Din is-sena ħsiebna li nvarjaw minn dak li ssoltu ntellgħu fil-Wirja Annwali tagħna tal-Ġimgħa l-Kbira. Filwaqt li dejjem żammejna quddiem għajnejna l-ħidma ewlenija tà l-Arċikonfraternità tagħna – li hija d-devozzjoni u l-qima lejn Ġesū Ewkaristija - ħsiebna li nwaqqfu tlett episodji mill-passjoni tà Ġesū. Dawn huma l-Agunija fl-Ort; it-Tradiment tà Ġuda u ċ-Ċaħda tà Pietru. Aħna nemmnu li dawn it-tlett xeni, huma l-ewwel episodji fil-ġrajja tal-passjoni tà Ġesū, li bil-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet, ħallilena tifkira dejjiema fiċ-ċelebrazzjoni tà l-Ewkaristija. It-tieni raġuni hija li minn dawn it-tlett xeni nistgħu noħorġu ħafna tagħlim siewi marbut mà l-Ewkaristija, kif muri wkoll fl-għażla tat-titlu għal din is-sena “Ikun li trid Int.”
F’din il-Wirja qedgħin nesebixxu oġġetti marbuta mà l-istess passjoni, mewt u qawmien tà Ġesū kif ukoll oġġetti oħra; bħall-Kurċifiss tal-ħadid, xogħol tà u gentilment misluf mis-Sur Joseph Portelli, mir-raħal tagħna; xi vari li huma xogħol l-istatwarju s-Sur Anthony Magri mis-Siġġiewi, u affarijiet oħra.
Il-Viċi Kappillan, Dun Andrew Borg, se jbierek il-ftuħ tal-Wirja nhar l-Erbgħa 1 tà April. Aktar dettalji fil-poster.
Inħeġġukom sabiex tattendu.
Grazzi
Ramon Fiott
Għan-Nom tà l-Arċikonfraternità tas-Santissmu Sagrament (Tarxien)
FTIT ĦSIBIJIET MIBNIJA FUQ IL-WIRJA ‘IKUN LI TRID INT’
Wara li ntemmet l-ikla, Ġesù u d-dixxipli ħarġu miċ-ċenaklu (Mt26:30; Mk14:26)[1] għall-Ġnien tal-Ġetsemani. Din il-kelma Griega ġejja mill-kelma bl-Aramajk gat xemanê, li tfisser magħsar taż-żejt jew taż-żebbuġ.[2] Ġesù kien tà sikwit jinġabar f’dan il-masġar mad-dixxipli tiegħu (Ġw18:1-2). Imma din kienet lejla different mis-soltu u peress li kien jaf x’inhu ġej għalih, Ġesù ried li id-dixxipli jishru miegħu (Mt26:38; Mk14:33-34). Imbagħad tbiegħed minnhom daqs tefa tà ġebla (Lq22:41) u daħal f’agunija l-aktar ħarxa.
Mhijiex id-drawwa tal-Lhud li jitolbu għarkubbtejhom.[3] Iżda minħabba fl-agunija, Ġesù ma felaħx iżjed jitlob bil-wieqfa u nxteħet wiċċu fl-art (Mt26:39; Mk14:35; Lq22:41). Ir-rieda tal-Missier kienet li Ġesù jitgħabba bil-piż tad-dnubiet tad-dinja. U Ġesù ħass dan il-piż jagħfas fuqu. Għax kien Alla, ra quddiem għajnejh id-dnubiet tà l-imgħoddi; id-dnubiet tal-preżent u dawk li kellhom jitwettqu sa l-aħħar taż-żminijiet. Fuq kollox, ir-ruħ tiegħu tà bniedem inġibdet lura quddiem id-dehra tà dak kollu li kellu jgħaddi minnu; moħħu ma setgħax ma jistkerraħx b’dik il-mewt tal-biża, li issa kienet daqshekk fil-qrib. Dak kollu li kellu jgħaddi minnhu deher ċar quddiem għajnejh.[4]
Il-kelma agonija, wżata darba biss ft-Testment il-Ġdid u f’dan il-kuntest fl-evanġelju tà San Luqa, hija ġejja mill-grieg “agone” u tfisser ġlieda, taqbida.[5] Sinjal viżibli tà din l-agunija ħarxa kien li l-għaraq tà Ġesù sarlu bħal qtar tad-demm iċċarċar sà l-art (Lq22:44). Dan hu fenomenu fiżjoloġiku li ċerti tobba diġa kienu jafu bih.[6] Iżda minkejja dan u għall-imħabba tagħna, Ġesù qagħad għar-rieda tà min bagħtu, u fit-talba tiegħu ‘Ikun li trid Int’, wera li hu kien lest jilqà u jaċċetta kollox (Fil2:8).
