' tfal u żgħażagħ li ma għalqux it-18-il sena, iridu jiffirmaw fl-Uffiċċju, kemm il-missier kif ukoll l-omm.

5.  Prokura

Ħu ħsieb li:

  1. Ġġib il-formuli neċessarji..

  2. L-applikant irid jiffirma fl-Uffiċċju, għall-aġent.

Din l-informazzjoni qed tiġi miġjuba lilkom skond kif tidher ippubblikata fil-kalendarju Parrokkjali 2009.

 

  
Klinika tal-Gvern, f'Birżebbuġa

San Pietru qed idewwi lill-verġni Sant'Agata, patruna ta' Catania u anke ta' Malta.  Leġġenda tgħid li waqt li Agata kienet ittorturata u mitfugħa l-ħabs, dehrila San Pietru u fejqilha l-ġrieħi li kellha.  Din hija pittura ta' Guido Lanfranco u tinsab f'Parma, l-Italja.

Klinika tal-Gvern Birżebbuġa,
Misraħ is-Summit,
Birżebbuġa.
Tel:  21658596

Monday

10:00am - 12:30pm

Tuesday

09:30am - 11:00am

Wednesday

10:00am - 12:30pm

Thursday

09:30am - 11:00am

Friday

09:30am - 11:00am

Importanti li tiffissaw appuntament
It is important to fix an appointment.

Din l-informazzjoni qed tiġi miġjuba lilkom skond kif tidher fis-sit tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa, http://www.birzebbugalc.com/berga.html

 
 
 
Presbiterju Parrokkjali Birżebbuġa

Bas-Relief ta' San Pietru qed jingħata l-imfietaħ minn Ġesu`.  Din tinsab fil-Kattidral ta' Frascati, l-Italja.

Kappillan

21651200

Dun Nikola Pace

nicpac@onvol.net
  

Dun Ġużepp Berry

21651338
  

Dun Charles Carabott

79712001
 frcharles@bell.net
  

Mons. Alfred Micallef

21651070
  

Fr. Benjamin Camilleri

21650115
  

Dun Frans Schembri

21651112

Din l-informazzjoni qed tiġi miġjuba lilkom skond kif tidher ippubblikata fil-kalendarju Parrokkjali 2009.

  
Librerija Pubblika, f'Birżebbuġa

Marlay Cutting It.66 The Calling of St. Peter and St. Andrew, c.1480 by Anonymous, Fitzwilliam Museum, University of Cambridge, United Kingdom.  Dekorazzjoni meħuda minn Missal Ruman.

Birżebbuġa Public Library,
Triq San Mikiel,
Birżebbuġa.

Wednesday

05:00pm - 07:00pm

Saturday

09:00am - 12:00pm
 

Din l-informazzjoni qed tiġi miġjuba lilkom skond kif tidher fis-sit tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa, http://www.birzebbugalc.com/Public_Library.html

 
Saċerdoti Residenti f'Birżebbuġa

Skultura ta' San Pietru bl-imfietaħ.  Din tinsab fuq bieb ta' Knisja f'Edinburgh, l-Iskozja.

Dun Colin Apap

21612119
  

Dun Patrick Incorvaja

21651853
  

Dun Anton Galea Scannura

21826438
  

Dun John Berry

21651611
  

Fr. Stephen Mifsud

21441917

Din l-informazzjoni qed tiġi miġjuba lilkom skond kif tidher ippubblikata fil-kalendarju Parrokkjali 2009.

  
Inżommu l-Indafa, f'Birżebbuġa

Il-Ħasil u t-tindif tar-riġlejn ta' San Pietru minn Ġesu', xogħol il-pittur Ingliż Ford Madox Brown li għex bejn l-1821 u l-1893.  Din il-pittura tinsab f'Tate Gallery, f'Londra.

Door to Door Collection of Waste from Residential and Commercial Premises.

  1. The Service is available from Monday to Saturday.
  2. Garbage bags are to be situated outside door premises at 07.00 a.m. (and not before this time).
  3. It is highly important that all wastage is situated in proper wastage bags.

Important Notice to all shop owners.

All Shop Owners are requested to use proper wastage bags in order to avoid any scattered waste in the streets. 

Collection of Bulky Refuse

  1. Collection of Bulky Refuse is being done everyday from Monday to Saturday.
  2. Collections are done by appointment by phoning the Local Council on telephone number: 21 650165.
  3. Every collection is limited to not more than two bulky items.

Din l-informazzjoni qed tiġi miġjuba lilkom skond kif tidher fis-sit tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa, http://www.birzebbugalc.com/skart.html

 
Numri Tat-Telefon Importanti

The Ear of Malchus, xogħol il-pittur Franċiż James Tissot (1821-1893).  Din il-pittura tinsab f'Brooklyn Museum, USA.  Din tfakkarna fl-episodju meta San Pietru iddefenda lil Ġesu' meta dan kien se jiġi maqqbud mis-suldati fil-ġnien tal-Ġetsemani.

Kunsill Lokali Birżebbuġa

21650165
  

Għassa Pulizja Birżebbuġa

21653820
  

Depot tal-Pulizja

21224001
  

Emerġenza
(Ħruq, Inċidenti, Ambulanza)

112
  

Enquires (Go Mobile)

1182
  

Enquires (Vodafone)

1189

 Din l-informazzjoni qed tiġi miġjuba lilkom skond kif tidher ippubblikata fil-kalendarju Parrokkjali 2009.

 
  
Money Converter

San Pietru offrut xi flus mingħand is-saħħar Xmun biex jagħtih is-seħer tal-mirakli, xi ħaġa li ġiegħlet lil San Pietru jirrabja u spiċċa biex ċanfru.  Dan l-episodju jinsab fl-Atti ta' l-Appostli Kap 8, vers 18.  Il-pittura ta' fuq hija attribwita lil Liberale da Verona.

 
Convert this amount
 
of this type of currency
into this type of currency.

scroll down to see more currencies

scroll down to see more currencies
 

 
Lil San Pietru

Christ and St.Peter by Sir Anthony Van Dyck. Private Collection.

O Glorjuż San Pietru li kellek fi Kristu fidi tant ħajja li kont l-ewwel wieħed li tistqarru li Hu kien l-iben t'Alla ħaj; li ħabbejtu b'imħabba tant kbira li għidtlu li kont lest li għalih issofri l-ħabs u l-mewt, li bil-premju tal-fidi tiegħek ta' l-umilta` tiegħek u ta' l-imħabba tiegħek, kont minn Ġesu` Kristu magħżul biex tkun il-Prinċep ta' l-Appostli, aqlgħalna l-grazzja nitolbuk, li aħna wkoll induru ta' malajr lejn il-Mulej kull darba li nitraduk minħabba d-debolezzi tagħna; aqlgħalna l-grazzja li tant inħobbu l-imgħallem Divin tagħna, li nkunu lesti li nxerrdu demmna u nagħtu ħajjitna għall-fidi tagħna fih u wkoll li nsofru kull tbatija li Hu jagħżel jibgħatilna bħala prova tal-fedelta` tagħna lejh.  Glorja.

