X'inhi l-Ewkaristija?
L-Ewkaristija hi l-istess sagrificcju tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej Gesu`, li hu waqqaf biex ikompli jwettaq tul iz-zminijiet, sa ma jerga` jigi, is-sagrificcju tas-Salib, u b'hekk ihalli f'idejn il-Knisja t-tifkira tal-Mewt u l-Qawmien tieghu. Hi s-sinjal ta` ghaqda u rabta ta` l-imhabba, l-ikla ta` l-Ghid, li fiha nircievu lil Kristu, fejn ir0ruh timtela bil-grazzja u jinghatalna r-rahan tal-hajja ta` dejjem.
Meta u kif Gesu` Kristu waqqaf l-Ewkaristija?
Gesu` waqqaf l-Ewkaristija nhar Hamis ix-Xirka "il-lejl li fih kien ittradut" (1 Kor 11,23), waqt li ccelebra l-Ahhar Ikla ma` l-Appostli tieghu, fic-Cenaklu. Gesu` ha l-hobz f'idejh, qasmu u tahulhom waqt li qal: "Hudu u kulu lkoll minn dan: dan huwa gismi li jinghata ghalikom". Imbaghad ha f'idejh il-kalci bl-inbid u qalilhom: "Hudu u ixorbu minnu lkoll: dan hu l-kalci ta` demmi, tal-patt il-gdid li jibqa` ghal dejjem, id-demm li jixxerred ghalikom u ghall-bnedmin kollha, ghall-mahfra tad-dnubiet. Aghmlu dan b'tifkira tieghi".
X'tirreprezenta l-Ewkaristija fil-hajja tal-Knisja?
L-Ewkaristija hija l-ghajn u l-quccata tal-hajja nisranija kollha. Fl-Ewkaristija hemm il-qofol tal-hidma li biha Alla jqaddes lilna u l-qima taghna lejh. Fiha jinsab l-ghana spiritwali kollu tal-Knisja: Kristu stess, l-Ghid taghna. L-Ewkaristija tfisser u ggib il-komunjoni fil-hajja ma` Alla u l-ghaqda tal-Poplu kollu ma` Alla. Ic-celebrazzjoni ewkaristika ga tghaqqadna mal-liturgija tas-Sema u hekk nghixu minn qabel il-hajja ta` dejjem.
Kif jissejjah dan is-Sagrament?
L-ghana bla qies ta` dan is-Sagrament jidher mill-hafna ismijiet li nghatawlu u li juru xi aspett partikolari tieghu. L-aktar komuni huma: Ewkaristija, Quddiesa, Ikla tal-Mulej, Qsim tal-hobz, Celebrazzjoni Ewkaristika, Tifkira tal-pasjoni, tal-mewt u tal-qawmien mill-imwiet tal-Mulej, Sagrificcju Qaddis, Liturgija Qaddisa u Divina, Misteri Qaddisa, Santissmu Sagrament ta` l-artal, Tqarbin Imqades.
Fejn tinsab l-Ewkaristija fil-pjan divin tas-salvazzjoni?
Fil-Patt il-Qadim, l-Ewkaristija hi mhabbra minn qabel fuq kollox fl-ikla tal-ghid, iccelebrata kull sena mil-Lhud bil-hobz azzmu, b'tifkira tal-heffa li biha hargu hielsa mill-Egittu. Gesu` jhabbarha fit-taghlim tieghu u jwaqqafha billi jiccelebra mal-Appostli tieghu l-Ahhar Cena waqt l-ikla tal-ghid. Il-Knisja, fidila lejn il-kmand tal-Mulej: "Aghmlu dan b'tifkira tieghi" (1 Kor 11,24), iccelebrat dejjem l-Ewkaristija, fuq kollox il-Hadd, il-jum tal-Qawmien mill-imwiet ta` Gesu`.
Kif tinqasam ic-celebrazzjoni ta` l-Ewkaristija?
Issehh f'zewg mumenti kbar, li jaghmlu wiehed u l-istess att ta` kult: il-liturgija tal-Kelma, li tigbor fiha l-proklamazzjoni u s-smigh tal-Kelma ta` Alla; il-liturgija ewkaristika, li tigbor fiha l-prezentazzjoni tal-hobz u ta` l-inbid, it-talba ewkaristika jew l-anafora, li fiha l-kliem tal-konsagrazzjoni, u t-tqarbin.
