ARĊIKONFRATERNITĄ TAS-SANTISSMU SAGRAMENT - TARXIEN

Nadurak Demm tal-Patt il-Gdid, imxerred fil-Gnien tal-Getsemani; imxerred waqt il-flagellazjoni; imxerred minn l-idejn u s-saqajn imsalba; imxerred mill-kustat miftuh fuq il-Golgotha. Nadurak fis-Sagramenti, fl-Ewkaristija, fejn Inti tinsab prezenti realment.

Hsibijiet fuq id-Demm Prezzjuz ta` Gesu` mehuda mill-Kitbiet ta` San Albert il-Kbir

 

L-aktar zmien ta` sahha waqt il-hajja taghkom u l-aktar zmien ta` konsolazzjoni waqt il-mewt taghkom, jinghata minn dak iz-zmien li tqattghu quddiem Gesu` Sagramentat.  

San Alphone Maria de Liguori

 

Jekk nieqfu ftit u nahsbu u nimmeditaw x’jigri veramanet f’dan is-Sagrament ta` l-Ewkaristija, jiena certa li l-imhabba ta` Gesu` ghalina tbiddel il-kesha ta` qlubna f.nar iheggeg b’imhabba.

Santa Angela ta` Foligno

 

Nadurak kemm niflah, ghalkemm l-imhabba u d-devozzjoni tieghi huma fqajjra. Nirringrazzjak tal-Ghotja tieghek tal-Gisem u tad-Demm tieghek, li nixtieq nircievi…

San Anselmu

 

Fuq l-Altar, issir it-Transustanzjazzjoni tal-Hobz u ta` l-Inbid fil-Gisem u d-Demm ta` Gesu`, meta s-sacerdot ilissen il-kliem “Dan hu Gismi”. Dan hu l-istess Gisem imwieled minn Vergni, li gie mislub u midfun, u li wara tlett ijiem, qam mill-mewt u tela` fil-lemin ta` Alla l-Missier. Il-Knisja taghti dan l-istess Gisem lill-fidili kollha kuljum.

Sant’Antnin ta` Padova

 

Fl-Omnipotenza tieghu, Alla  ma setghax jaghti izjed; fl-Gherf tieghu, ma gharafx x’jaghti izjed; fil-Majesta` u l-Glorja tieghu, ma kellux aktar x’jaghti, hlief l-Ewkaristija

Santu Wistin

 

O Gesu`, niffed ruhi bl-Imhabba tieghek, sabiex ikun nista` nixtieq lilek biss, Inti li Inti l-Hobz ta` l-Angli u l-milja tax-xewqat kollha tar-ruh. Ghaml li qalbi tixxennaq aktar u aktar ghalik, sabiex ruhi timtela bil-hlewwa tal-presenza tieghek.

San Bonaventura

 

Missier, f’gieh l-imhabba kbira tieghek, aghti l-ikel lil din ir-ruh, il-Mulej fl-Ewkaristija.

Santa Katarina ta` Siena

 

Jekk tridu l-milja tal-grazzji, zuru ta` spiss lil Gesu` Ewkaristija.

San Duminku Savio

 

X’taghlima kbira ta` umilta` li s-Sid ta` kollox, Alla u Iben ta` Alla, jiccekken f’din l-Ostja, ghas-salvazzjoni taghna.

San Frangisk ta` Assisi

 

Hermm bzonn li nzuu lil Gesu` Sagramentat mitt elf darba kuljum

San Frangisk de Sales

 

Nixxennaq sabiex nittrejjaq bil-Hobz ta` Alla, il-Gisem ta` Gesu; nixxennaq biex nixrob id-Demm tieghu, Ghotja ta` Mhabba Nfinita.

San Ignazju ta` Antijokja

 

Ruh ta` Kristu, qaddisni

Gisem ta` Kristu, salvani

Demm ta` Kristu, heggigni

Ilma tal-kustat ta` Kristu, ahsilni….

San Ignazju ta` Loyola

 

Kif nistghu ma jkollnix il-hajja ta` dejjem ladarba ahna nittrejqu bil-Gisem u bid-Demm ta` Gesu` u lkoll membri tal-Gisem tieghu….

San Irinew

 

Itolbu biex isiru qaddisin, billi tircievu s-Sagrament tal-Qrar u tersqu lejn il-Mejda tat-Tqarbin ta` spiss.

San Gwann Bosco

 

Ir-ruh ghatxana ghal Alla u hadd hlief Alla jista` jata` dan il-ghatx. Ghalhekk Hu nizel mis-sema u taghna Gismu sabiex Dan issir l-Ikel tar-ruh taghna.

San Gwann Maria Vianney

 

Kemm ghandna nkunu grati li nistghu nircievu ta` kuljum dan is-Sagrament divin; inzommu f’idejna dan Alla ta` l-Imhabba u nircevuh gewwa fina.

Santa Margherita M. d’Alacoque

 

Nippruvaw nahsbu u nimmeditaw fuq il-fatt li meta nitqarbnu, Gesu` jinsab fina flimkien mall-Missier u ma` l-Ispirtu s-Santu; ghalhekk it-Trinita` Mqaddsa tinsab prezenti fina.

Santa Maria Maddalena dei Pazzi

 

Li kieku l-Anglu jghiru ghalina l-Bnedmin, jghiru ghal raguna wahda, it-Tqarbin Imqaddes.

San Massimiljanu M. Kolbe

 

Elf sena ta` tgawdija bil-glorja umana ma jiswew xejn ma` siegha adorazzjoni fil-presenza ta` Gesu` Ewkaristija.

San Pio ta` Pietrelcina

 

Alla huwa prezenti fl-Ostja Kkonsegrata kif inhu fil-Glorja tas-Smewwiet.

San Paskal Baylon

 

Fil-presenza ta` Gesu` fis-Sagrament ta` l-Ewkaristija, inkunu qisna l-Qaddisin tal-Genna quddiem il-presenza ta` Alla.

Santa Tereza t’Avila

 

 

Kif tista` ma temminx li Gesu` jinsab fit-Tabernaklu ghal kull wiehed u wahda minna biss? Hu mheggeg ghalina sabiex jigi jghammer gewwa fina...taghtix widen ghat-Tentatur, izda ersaq bla biza lejn il-Mejda tat-Tqarbin, halli tircievi lil Gesu`.

Santa Tereza ta` Lisieux

 

L-Ewkaristija hija s-Sagrament ta` l-Imhabba; L-Ewkaristija tfisser Imhabba; tiproduci Imhabba.

San Tumas t’Aqwino

 

Aghtini grazzja, li nixxennaq ghas-Sagramenti Mqaddsa tieghek, u sabiex nifrah fil-presenza tal-Gisem tighek, o helu Feddej, fis-Sagrament ta` l-Altar.

San Tumas More