  
Katekiżmu f'Birżebbuġa

Xbieha sabiħa ta' San Pietru mpittra minn F. Schembri ikkummissjonata fil-bidu tas-snin disgħin, li tinsab meqjuma fiċ-ċentru tad-duttrina tal-M.U.S.E.M ta' Birżebbuġa fergħa tal-irġiel.  San Ġorġ Preca kien għażel lil San Pietru, bħala wieħed mill-qaddisin protetturi tal-istess Soċjeta' tad-duttrina.  Barra San Pietru, San Ġorġ Preca kien għażel lil Ommna Sidtna Marija, San Ġużepp, San Pawl, San Gejtanu, San Ġwann il-Battista u San Vinċenz Ferreri.  Għal San Pietru, Dun Ġorġ kien iddedika l-ġurnata tat-Tnejn.

 
 It-TnejnIt-TlietaL-ErbgħaIl-ĦamisIl-Ġimgħa
ŻgħarRSBBB,S
Kat. 1B,R,Q,SIISIIRB,Q,SISII
Kat. 2B,SIR,Q,SII/B,R,Q,SISII
Kat. 3B,R,Q,SISII/B,Q,SIR,SII
Kat. 4B,SISIIR,QB,R,SIQ,SII
Kat. 5B,SSR,QB,R,SQ,S
 

B = Museum Bniet
S = Museum Subien
Q = Qajjenza
R = Ragħaj it-Tajjeb

 

B = M.U.S.E.U.M Bniet

05:30pm

Etajiet kollha

05:30pm

Kbar - Tnejn sal-Ġimgħa barra t-Tlieta

05:00pm

Sibt - Kitarra

10:15am

Ħadd - Bible

 

S = M.U.S.E.U.M Subien

05:45pm

Żgħar sa Kat. 4

07:00pm

Kat. 5 u Kbar Mit-Tnejn sal-Ġimgħa barra l-Erbgħa

 

C = Ċentru Qajjenza

04:15pm

Kat. 1

04:30pm

Kat. 5

05:00pm

Kat. 2

05:15pm

Kat. 4

05:45pm

Kat. 3

 

R = Ċentru Ragħaj it-Tajjeb

04:00pm

Kat. 1

04:15pm

Kat. 4 (Ħamis)

04:45pm

Żgħar sa Kat. 4 (L-Erbgħa)

05:00pm

Kat. 5 (Ħamis)

05:30pm

Kat. 5 (L-Erbgħa u Kat. 3)

05:45pm

Kat. 2

 

Din l-informazzjoni qed tiġi miġjuba lilkom skond kif tidher ippubblikata fil-kalendarju Parrokkjali 2009.

 
 
 
Links Birżebbuġa

Il-Ktajjen ta' S.Pietru fil-Bażilika ta' San Pietro in Vincoli, Ruma.

 

 
  

Mill-Arċidjoċesi ta' Malta

 
 


 
Jekk l-aħbarijiet f'din il-kaxxa ma jiġux jidhru, erġa agħmel refresh ta' din il-page.

 

Quddies f'Birżebbuġa

Qari tal-Quddies

 
 
 

 

Isma' l-Qari tal-Quddiesa Skond il-Jum

'Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta' dejjem'


 

Qari tal-Quddies bl-Ingliz

 

Liturġija tas-Sigħat

 
 
 

 

Isma' l-Lawdi ta' filghodu u l-Vespri ta' filghaxija

Ara l-Liturgija tas-Sighat fil-Festa ta' San Pietru f'Birzebbuga


 

"L-insara kollha qegħdin jiġu mistiedna biex jgħidu t-talb tas-sigħat, ukoll dawk li mhumiex marbuta b’liġi li jgħiduh.  Dawk imbagħad li laqgħu l-preċett tal-Knisja biex jiċċelebraw il-Liturġija tas-Sigħat,  l-Uffiċċju jgħiduh kollu kuljum bil-ġabra tar-ruħ u, kemm jista’ jkun fil-ħin tassew li fih kull talba tiegħu jmissha tingħad; fuq kollox għandhom jagħtu lit-Tifħir ta’ sbiħ il-jum u lill-Għasar l-importanza kollha li tistħoqqilhom."

 

Il-Qaddis tal-lum

 
 
 

 

 
     

Il-Qaddis tal-Lum

Ikklikkja hawn isfel biex tkun taf aktar dwar il-Qaddisin tal-Lum

     

Ikklikkja hawn isfel u isma' dwar il-ħajja tal-Qaddis tal-lum

San Pietru App Fil-Katidral ta' Monreale, Sqallija


  

Festa tal-Katedra ta' San Pietru

 
 
 

Countdown għall-Festa tal-Katedra Ta' San Pietru 2010
L-istatwa li hemm il-Vatikan u li tkun dekorata kemm fit-22 ta' Frar kif ukoll fid-29 ta' Ġunju

 

Festa Katedra ta' San Pietru Appostlu

 

22 ta' Frar 2009

 

5:30pm

Kant tas-Salmi

5:45pm

Konċelebrazzjoni Solenni

6:45pm

Barka Sagramentali

  

Ċelebrant Mistieden

L-Arcisqof Emeritus Guzeppi Mercieca

  
  
  
  

Ġesu u Pietru

Ġwanni Kap 21:15-19

  

Silta mill-film San Pietro, produzzjoni RAI li turi dan il-Passaġġ ta' L-Evanġelu, It-Tlugħ fis-sema ta' Ġesu u l-persekuzzjoni minn Sawlu ta' Tarsu.

  

15 Cum ergo prandissent, dicit Simoni Petro Jesus: Simon Joannis, diligis me plus his? Dicit ei: Etiam Domine, tu scis quia amo te. Dicit ei: Pasce agnos meos. 16 Dicit ei iterum: Simon Joannis, diligis me? Ait illi: Etiam Domine, tu scis quia amo te. Dicit ei: Pasce agnos meos. 17 Dicit ei tertio: Simon Joannis, amas me? Contristatus est Petrus, quia dixit ei tertio: Amas me? et dixit ei: Domine, tu omnia nosti, tu scis quia amo te. Dixit ei: Pasce oves meas. 18 Amen, amen dico tibi: cum esses junior, cingebas te, et ambulabas ubi volebas: cum autem senueris, extendes manus tuas, et alius te cinget, et ducet quo tu non vis. 19 Hoc autem dixit significans qua morte clarificaturus esset Deum. Et cum hoc dixisset, dicit ei: Sequere me.

15 Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?""Iva, Mulej?" wieġbu,"int taf li nħobbok." Qallu: "Irgħa l-ħrief tiegħi." 16 Staqsieh għat-tieni darba: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?""Iva, Mulej?" wieġbu,"int taf li nħobbok." Qallu: "Irgħa n-nagħaġ tiegħi." 17 Għat-tielet darba staqsieh: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni?" Pietru ħass għafsa ta' qalb għax staqsieh għat-tielet darba, 'Tħobbni?' u qallu: "Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok." Qallu Ġesù: "Irgħa n-nagħaġ tiegħi. 18 Tassew tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid?" 19 Dan qalu biex ifisser b'liema mewta kien sejjer jagħti glorja lil Alla. Mbagħad Ġesù ssokta jgħidlu: "Ejja warajja."