Xi ftit punti tar-riflessjoni:
(a) Ġesù daħal f’agonija ġewwa ġnien. Missierijiet il-Knisja f’dan il-Ġnien taż-Żebbuġ; raw xebħ mall-Ġnien tal-Ġħeden[7], fejn Alla ħalaq lil Adam fuq xbieha tiegħu u niżel jippassiġġa miegħu (Ġen3:8). Iżda x-xitan kisser din ir-rabta; u Adam ta widen għall-kliem it-Tentatur (Ġen3:1-6). Issa fil-Ġnien taż-Żebbuġ, Ġesù li hu Adam il-Ġdid, iltaqà mall-Missier u laqà r-rieda tiegħu (Mt26:39; Mk14:36; Lq22:42), sabiex setgħet isseħħ dik is-siegħa tal-fidwa tagħna (Ġw12:27,13:1,18:4). Dak li tkisser fil-Ġnien tal-Għeden ħa l-ħajja fil-Ġnien taż-Żebbuġ;.
(b) Għandna nishru dejjem u nitolbu sabiex ma nidħlux fit-tiġrib u t-telfien (Mt26:41; Mk14:37-38; Lq22:46) għax l-għadu qarrieq tagħna dejjem jinsab madwarna (1Piet5:8; Efes6:11-12).
(c) Il-kelma Abba (Mk14:36) hija kelma bl-Aramjak li jgħiduha t-tfal meta b’mod l-aktar familjari jitolbu xi ħaġa mingħand missierhom.[8] Fuq dan l-eżempju, għandna wkoll nużaw il-ħin tat-talb bħala mument tà familjarità u ntimità l-aktar kbira mà Alla. Fuq kollox għandna ngħidu t-talba tà l-ulied lil Missierhom li għallimna Ġesù stess (Mt6:9-13; Lq11:2-4).
(d) Fil-mumenti tà dwejjaq u tà niket, donnu t-talb tagħna jinxef jew ma nkunux nafu kif se nitolbu. Ġesù jgħallimna li anki f’dawn il-waqtiet għandna nħossu l-ħtieġa li nitolbu. Ma hemmx għalfejn xeba tlablib fil-vojt (Mt6:7). Biżżejjed li nirrepetu l-istess talba għal darba darbtejn, kif talab Ġesù stess bil-ħerqa (Mt26:44; Mk14:39) u nħallu l-Ispirtu tà Alla jmexxina hu (Rum8:26).
(e) Fil-Bibbja, il-kalċi mfawwar bl-inbid huwa simbolu tà mrar u tbatija (S75:9; Apok16:19).[9] Għandna għalhekk nixorbu
(f) ‘Ikun li trid Int’ hija espressjoni tà mħabba tà Ġesù lejna għaliex wera li kien lest li jmut għalina. Ġesù huwa l-milja tà din l-imħabba tà Alla li dehret fostna (1:Ġw4:9-10). Ġesù għex din l-istess imħabba (Ġw15:12-14) bit-taghlim (Mt5:43-48; Lq6:27-35,39-43) u bil-maħfra (Mk2:17; Lq5:32,7:48-50,19:10; Ġw8:11) tad-dnubiet kull fejn mar. Ġuda, wieħed mit-Tnax, kien xhud mill-qrib tà din l-imħabba li Ġesù wera matul il-ħajja pubbliku tiegħu (Att2:22,10:38). Iżda baqà ndifferenti u saħansitra wasal sabiex jittradixxi lil Ġesù. Dan l-att faħxi huwa diġa ikrah minnhu stess, aħseb u ara meta jitwettaq għall-gwadan (Mt26:14-15; Mk14:10-11; Lq22:3-5)[10] u b’bewsa, li hija espressjoni tà mħabba (Mt26:47-49; Mk14:43-46; Lq22:47). Ġesù kien jaf lil min kien għażel u minn kellu jittradih (Ġw6:64,71-72;13:11,27). Iżda baqà jistieden lil Ġuda għall-indiema u għall-konverżjoni sħiħa (Lq22:48). Ġuda ma laqgħax din l-istedina; baqà fid-dlam; taħt il-ħakma tal-ħażen (Ġw13:2,27,30). Ġuda ammetta l-iżball tiegħu (Mt27:3-4), imma qalbu baqgħet iebsa. Ma marx ifittex l-imħabba u l-maħfra tà Alla, iżda mar u tgħallaq (Mt27:5).