Min hu l-ministru tac-celebrazzjoni ta` l-Ewkaristija?
Hu s-sacerdot, ordnat validamnet, li jippresiedi fil-Persuna ta` Kristu r-Ras u f'isem il-Knisja.
Liema huma l-elementi essenzjali u mehtiega ta` l-Ewkaristija?
Huma l-hobz mid-dqiq tal-qamh u l-inbid maghmul mill-gheneb tad-dielja.
Kif l-Ewkaristija hi memorjal tas-sagrificcju ta` Kristu?
L-Ewkaristija hija memorjal jew tifkira fis-sens li taghmel prezenti u attwali s-sagrificcju li Kristu offra lill-Missier, darba ghal dejjem fuq is-Salib ghall-gid tal-umanita`. Il-karattru sagrifikali ta` l-Ewkaristija jidher mill-kliem stess ta` l-istituzjjoni: "Dan hu gismi, li jinghata ghalikom" u "Dan il-Kalci huwa l-Patt il-Gdid b'demmi, id-demm li jixxerred ghalikom" (Lq 22, 19-20). Is-sagrificcju tas-Salib u s-sagrificcju ta` l-Ewkaristija huma sagrificcju wiehed. Il-vittma hi wahda u l-istess, u l-istess hu dak li joffri; il-mod kif issir l-offerta mhux l-istess: bit-tixrid tad-demm fuq is-Salib, bla tixrid ta` demm fl-Ewkaristija.
Il-Knisja kif tiehu sehem fis-sagrificcju ewkaristiku?
Fl-Ewkaristija, is-sagrificcju ta` Kristu jsir ukoll is-sagrificcju tal-membri tal-Gisem tieghu. Il-hajja ta` l-insara, it-tifhir, it-tbatijiet, it-talb, ix-xoghol taghhom jinghaqdu ma` dawk ta` Kristu. Bhala sagrificcju, l-Ewkaristija tigi offruta wkoll ghall-fidili kollha hajjin u mejtin, bhala tpattija ghad-dnubiet tal-bnedmin kollha u biex niksbu minghand Alla kull gid spiritwali u temporali. Il-Knisja tas-sema hi wkoll maghquda ma` l-offerta ta` Kristu.
Kif huwa prezenti Gesu` fl-Ewkaristija?
Gesu` Kristu hu prezenti fl-Ewkaristija b'mod uniku u li ma hemmx iehor bhalu. Fil-fatt hu prezenti verament, realment, sostanzjalment bil-Gisem u bid-Demm tieghu, bir-Ruh u bid-Divinita` tieghu. Fl-Ewkaristija ghalhekk, hu prezenti b'mod sagramentali, jiggifieri taht l-ispeci ewkaristici tal-hobz u ta` l-inbid, Kristu shih: Alla u Bniedem.
X'tfisser it-Transustanzjazzjoni?
Transustanzjazzjoni tfisser il-bidla tas-sustanza kollha tal-hobz fis-sustanza tal-Gisem ta` Kristu, u tas-sustanza kollha ta` l-inbid fis-sustanza tad-Demm ta` Kristu. Din il-bidla ssehh fit-talba ewkaristika, bil-qawwa tal-Kelma ta` Kristu u bil-hidma ta` l-Ispirtu s-Santu. Minkejja dan, il-karatteristici sensibbli tal-hobz u ta` l-inbid, jiggifieri l-"ispeci ewkaristici" ma jinbidlux.
Il-qsim tal-hobz jaqsam lil Kristu?
Il-qsim tal-hobz ma jaqsamx lil Kristu: hu kollu kemm hu prezenti u shih taht kull speci ewkaristika u taht il-partijiet kollha taghhom.
Sakemm tibqa` l-prezenza ewkaristika ta` Kristu?
Tibqa` sakemm jibqghu l-ispeci ewkaristici.
Liema qima ghandha tinghata lis-Sagrament ta` l-Ewkaristija?