  

  

Festa tal-Katedra ta' San Pietru Appostlu

22 ta' Frar

  

  

Sinjifikat

Din il-festa tant speċjali għan-nies ta' Birżebbuġa, tissimbolizza l-primat u s-setgħa li Ġesu ta lil San Pietru biex ikun hu l-ewwel wieħed li jieħu ħsieb il-poplu ta' Alla.  Fil-Bibbja nsibu diversi okkażjonijiet fejn Ġesu juri lil Pietru li kellu jkun il-magħżul tiegħu biex imexxi lill-knisja tiegħu. Fis-silta li qrajna hawn fuq mill-Evanġelu ta' San Ġwann, naraw dak il-mument fejn Ġesu saqsa lil San Pietru, jekk veru jħobbux jew le. Tliet darbiet isaqsih, l-istess numru ta' kemm dik id-darba ċaħda fil-bitħa tal-palazz meta Ġesu kien għaddej mill-passjoni tiegħu.  San Pietru jgħidlu li jħobbu u qabditu għafsa ta' qalb meta Ġesu staqsieh l-istess mistoqsija għat-tielet darba.  San Pietru, ta' bniedem xi kultant dgħajjef, beżżiegħ imma mbagħad tassew sempliċi u ġenwin jirrispondih "Mulej int taf kollox, int taf li nħobbok."  Ġesu imbagħad jafdalu l-poplu u l-knisja tiegħu mal-kelmiet "Irgħa n-nagħaġ tiegħi".  Dan il-kliem, l-istess bħal dak li naraw fl-Evanġelu ta' San Mattew Kapitlu 16 versi 18 u 19, jġorru magħhom piż kbir, tant li l-missjoni Appostolika tal-Papa hija bbażata u msejsa fuq dawn il-kelmiet.  Hija frażi li qajmet tant kontroversji bejn reliġjonijiet differenti u għadha sal-lum waħda mid-differenzi prinċipali bejn ir-reliġjon Kattolika, dik Protestanta u Ortodossa.

 

Żewġ Festi Tal-Katedra

Fil-Bażilika ta' San Pietru tal-Vatikan, f'Ruma naraw fuq wara nett abside b'skultura sabiħa tal-Bernini.  Ninnutaw li f'din l-iskultura naraw ħafna anġli qiegħdin iżommu tron.  Fil-verita` dak it-tron huwa wkoll relikwarju ta' siġġu ieħor li hemm issiġillat ġo fih, siġġu li s-sultan Karlu ta' l-Imperu Qaddis Ruman kien ta lill-Papa bħala rigal fis-sena 875.  Tajjeb li ngħidu imma li ż-żewġ festi tal-Katedra jmorru lura għal ħafna snin, ħafna qabel ma' dan l-imperatur ta dak is-siġġu lill-Papa ta' dak iż-żmien.  Nafu li ż-żewġ festi kienu jsiru f'Ruma u waħda mit-tradizzjonijiet tgħid li kienu jeżistu żewġ Katedri (siġġijiet) differenti ta' San Pietru:  siġġu minnhom fil-Bażilika ta' San Pietru f'Ruma u siġġu ieħor fil-Katakombi ta' Priscilla, f'Ruma wkoll.  Il-festi kienu jiġu ċċelebrati waħda fit-18 ta' Jannar u l-oħra fit-22 ta' Frar.  Għalkemm nafu fiċ-ċert li ż-żewġ festi kienu jirreferu għall-appostolat ta' San Pietru f'Ruma, skond Martyrologium Hieronymianum (Martiroloġija ta' San Jerome), li ġie kkompilat fid-disa' seklu, jirreferi għall-festa tat-18 ta' Jannar bħala l-Katedra ta' San Pietru f'Ruma u dik tat-22 ta' Frar bħala l-Katedra ta' San Pietru f'Antijokja.

 

Il-Festa Tal-Katedra ta' San Pietru matul is-snin

Matul iż-żmien iż-żewġ Festi tal-Katedra ta' San Pietru raw diversi tibdiliet, l-ikbar waħda dik li minn 2 festi spiċċat festa waħda biss.

  • Fis-sena 1570 il-Papa Pio V, daħħal iż-żewġ festi fil-Kalendarju Tridentin fir-rank ta' Double, skond xewqa tiegħu stess fil-Konċilju ta' Trentu.

  • Fis-sena 1604 il-Papa Klement VIII, għolla ż-żewġ festi għar-rank ta' Greater Double.

  • Fis-sena 1960 il-Papa Ġwanni XXIII, neħħa mill-Kalendarju Ruman il-Festa tat-18 ta' Jannar u biddel dik tat-22 ta' Frar fir-rank ta' second-class Feast.  Meta l-festa tat-22 ta' Frar ġiet inkorporata fil-Missal Ruman tal-1969 mill-Papa Ġwanni XXIII il-festa tat-22 ta' Frar ġiet mibdula għar-rank ta' Festa.

 

Links relatati

  • Għal aktar informazzjoni ikklikkja hawn u mur fil-paġna ddedikata għat-22 ta' Frar

 

Solennita` Ta' San Pietru Fil-Ktajjen

 
 
 

Countdown għall-Festa Titulari Ta' San Pietru Fil-Ktajjen il-Ħadd 1 t'Awwissu 2010
L-istatwa titulari, artistika u devota ta' San Pietru Fil-Ktajjen, ħierġa mill-knisja fil-Jum tal-Festa tagħha.

 

Programm Tal-Festi Interni mill-Paroċċa San Pietru Fil-Ktajjen, Birzebbuġa.

Festa 2009

 ________________________________________________________________________________________________________

Programm Mis-Soċjeta' Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990.

Festa 2009

 ________________________________________________________________________________________________________

Programm Mill-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957.

Festa 2009

  
  
  

L-Evanġelu Tal-Festa

Stqarrija tal-fidi minn Pietru u l-Primat tiegħu

Mattew Kap 16:13-20

  

Silta mill-Film Jesus of Nazareth li turi dan l-Evanġelu li jinqara fil-Festa Titulari.

  

13 Venit autem Jesus in partes Cæsareæ Philippi: et interrogabat discipulos suos, dicens: Quem dicunt homines esse Filium hominis? 14 At illi dixerunt: Alii Joannem Baptistam, alii autem Eliam, alii vero Jeremiam, aut unum ex prophetis. 15 Dicit illis Jesus: Vos autem, quem me esse dicitis? 16 Respondens Simon Petrus dixit: Tu es Christus, Filius Dei vivi. 17 Respondens autem Jesus, dixit ei: Beatus es Simon Bar Jona: quia caro et sanguis non revelavit tibi, sed Pater meus, qui in cælis est. 18 Et ego dico tibi, quia tu es Petrus, et super hanc petram ædificabo Ecclesiam meam, et portæ inferi non prævalebunt adversus eam. 19 Et tibi dabo claves regni cælorum. Et quodcumque ligaveris super terram, erit ligatum et in cælis: et quodcumque solveris super terram, erit solutum et in cælis. 20 Tunc præcepit discipulis suis ut nemini dicerent quia ipse esset Jesus Christus.

13 Meta wasal fl-inħawi ta' Ċesarija ta' Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?" 14 U huma weġbuh: "Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti." 15 Imma intom min tgħidu li jien?" staqsiehom. 16 U qabeż Xmun Pietru u qallu: "Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj." 17 U Ġesù wieġbu u qallu: "Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. 18 U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat ta' l-infern ma jegħlbuhiex. 19 Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet." 20 Mbagħad lid-dixxipli tiegħu wissiehom biex ma jitkellmu ma' ħadd fuq li huwa l-Messija

  

  

Festa Titulari ta' San Pietru Fil-Ktajjen

L-Ewwel Ħadd t'Awwissu

  

  

Introduzzjoni

Ħafna nies jaħsbu li aħna ta' Birżebbuġa niċċelebraw il-festa ta' San Pietru Appostlu biss.  Fil-verita` niċċelebraw il-Festa ta' San Pietru taħt it-titlu 'In Vinculis' jiġifieri 'meħlus mill-ħabs'.  San Pietru għandu diversi festi matul is-sena u din hija waħda minnhom.  Suppost din il-festa tiġi ċċelebrata fid-data tagħha jiġifieri l-1 t'Awwissu, imma f'Birżebbuġa din il-festa titulari tiġi ċċelebrata fl-Ewwel Ħadd ta' Awwissu.  Biex inkunu aktar preċiżi, din il-festa kienet tiġi ċċelebrata fl-1 t'Awwissu meta din kienet għadha tagħmel parti mill-Kalendarju Ruman qabel is-sena 1962.  Madankollu, Kattoliċi Tradizzjonali madwar id-dinja għadhom sal-lum josservaw u jiċċelebraw din il-festa fil-grad ta' Double Major jew Greater Double.