[2] Patri Donat Spiteri O.F.M., Cap Mill-Mewt g[all-{ajja, G[aqda Biblika Maltija, 1995
[3] Kan. Dun Piet Sammut Il-Jiem tà l-Aktar Im[abba, Portelli Print, Nadur 2002
[4] Mons. Lawrenz Scibberas L-A[[ar :img[a tà :esù, Lumen Christi Publications, Gozo Apr 2001
[5] Kan. Dun Piet Sammut Il-Jiem tà l-Aktar Im[abba, Portelli Print, Nadur 2002
[6] Mons. Lawrenz Scibberas L-A[[ar :img[a tà :esù, Lumen Christi Publications, Gozo Apr 2001
[7] Mons. Lawrenz Scibberas Riflessjonijiet fuq il-Passjoni minn San :wann, Pubblikazzjoni Preca, 1994
[8] Mons. Lawrenz Scibberas L-A[[ar :img[a tà :esù, Lumen Christi Publications, Gozo Apr 2001
[9] Kan. Dun Piet Sammut Il-Jiem tà l-Aktar Im[abba, Portelli Print, Nadur 2002
[10] Mons. Lawren Sciberras L-Appostli u l-Evan;elisti {ajjithom u Tag[limhom, Lumen Christi Publications Gozo 2007
Wirja 2008
Grazzi għall-kummenti u għas-suġġerimenti li għamlulna dawk kollha li żaru l-ewwel wirja tagħna, stajna, bil-grazzja tà Alla, infasslu u ntellgħu Wirja oħra għaż-żmien tar-Randan 2008. Il-Wirja, bl-isem “Dan Hu Ġismi; Dan hu Demmi” saret f'post nr.35, Triq il-Kbira, Tarxien.
It-tema li għażilna għal din il-Wirja kienet differenti minn dik tas-sena l-oħra; għalkemm xorta marbuta mà l-Akbar Ġrajja li nfakkru u niċċelebraw f’dan iż-żmien qaddis. Ridna li din is-sena l-emfażi jkun fuq is-Sagramenti tà l-Ewkaristija u tas-Saċerdozju, li s-Salvatur tagħna mar iwaqqaf fil-lejl qabel ma mar jingħata b’fidwa għalina. Il-Wirja kienet għalhekk għodda sabiex inkomplu niskopru s-sbuhija tal-presenza tà Ġesū fl-Ewkaristija.
Minkejja li l-Wirja ħabtet mà l-Elezzjonijiet Ġenerali, xorta kellna attendenza sabiħa. Nixtieq għalhekk nirringrazzja lil dawk kollha li ġew iżuru din il-Wirja tagħna, kif ukoll lil dawk li jagħtu voluntarjament il-ħin, ix-xogħol, il-paċenzja u d-dedikazzjoni tagħhom sabiex tkun tistà tittellà din il-wirja. Fl-ahhar u mhux l-inqas nirringrazzja lill-isponsors tal-ġenerożità tagħhom.
Wirja 2007
Fl-okkażjoni tal-erba mija u għaxar snin mit-twaqqif tà din l-istess Arċikonfraternità, tellajna l-ewwel wirja tal-Ġimgħa l-Kbira bl-isem "Issa ssebbaħ Bin il-Bniedem" għall-aħħar ġimgħa tar-Randan 2007 f'post nr.35, Triq il-Kbira, Tarxien, peress li s-sejħa ewlenija tal-Fratellanza hija d-devozzjoni u l-qima lejn Ġesū fl-Ewkaristija.
Għal din il-Wirja, armajna l-Mejda tà l-Appostli u sibna nkuraġġament kbir mill-Kappillan, il-Kleru u s-Sindku tar-raħal tagħna. Għalhekk, nixtiequ nieħdu din l-opportunità sabiex nirringrazzjaw lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor għenu u/jew attendew għall-Wirja u ħallewlna l-kummenti tagħhom.