Wirja 2008
Grazzi tal-kummenti u tas-suggerimenti li ghamlulna dawk kollha li zaru l-ewwel wirja taghna, stajna, bil-grazzja ta` Alla, infasslu u ntellghu Wirja ohra ghaz-zmien tar-Randan 2008. Il-Wirja, bl-isem “Dan Hu Gismi; Dan hu Demmi” saret f'post nr.35, Triq il-Kbira, Tarxien.
It-tema li ghazilna ghal din il-Wirja kienet differenti minn dik tas-sena l-ohra; ghalkemm xorta marbuta ma` l-Akbar Grajja li nfakkru u niccelebraw f’dan iz-zmien qaddis. Ridna li din is-sena l-emfazi jkun fuq is-Sagramenti ta` l-Ewkaristija u tas-Sacerdozju, li s-Salvatur taghna mar iwaqqaf fil-lejl qabel ma mar jinghata b’fidwa ghalina. Il-Wirja kienet ghalhekk ghodda sabiex inkomplu niskopru s-sbuhija tal-presenza ta` Gesu` fl-Ewkaristija.
Minkejja li l-Wirja habtet ma` l-Elezzjonijiet Generali, xorta kellna attendenza sabiha. Nixtieq ghalhekk nirringrazzja lil dawk kollha li gew izuru din il-Wirja taghna, kif ukoll lil dawk li jaghtu voluntarjament il-hin, ix-xoghol, il-pacenzja u d-dedikazzjoni taghhom sabiex tkun tista` tittella` din il-wirja. Fl-ahhar u mhux l-inqas nirringrazzja lill-isponsors, tal-generozita` taghhom.
Wirja 2007
Fl-okkazjoni tal-erba mija u ghaxar snin mit-twaqqif ta` din l-istess Fratellanza, ahna tellajna wirja bl-isem "Issa ssebbah Bin il-Bniedem" ghal l-ahhar gimgha tar-Randan 2007 f'post nr.35, Triq il-Kbira, Tarxien, peress li s-sejha ewlenija tal-Fratellanza hija d-devozzjoni u l-qima lejn Gesu` fl-Ewkaristija.
Ghal din il-Mejda ta` l-Appostli, sibna nkuraggament kbir mill-Kappillan, il-Kleru u s-Sindku ta` dan l-istess rahal. Ghalhekk, nixtieq niehu din l-opportunita` sabiex nirringrazzjaw lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor ghenu u/jew attendew ghall-Wirja u hallewlna l-kummenti taghhom.