 

Bidu tal-Kult tal-Ktajjen ta' San Pietru

Il-Kult u d-devozzjoni lejn il-Ktajjen ta' San Pietru jmorru 'l bogħod fis-snin.  Ma nistgħux ma nibdewx billi ngħidu li d-devozzjoni kollha lejn il-Kajjen ta' San Pietru, ġejja minn dak il-passaġġ bibbliku li jinsab fl-Atti ta' L-Appostli kapitlu 12, versi 1-19, fejn insibu l-ħelsien ta' San Pietru mill-ħabs ta' Erodi Agrippa f'Ġerusalemm b'intervent divin.  Tajjeb li nifhmu wkoll li San Pietru intefa l-ħabs diversi drabi, pero` l-aktar żewġ episodji importanti jibqgħu dawk meta kien maqful fil-ħabs ta' Erodi f'Ġerusalemm u l-ieħor meta kien impriġonat f'Ruma qabel ma ssallbuh rasu 'l isfel.  Kienet ħaġa inevitabbli li jkun hemm min ikollu devozzjoni lejn dawn il-Ktajjen li rabtu lil San Pietru Appostlu, l-ikbar ħabib ta' Ġesu Alla.  Sal-lum irnexxieli niltaqgħa ma' diversi verżjonijiet kif dawn il-Ktajjen sabu ruħhom fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Ktajjen f'Ruma, magħrufa wkoll bħala l-Bażilika ta' Eudoxia u kif seħħ il-miraklu magħruf tal-Ktajjen.

  1. Jingħad li l-Ktajjen li bihom San Pietru kien marbut Ġerusalemm, inġiebu Ruma mill-Imperatriċi Ewdosja fis-sena 439.  Dawn ġew mogħtija lilha mill-Isqof Juvenal ta' Ġerusalem fis-sena 439.  L-Isqof Juvenal ta lil Ewdosja żewġ settijiet ta' ktajjen.  Sett minnhom żammitu għandha f'Kostantinopli u l-ieħor bagħtitu lit-tifla tagħha f'Ruma li wkoll kien jisimha Ewdosja.  Maż-żmien ġara li l-Imperatriċi Ewdosja bagħtet Ruma wkoll is-sett ta' Ktajjen li kienet qed iżomm Kostantinopli u iż-żewġ ktajjen mirakolożament ingħaqdu flimien waħidhom.  Ewdosja ż-żgħira ddeċidiet li tibni knisja biex tfakkar dan il-miraklu.  Dan għamlitu fis-sena 442 u l-knisja ġiet imbierka mill-Papa Leo I.  Il-knisja sarulha bosta alterazzjonijet u llum hija bażilika.

  2. Storja oħra tassew interessanti li tmur ħafna qabel dik ta' Ewdosja, tgħid li Santa Balbina verġni u martri u missierha San Quirinus martri, it-tnejn li huma nobbli minn Ruma rnexxielhom b'suċċess jibagħtu lil xi pellegrini biex iġibulhom dawn il-Ktajjen minn Ġerusalemm fis-sena 116.  Santa Balbina rnexxielha tgħaddihom lil Santa Teodora, u din għaddiethom lill-Papa Alessandru I.  San Bedes, Storiku u Teologu Ingliż li għex bejn is-snin 673-735, jikkonferma r-rabta bejn dawn il-Ktajjen ta' San Pietru, Santa Balbina u l-Papa Alessandru I.  Santa Balbina, ta' sikwit tiġi rappreżentata bil-Ktajjen f'idejha.  Madankollu storja oħra tirrakkonta kif darba minnhom din mardet sew, u biex tfiq marret iżżur il-Papa Alessandru I, li kien mitfugħ il-ħabs biex jieħu l-martirju.  Jingħad li Santa Balbina messet griżmejha mal-Ktajjen tiegħu u fieqet.  Xorta waħda jibqa' l-fatt li Santa Balbina hija deskritta bħala l-qaddisa li riedet tfittex il-Ktajjen ta' San Pietru.

  3. It-tielet u l-iktar storja popolari hija dik ta' meta l-Imperatriċi Ewdosja rregalat il-Ktajjen ta' San Pietru li kellha lill-Papa Leo I.  Meta dan mar u qabbel dawn il-Ktajjen tal-ħabs ta' Ġerusalemm ma' dawk li kien hemm fil-ħabs ta' Ruma, il-ktajjen mirakolożament ingħaqdu flimkien.  Imbagħad inbniet il-Bażilika li fiha għad hemm sal-lum miżmuma l-Ktajjen ta' San Pietru.

 

Il-Kult ta' San Pietru fil-Ktajjen f'Malta u f'Birżebbuġa.

Il-kult ta' San Pietru fil-Ktajjen ma tantx huwa mifrux fil-gżejjer Maltin.  Birżebbuġa tibqa' l-unika parroċċa ddedikata għal dan l-avveniment divin.  Madankollu nistgħu ngħidu li jeżistu diversi knejjes u kappelli li fihom hemm inkwadri b'San Pietru qiegħed jinħeles mill-anġlu, fosthom dik ta' San Pawl tat-Tarġa fin-Naxxar, fil-Knisja Kolleġjata ta' San Pawl il-Belt kif ukoll fil-Knisja magħrufa bħala 'Ta' Lapsi' f'San Ġiljan.  Hemm ukoll kappella fl-Imdina li hija ddedikata għal San Pietru fil-Ktajjen b'kwadru Titulari ta' Caffaro Rore.  Lura għall-Birżebbuġa.  Id-devozzjoni u l-kult ta' San Pietru fil-Ktajjen f'Birżebbuġa ma nistgħux ngħidu li huwa antik.  Il-Parroċċa twaqqfet fis-sena 1913 b'digriet ta' l-Isqof Pietru Pace u din ġiet iddedikata lil Marija Ommna Addolorata.  Kien il-proġett ta' knisja parrokkjali ġdida li wassal lill-Isqof Dom Mauro Caruana biex juri x-xewqa tiegħu lill-kappillan Anġlu Fenech li l-knisja l-ġdida tkun iddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen, ħu l-Appostlu San Pawl fil-martirju, iż-żewġ kolonni tal-knisja.  Birżebbuġa ġiet taħt il-patroċinju ta' San Pietru fil-Ktajjen fis-sena 1937.

 

Links relatati

  • Ikklikkja hawn biex tmur fil-paġna tal-Festa

  • Ikklikkja hawn biex tmur fil-paġna relatata mat-Titlu Titulari uniku li għandna aħna biss f'Birżebbuġa

 

Birżebbuġa

 

 

Birżebbuġa

Kitba ta' Christ Bonnici

 

Xieraq li biex nibdew l-informazzjoni dwar il-festa titulari tal-Parroċċa tagħna, billi nagħtu ħarsa ħafifa lejn Birżebbuġa. B’ hekk, għażiż/a qarrej/ja tkun taf dwar is-subborg li dwaru qed nitħaddtu. 