Ghandu jinghata l-kult latrija, jiggifieri ta` adorazzjoni, merfugh biss ghal Alla kemm waqt il-Quddiesa kif ukoll barra mic-celebrazzjoni taghha. Il-Knisja, fil-fatt, thares b'ghozza kbira l-Ostji kkonsagrati, twassalhom lill-morda u lil persuni ohra li ma jkunux jistghu jiehdu sehem fil-Quddiesa, tipprezentahom lill-insara biex b'solennita` kbira jadurawhom, tohrog bihom f'purcissjoni u tistieden ghall-cizta` ta` spiss u adorazzjoni tas-Santissmu Sagrament, mizmum fit-tabernaklu.
Ghaliex l-Ewkaristija hi l-ikla tal-ghid?
L-Ewkaristija hija l-ikla tal-ghid, ghax Kristu, waqt li jwettaq sagramentalment l-Ghid tieghu, jaghtina Gismu u Demmu, offerti bhala ikel u xorb, u jghaqqadna mieghu u bejnietna fis-sagrificcju tieghu.
Xi jfisser l-altar?
L-altar huwa s-simbolu ta` Kristu nnifsu, prezenti bhala vittma offruta ghas-sagrificcju (altar-sagrificcju tas-Salib) u bhala ikel tas-sema li jinghata lilna (altar-mejda ewkaristika).
Meta l-Knisja tobbliga ghas-sehem fil-Quddiesa?
Il-Knisja tobbliga lill-insara biex jiehdu sehem fil-Quddies ta` kull nhar ta` Hadd u fil-festi kmandati, u tirrakkomanda biex jiehdu sehem ukoll fil-granet l-ohra.
Meta ghandu wiehed jitqarben?
Il-Knisja theggeg lill-insara biex jitqarbnu kull darba li jiehdu sehem fil-Quddiesa jekk ikollhom id-dispozizzjoni mehtiega, izda tobbligahom li ta` l-inqas jitqarbnu fiz-zmien tal-Ghid.
X'inhu mehtieg ghat-Tqarbin?
Ghat-Tqarbin in-Nisrani jrid ikun f'ghaqda shiha mal-Knisja Kattolika u fil-grazzja ta` Alla, jiggifieri ma jhossx li ghamel dnub mejjet. Min ikun jaf li hu hati ta` dnub gravi l-ewwel ghandu jircievi s-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni, imbaghad jersaq bix jitqarben. Huma mportanti wkoll l-ispirtu ta` gabra u ta` talba, il-harsien tas-sawm mitluba mill-Knisja u l-atteggjament tal-gisem (gesti, hwejjeg), b'sinjal ta` rispett lejn Kristu.
X'inhuwa l-frott tat-Tqarbina Mqaddsa?
It-Tqarbina ssahhah l-ghaqda taghna ma` Kristu u mal-Knisja tieghu, thares u ggedded il-hajja tal-grazzja li nghatat fil-Maghmudija u fil-Grizma u tkabbarna fl-imhabba lejn il-proxxmu. Filwaqt li ssahhahna fl-imhabba, tnehhi d-dnubiet venjali u tharisna mid-dnubiet mejta fil-gejjieni.
Meta huwa possibli tamministra t-Tqarbin Imqaddes lill-insara l-ohra?
Il-ministri kattolici jamministraw lecitament it-Tqarbin Imqaddes lill-membri tal-Knejjes tal-Lvant li m'humiex f'ghaqda shihs mal-Knisja Lattolika, meta huma jitolbu dan minn rajhom u jkollhom id-dispozizzjonijiet mehtiega. Ghall-membri tal-Komunitajiet Ekklezjali l-ohra, il-ministri kattolci jistghu jamministraw lecitament it-Tqarbin Imqaddes lill-fidili, li f'kaz ta` htiega kbira jitolbu dan minn rajhom, sakemm juru li jistqarru l-fidi kattolika dawr dan is-sagrament u li ghandhom id-dispozizzjoni mehtiega.
Ghaliex l-Ewkaristija hija <rahan> tal-glorja li gejja?
Ghax l-Ewkaristija timliena b'kull grazzja u barka tas-Sema, twettaqna fil-mixja taghna f'din id-dinja, iggeghelna nixtiequ l-hajja ta` dejjem, tghaqqadna minn issa ma` Kristu mtella` fil-lemin tal-Missier, mal-Knisja tas-Sema, mal-Vergni Mqaddsa u mal-Qaddisin kollha.