Hekk kif wieħed ikun riesaq lejn in-naħa ta’ isfel ta’ Malta, jilmaħ subborg, subborg antik, u għani fiċ-ċivilta`. Biżżejjed insemmu li fil-konfini ta’ Birżebbuġa, konna niltaqgħu ma’ Villa Rumana, bosta Fortifikazzjonijiet, Tempju ta’ Melqart, Borġ in-Nadur, u Għar Dalam. Minħabba li jekk nagħtu informazzjoni fuq kull forma ta’ ċiviltà fl-imgħoddi li nsibu f’ raħalna, nieħdu sit sħiħ, u minħabba li dan is-sit, kif diġa aċċennajna, hu marbut partikolarment mal-festa u l-armar tal-festa tagħna, ma aħniex ser nidħlu fid-dettal dwar dawn. Inkiteb bosta dwar dawn l-opri hekk interessanti li nsibu f’ raħalna. Però, minn hawn, inħeġġu lilkom qarrejja biex jekk għadkom qatt ma żortu dawn il-postijiet, ikun għaqli li żżuruhom malajr kemm jista’ jkun, ħalli lkoll nammiraw il-patrimonju Malti.

Konna qed naċċennaw lejn is-subborg li jokkupa parti sewwa min-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Birżebbuġa tinsab bogħod mill-belt kwazi għaxar kilometri, u għandha bosta mkejjen. Fost l-oħrajn, insibu Kalafrana, il-Batterija ta’ Pinto, Wied il-Buni, il-Bajja ta’ San Ġorġ, Bingħisa, u fuq kollox il-famuża Bajja s-Sabiħa.

Qegħdin ngħidu li teżisti evidenza, li Birżebbuġa kienet diġa abitata fi żmien l-imgħoddi. Madankollu, kien għad fadal ferm biex raħalna jinqata’ mill-Parroċċi Matriċi bħala parroċċa għalih. Dan minħabba li Birżebbuġa kienet abitata partikolarment fis-sajf. Kienet mitqiesa bħala post fejn wieħed jinżel għall-mistrieħ, fil-villeġġjatura tas-sajf, kif ukoll bosta sajjieda li minħabba l-baħar kienu jqattgħu ħafna ħin, partikolarment fis-sajf jipprattikaw id-delizzju tagħhom, fil-bosta bajjiet li jeżistu f’ Birżebbuġa.

Insibu bosta kitbiet li juru kemm Birżebbuġa kienet art tal-mistrieħ. Fosthom insibu l-għanja li tgħid hekk:

Birżebbuġa nieħdok naħslek
Kalafrana nixxuttak

Insibu wkoll il-poeżija Birżebbuġa ta’ Luigi Rosato, li nkitbet fis-Seklu Dsatax.

Sa mill-1463, Birżebbuġa kienet taħt il-ġurisdizzjoni tal-Parroċċa ta’ Bir Miftuħ, li meta minn din il-parroċċa bdew jinqatgħu l-parroċċi l-oħra, bħal ngħidu aħna ż-Żurrieq, iż-Żejtun, u Ħal Għaxaq, partijiet differenti minn Birżebbuġa bdew jappartjenu lil dawn il-parroċċi.

Beda mbagħad is-Seklu Għoxrin. Ir-rata tal-popolazzjoni bdiet tiżdied, u għalkemm bosta mir-residenti kienu jiġu minn paroċċi oħra, xtaqu li jkollhom ir-residenza tagħhom b’ mod permanenti f’ dan is-subborg. Il-popolazzjoni kompliet tikber, u hekk kif tlestiet il-kappella tad-Duluri, Birżebbuġa saret paroċċa. Id-data memorabbli hi nhar id-9 ta’ Settembru 1913. Id-digriet li Birżebbuġa saret parroċċa awtonoma, inqara fil-Parroċċi nhar is-16 ta’ Settembru 1913. B’ hekk, Birżebbuġa saret indipendenti minn parroċċi oħra.

 

Veduta ta' Birzebbuġa minn fuq għall-ħabta tat-tmeninijiet (1980s).  Innuttaw l-ambejnt tal-Bajja s-Sabiħa kemm hu differenti minn tal-lum.  Fl-istampa jidher ukoll id-digriet li bih l-Isqof Pietru Pace għamel lil Birzebbuġa parroċċa awtonoma fid-9 ta' Settembru 1913, bil-Madonna tad-Duluri tkun l-ewwel Titular ta' Birzebbuġa.

 

Kif oriġina l-isem?

Mhux l-iskop ta’ dan is-sit li jidħol f’ irqaqat ta’ toponomastika. Imma l-isem jista’ jkollu żewġ derivazzjonijiet. Hawn min jgħid li raħalna hu Burżebbuġa. Din il-kelma tfisser art taż-żebbuġ. It-tipografija turina li fuq din l-art kien jikber iż-żebbuġ. Jiġifieri din setgħet kienet ir-raġuni ta’ dan l-isem, li għad hawn min isostnieh.

Raġuni għall-isem kif tgħidu l-maġġoranza tar-residenti, u kif inhu mniżżel fir-reġistru elettorali, u għalhekk ser nimxu ma’ dan l-isem, Birżebbuġa tfisser Bir taż-Żebbuġ. Dan minħabba li fi Bliet u Rħula Maltin, paġna 91, insibu miktub hekk:

Fil-Bajja ta’ San Ġorġ, madwar l-1800, kienu għadhom jidhru minn wiċċ il-baħar ‘il fuq xi vaski taż-żejt imħaffrin fil-blat li kienu jservu għall-għasir taż-żebbuġ. Dawn kien jinżamm fihom iż-żejt.

 

Birżebbuġa huwa wieħed mill-ftit irħula f'Malta li ismu ġej mis-siġra taż-żebbuġ u l-industrija taż-żejt, industrija li tmur lura saż-żmien ir-Rumani, jekk mhux qabel ukoll.  Irħula oħra li għandhom konnessjoni simili huma:  Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun u ż-Żebbuġ f'Għawdex.  L-isem tar-raħal tagħna jitfa' dawl fuq dan il-fatt.  Fil-periferiji ta' dan ir-raħal filfatt insibu bosta siġar taż-żebbuġ u arkeologi flimkien ma' studjużi f'dan il-qasam sabu xi bjar li fihom jien jinħażen iż-żejt.  Fl-istampa ta' fuq qed taraw il-Bajja ta' San Ġorġ, l-istess post fejn instabu dawn il-bjar żgħar taż-żejt.  Fl-istess bajja nstabu diversi sejbiet arkeoloġiċi oħra ta' natura straordinarja, bħal cart ruts li misterjożament jibqgħu neżlin fil-baħar.  Għandna nkunu kburin bil-lokal tagħna għax filwaqt li r-raħal tagħna huwa assoċjat mal-baħar u d-divertiment, ir-raħal tagħna għandu jkun aktar stmat għall-istorja antika tiegħu ta' ċiviltajiet li abitaw dan il-post fil-milja taż-żminijiet, hekk kif ismu stess jixhed.

 

L-Arma ta’ Birżebbuġa.

Għalkemm raħal antik, iżda li żviluppa dan l-aħħar, f’ Birżebbuġa nbidlet għal bosta drabi l-arma tal-lokal. Il-kulur tar-raħal baqa’ dejjem l-ikħal b’ faxx abjad u aħmar.

L-arma oriġinali u li nsibuha fuq bosta bnadar u standardi f’ Birżebbuġa hi din:

Skud maqsum fi tnejn, ta’ fuq fidda u ta’ isfel ikħal bħall-baħar. Fil-parti ta’ fuq tidher xtajta bi dwejra u siġra fuqha. Ma’ din l-arma hem mil-motto tal-lokal li bil-Latin jaqra hekk:

Pax Salvsqve Omnibvs

U li jfisser:

Paċi u Saħħa lil kulħadd.

Hekk kif twaqqaf l-ewwel Kunsill Lokali, fl-1994, l-istemma saret tarka bi sfond iswed bl-imfietaħ ta’ San Pietru fin-nofs. Din l-istemma saret bħala rispett lejn il-Patrun tal-lokal.

Ġara li s-Sur Michael Balzia lemaħ l-ewwel stemma ta’ Birżebbuġa fis-saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Gudja, u b’ Notifikazzjoni Legali Numru 28 ta’ l-1 ta’ Marzu 1996, ġiet addottata din l-arma tal-lokal:

Skud abjad bi speċi ta’ ittra V fin-nofs, filwaqt li fuq din is-simbolu hemm fergħa taż-żebbuġ. L-istemma hi fuq sfond abjad, u l-kulur tas-simbolu V u l-fergħa żebbuġa hi kaħla.

Fuq, fuq, din kienet l-istorja ta’ kif twaqqfet il-parroċċa tagħna. Jeżistu aktar artikli f’ dan is-sit li juru l-iżvilupp tal-Parroċċa, il-Knisja, u bosta affarijiet oħra konnessi ma’ Birżebbuġa. Nittamaw li ladarba jinqraw dawn l-artikli, tinftiehem iktar l-istorja ta’ Birżebbuġa li fiċ-ċentru tal-ħajja tagħha hemm il-Festa Titulari ta’ l-Appostlu Missierna San Pietru.

 

San Pietru Appostlu

 

 

San Pietru Appostlu

kitba ta' Christ Bonnici

 

Tv Es Pastor Ovivm, Princeps Apostolorvm,

Tibi Traditae Svnt, Claves Regni Caelorvm.

 

Int ir-ragħaj tan-ngħaġ, il-Prinċep ta’ l-Appostli,

Kristu tak l-Imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet”.

 

Dan hu l-kliem wisq għall-qalbna ta’ l-Antifona Immortali li nisimgħuha kemm nisimgħuha dejjem tħallina bil-għatx biex nisimgħuha iktar u iktar. Iżda San Pietru kien biss ir-Ragħaj tan-Ngħaġ u l-Prinċep ta’ l-Appostli?

Jekk inħarsu lejn il-ħajja ta’ dan il-figura ewlenija fir-Reliġjon Kristjana Kattolika, naraw li dan ma kienx imma sar kap ta’ l-ewwel Kommunitajiet Insara f’ Ġerusalemm. Pietru, twieled bħala Xmun. Kien Iħaddan ir-Reliġjon Godajka, dik ir-Reliġjon li kienu u għadhom iħaddnu l-Lhud. Xmun twieled f’ Bethsaida, post fuq ix-Xatt tal-Punent tax-Xmara Ġordan. Ħuh kien Sant’ Andrija, li wkoll kien Appostlu. Xmun imbagħad mar joqgħod fuq ix-Xatt tax-Xmara tal-Galileja fejn sar sajjied. Stejjer fit-Testment il-Ġdid juru li kien bniedem ġeneruż, beżżiegħ, dejjem jitkellem f’ isem sħabu u impulsiv. Nafu fiċ-ċert li kien miżżewweġ. Iżda Sidna Ġesu’ Kristu kellu skop ieħor għal Xmun….dik li ma jkunx biss sajjied tal-baħar: “Imxu warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”. (Mark 1:7).

 

The Calling of Saint Peter by Hans Suess Kulmbach Galleria degli Uffizi, Firenze.

 

Il-Ħajja ta’ Appostlu.

Fil-Bibbja, Xmun hu mpinġi bħala ħabib intimu ta’ Ġesu’, kif ukoll tas-segwaċi tiegħu. Fil-fatt, ħafna drabi naraw li Ġesu’ kien jieħu miegħu lil Xmun, Ġakbu, u Ġwanni. Jekk inħarsu lejn l-episodji tat-Trasfigurazzjoni fuq il-Muntanja Tabor u l-Agunija ta’ Sidna Ġesù Kristu fl-Ort tal-Ġetsemani naraw dan il-fatt: l-imħabba speċjali li Ġesù kellu lejn Pietru:

“Imbagħad Ġesu’ flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f’ qasam, jgħidulu l-Ġetsemani, u qal lid-dixxipli: ‘Oqogħdu bilqegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob’. U ħa miegħu lil Pietru u ż-żewġ ulied ta’ Żebedew, …” (Mattew 26:36/37)

L-imħabba reċiproka li Xmun kellu għal Ġesu’ Kristu, ġieli wkoll swietu ta’ deni personali. Saħansitra darba minnhom fl-ewwel taħbira tal-Passjoni u l-Qawmien, Pietru beda jlum lil Ġesu’, sforz l-imħabba tiegħu lejH. Għal dan, Kristu sejjaħħlu “Xitan”. Jekk inħarsu lejn il-fidi ta’ Pietru, naraw li din kienet waħda enormi. “Mulej, jekk hu int, ordnali li niġi ħdejk fuq l-ilma”. Iżda l-biża’ u d-dubju ma ħallewhx jasal u Kristu ċanfru sew: “Ja bniedem ta’ fidi żgħira, għaliex iddubitajt” (Mattew 14:28/31).

Meta naraw dan kollu jseħħ fl-Appostlu Patrun tagħna, mingħajr ma rridu, nagħmlu kuraġġ. L-Appostlu Missierna San Pietru jurina li aħna bħalu msejħin għall-qdusija. Bħalma hu wasal biex sar qaddis, u fih seħħet transizzjoni enormi minn qabel ma niżel fuqu l-Ispirtu s-Santu għal dak li ġara wara, ninnutaw kemm aħna lkoll li tant niżbaljaw u niċħdu tant lill-Mulej, bħal Pietru wkoll naqilgħu l-maħfra, ladarba jiddispjaċina ta’ dak li nagħmlu.

Għalhekk, mhux ta’ b’ xejn, il-Birżebbuġjani uliedek, iħarsu lejk Missier, u jitolbuk tieqaf magħhom f’ kull mument tal-ħajja tagħhom. Partikolarment fil-mumenti deludenti! Għinna, Missier! Għinna! Ħalli bħalek nirċievu l-maħfra u l-imħabba ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Punt importanti fil-ħajja ta’ Xmun Pietru, kif ukoll fl-istorja kollha tal-Knisja Kattolika hu meta jekk naqraw sew l-Evanġelju skond San Mattew, Kapitlu 16, Versi 13 – 20) naraw li Sidna Ġesu’ Kristu ried jibni fuq is-sod, u għalhekk, lil dak li kien Xmun Bin Ġona, bidillu ismu… minn Xmun Bin Ġona, sejjaħħlu Kefa, (Pietru) li tfisser Blata.

Kif nafu, f’ dan l-episodju, Ġesù, jgħidilna San Mattew, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarea ta’ Filippu staqsa lid-dixxipli dwar min jaħsbu li hu n-nies. Għall-mistoqsija diretta ta’ x’ jaħsbu l-Appostli fuq Ġesù, min jitkellem? Ħadd ħlief is-Sajjied Xmun. Sajjied, jagħmel l-istqarrija ta’ l-aqwa Teologu: Int il-Messija l-Iben ta’ Alla l-Ħaj. Tant kemm ħa gost b’ din l-istqarrija, il-Mulej intebah li fi Xmun kienet qed isseħħ il-bidla. Ma għadux dak il-bniedem li ma jaf jagħmel xejn ħlief jaqla’ l-għixien tiegħu bis-sajd! Imma tant qed jitwaħħad ma’ l-Imgħallem, tant qed jafda u jemmen dak li jitgħallem mingħandu, li bil-għajnuna tal-Missier Alla, għaraf verament min kien Ġesù. U fuq din l-istqarrija ta’ l-aqwa Teologu, li ħarġet minn fomm ta’ bniedem mill-aktar ordinarju, Kristu  għamlu l-ewwel Kap tal-Knisja… ”U jiena ngħidlek ‘Inti Pietru (Blata) u fuq din il-Blata, jiena nibni l-Knisja Tiegħi. Lilek nagħtik l-Imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-Art ikun marbut fis-Smewwiet u kull ma tħoll fuq l-Art ikun maħlul fis-Smewwiet’.

Tant kemm Ġesù għażel Mexxej għaqli, li antiċipa li matul iż-żminijiet, ser iqumu l-irwiefen u jħabbtuha. Fil-fatt, kif ser naraw iktar ‘il quddiem, Pietru kien wieħed li baqa’ sod quddiem ir-riefnu tal-Martirju. Bħalu għamlu bosta mill-Appostli u l-Martri. Imma, kif qal Ġesù lil Pietru: Is-Setgħat ta’ l-Infern ma jgħelbuhiex.

Pietru ħass li hu midneb u Sidu ma kien fih l-ebda dnub. Ħass ukoll li ma kienx dehen għalih li Sidu jaqa’ għal dak il-livell. Imma dan kien biss il-ħsieb uman ta’ Pietru, u l-ħsieb tar-rispett u l-imħabba u l-fiduċja li kellu fil-Mulej Ġesù. Inħarsu lejn l-avveniment ta’ Ħamis ix-Xirka meta Ġesu’ ried jaħsillu saqajh: “’Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!’ Wieġbu Ġesu’ ‘Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’ taqsam miegħi’. Qallu Xmun Pietru ‘Mulej, mhux saqajja biss, imma jdejja u rasi wkoll’.” (Ġwanni 13:8/9)

Jekk inħarsu lejn il-Patrun tagħna fil-waqtiet solenni tal-Passjoni, insibu li beża’. Mill-Appostli kull ma kien għad fadal ma’ Kristu kien biss San Ġwann l-Evanġelista. Iżda l-ewwel wieħed li ra l-qabar vojt u daħal fih meta Kristu Irxoxta kien appuntu Xmun: “Mbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta’ l-għażel imqegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f’ post għalih”. Wara dan, Pietru flimkien ma’ l-Appostli imbeżża’ mil-Lhud ingħalqu fiċ-Ċenaklu. U dan dam sa’ Għid il-Ħamsin. Dakinhar, Pietru, li qabel kien beżżiegħ, ħareġ bħala bniedem trasformat. Pietru sari l-bniedem ta’ Ġesù. Ħareġ jippriedka u jgħallem, u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb. Beda jinftiehem b’ kull lingwa. X’ miraklu dak, meta bil-lingwi li nftiehem, bil-għajnuna tal-Mulej ikkovertew għadd ta’ nies!

Pietru ħalla Ġerusalemm u sar Missjunarju. Laħaq l-Ewwel Isqof ta’ Antijokja tas-Sirja, kif ukoll l-Ewwel Isqof ta’ Ruma, jiġifieri hu fatt ċert li kien ukoll l-Ewwel Papa. Pietru hu msejjaħ ukoll bħala l-Appostlu tal-Lhud. Jingħad li kien medjatur bejn il-Lhud li kien jitkellmu l-Aramajk (Konservattivi) immexxija minn San Ġakbu u dawk li kienu jitkellmu l-Grieg (Liberali) immexxija minn San Pawl.

 

Saint Peter by William Holman Hunt, Private Collection.

 

L-Arresti, il-Ħelsien (Titular) u l-Martirju

Kif ħabbarlu Kristu qabel tela’ lejn is-Sema, wara li staqsih għal tliet darbiet jekk Iħobbux, u fdalu f’ idejh li jirgħa n-Ngħaġ u l-Ħrief, jiġifieri kkonfermalu s-setgħa tiegħu ta’ Kap tal-Knisja, ħabbarlu kif kellu jagħti ħajtu għaliH: “ ‘ Tassew tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid’ !” (Ġwanni 21:18)

Lejn nofs l-Ewwel Seklu, is-Sultan Erodi nieda persekuzzjoni ħarxa kontra l-Insara. L-ewwel qata’ ras Ġakbu ħu Ġwanni, u mbagħad biex jikkuntenta lil-Lhud, arresta lil Xmun Pietru wkoll. Iżda t-talb tal-Knisja nstema’! Il-Mulej bagħat l-Anġlu tiegħu u fil-Lejl stess li fih, Erodi kellu joħroġ lil Pietru biex tinqatalu s-sentenza, l-Anġlu ħelsu. Hu daqsxejn rakkont twil biex nirrakkontawh hawnhekk, imma nistgħu nħarsu lejn il-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli, Kapitlu 12, Versi minn 1 sa 19. Għal dan l-avveniment hi ddedikata l-Parroċċa tagħna ta’ Birżebbuġa. Għal dan il-għan, il-Poplu kollu ta’ Birżebbuġa nhar l-Ewwel Ħadd ta’ Awissu u matul il-ġimgħat ta’ qabel, jingħaqad biex jiċċelebra bil-kbir, f’ Tempju u f’ raħal imżejna mill-isbaħ!

Iżda Pietru ma kellux idum barra. It-tradizzjoni tgħid li reġa nqabad u ttieħed fil-ħabs ta’ Ruma wara li l-ewwel darba kien arrestat f’ Ġerusalemm. Din id-darba, twettqet il-Profezija li qallu Ġesù, u Pietru miet Martri għal Kristu. B’ dan il-Martirju, issiġilla l-imħabba infinita li kellu għal Ġesù, liema mħabba ħarġet fid-dieher anke kif ressquh għall-Martirju. Pietru, il-Patrun tagħna, ħasad il-Palma tal-Glorja msallab rasu ‘l isfel. Għalhekk, l-imħabba u s-sottomissjoni li hu kellu lejn is-Salib tal-Mulej. It-tradizzjoni tisħaq li min]abba li ma ħassx li jkun dehen għalih li jmut l-istess mewt ta’ Kristu Sidu, u għalhekk hu kien Pietru li għażel li jissallab b’ dak il-mod. Pietru, ġie msallab u mhux qatgħulu rasu bħal San Pawl minħabba li San Pawl kien ċittadin Ruman, iżda Pietru baqa’ jħaddan ċittadinanza Lhudija. Pietru miet barra l-ħitan ta’ Ruma, dejjem skond it-tradizzjoni, fis-Sena 64 Wara Kristu.. San Pietru jinsab midfun taħt l-Altar Maġġur tal-Bażilika ddedikata lilu (Il-Vatikan). Unur enormi għalina l-Birżebbuġjani hu dak ta’ meta jibda l-Ministeru Petrin is-Suċċessur Tiegħu l-Papa. L-ewwelnett, il-pussess tal-Papa jissejjaħ bħala l-bidu tal-Ministeru Petrin, u l-ewwel viżta li jagħmel qabel ma tibda ċ-ċelebrazzjoni li fiha jingħata l-Pallivm u ċ-ċurkett tas-Sajjied, (simbolu ieħor ta’ San Pietru) tkun appuntu fuq il-qabar ta’ San Pietru.

Qabel is-snin ta’ l-1950, ma kinux ċerti dwar dan il-qabar, għaliex kienet biss tradizzjoni li tgħid li San Pietru jinsab midfun hemmhekk, minħabba li miet fl-istess post. Il-qabar kellu miktub fuqu PETRVS, li bil-Latin tfisser PIETRU. U wara xi studju li sar, il-qabar sar magħruf li kien awtentiku.

 

The Calling of Saint Peter and Saint Andrew by Caravaggio, Royal Collection Department, London.

 

Iż-Żewġ Ittri Attribwiti Lilu.

Fil-Bibbja, fit-Testment il-Ġdid, insibu żewġ ittri attribwiti lil San Pietru. L-Ewwel Ittra nkitbet minn San Pietru f’ Ruma għall-ħabta tas-Sena 64 Wara Kristu. Kitibha lill-Insara ta’ l-Asja Minuri biex isaħħaħhom fil-fidi u jurihom kif għandhom jgħixu f’ soċjeta’ fil-Maġġoranza tagħha pagana. Uħud jidhrilhom li din l-Ittra nkitbet minn awtur anonimu għall-ħabta tas-Snin 90/91 Wara Kristu. Matul din l-Ittra, San Pietru jisħaq fuq id-dmir tan-Nisrani li jagħti eżempju tajjeb biex jiġbed lill-Pagani għall-Konverżjoni.

Min-naħa l-oħra, dwar it-Tieni Ittra hemm dubju serju jekk inkitbitx minn San Pietru jew awtur anonimu lejn l-aħħar ta’ l-Ewwel Seklu Wara Kristu. Ir-raġuni hi li l-istil u s-suġġett huma differenti minn dawk ta’ l-Ewwel Ittra. Jidher li fi żmien min kitibha, l-Insara ma kinux għadhom jaħsbu li Kristu kellu jerġa’ jiġi ma jdumx. L-Ittra hi indirizzata lill-Insara kollha bla ebda ħjiel ta’ xi post partikolari. Ħsieb l-awtur hu li jsaħħaħ il-fidi ta’ l-Insara, l-aktar dwar it-Tieni Miġja ta’ Ġesu’ Kristu, iwiddibhom dwar it-tagħlim ħażin, u jfakkarhom fil-periklu li jifhmu ħażin l-iskrittura, l-aktar il-kitba ta’ Pawlu.

 

Saint Peter by Jusepe de Ribera, Galleria Doria Pamphilj, Roma

 

Festi Liturġiċi matul is-sena

Nistgħu ngħidu li wara l-Madonna u San Ġużepp, l-iktar Qaddisin li għandhom jiem iddedikati għalihom, huma San Pietru u San Pawl.

L-ewwel Festa insibuha nhar it-22 ta’ Frar. Sal-Konċilju Vatikan II, kienet issir festa oħra tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu. Din kienet taħbat fit-18 ta’ Jannar. Dakinhar, il-Knisja kienet tiċċelebra l-Ħatra ta’ Xmun Pietru bħala l-Ewwel Isqof ta’ Ruma, u fit-22 ta’ Frar kienet issir il-Festa tal-Kattedra ta’ San Pietru f’ Antijokja. Fil-fatt, għalhekk is-silta ta’ l-Evanġelju: “U meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarea ta’ Filippu…” Illum dawn iż-żewġ festi ngħaqdu f’ waħda, għaliex hu l-fatt li la l-Knisja titmexxa mill-Vatikan, għalhekk il-Papa jgħix f’ Ruma, hu fatt li l-ħatra ta’ Isqof ta’ Ruma hi l-ħatra ta’ l-Ewwel Papa li Kristu tah f’ Ċesarea ta’ Filippu.

Festa oħra hi nhar id-29 ta’ Ġunju. Flimkien ma’ San Pawl, infakkru s-Solennita’ tal-Martirju ta’ dawn iż-żewġ Kolonni tal-Knisja, popolarment magħrufa bħala L-Imnarja. Il-lessema Latina “Luminaria” hi derivazzjoni tan-Nom “Lumen” (3rd Declention) u tfisser “Dawl”.

Il-Parroċċa ta’ Birżebbuġa tiċċelebra t-Titular tagħha fl-Ewwel Ħadd ta’ Awissu minħabba li l-Festa tal-Ħelsien mill-Ħabs ta’ San Pietru Appostlu taħbat nhar l-1 ta’ Awissu.

Għalhekk, hu bix-xieraq li l-Grupp li ifforma riċentament, dak ta’ l-armar, jieħu dan l-isem hekk sabiħ… l-isem li jfakkar il-Jum Liturġiku tal-Festa Titulari tal-Birżebbuġjani. Il-jum li hu magħruf bħala l-isbaħ jum matul il-mixja tas-sena kollha.

Mhux ta’ b’ xejn, għalhekk, quddiem il-kobor ta’ dan il-figura ewlenija fl-Istorja, ilkoll ningħaqdu flimkien. U quddiem din l-Istatwa Maestuża, mhux xogħol il-bniedem, imma xogħol mistiku, li Alla nqeda b’ Fernand Stuflesser, biex tinħadem f’ Bolzano, fis-sena 1959, ilkoll flimkien ningħaqdu quddiemha bl-akbar qima u ħeġġa: hekk kif il-qalb tagħna l-Birżebbuġjani, ma tiflaħx iżżomm iktar fiha. Hekk kif qalbna tingħasar u mill-qalb ma nkunux nistgħu nżommu dik l-għajta faċli, iżda sabiħa, u aktar kemm nirrepetuha, aktar nixtiequ nibqgħu ntennuha: dik l-għajta immortali:  VIVA SAN PIETRU!!

U ppermettuli li nagħmel tiegħi żewġ strofi li kien għalaq it-tlitt ijiem tat-Tridu bihom fil-festa titulari 2003, il-Predikatur ċelebri Żurrieqi: Fr. John Curmi: żewġ strofi meqjusin fi kliemhom, li bla dubju ta’ xejn jagħtu ġieħ lill-Kbir Appostlu Patrun Singolari tagħna:

 

Pietru Mqaddes żomm raħalna
sod u qawwi f' dat-twemmin
ħa jmexxina t-tagħlim tiegħek
flimkien miegħek magħqudin.

Int ir-Ragħaj ta' Birżebbuġa
lejn Ġesu` miegħek mexjin
b' dawk l-Imfietah int iftħilna
Bieb il-Ġenna tal-henjin.

 

U l-aħħar stanza minn qalbna lkoll toħroġ:

 

Minn miegħek, qatt ma nitilqu
Bil-barka tiegħek, o Missier nitbierku
Hekk kif minn qalbna toħroġ l-għajta:
VIVA L-KBIR PATRUN SAN PIETRU!