ARĊIKONFRATERNITÀ TAS-SANTISSMU SAGRAMENT - TARXIEN

Il-Fratellanza mfissra:

Il-Fratellanza hija ghaqda fejn il-membri taghha:

(a) jghixu hajja nisranija aktar perfetta;

(b) jgibu ‘l quddiem il-qima pubblika;

(c) jxerrdu l-Kelma t’Alla, u;

(d) jaghmlu hidmiet ta` appostolat bhala turija ta` mhabba lejn Gesu` u lejn huthom il-bnedmin l-ohra.

 

L-Iskop tal-Fratellanza:

Is-sejha tal-Fratellanza hija li xxerred id-devozzjoni u l-qima lejn Gesu` fl-Ewkaristija, kemm fit-tishib fl-Ewkaristija u kemm f’adorazzjoni regolari, u li twettaq xoghol ta` appostolat b’umilta`, b’imhabba u b’karita` sinciera.

 

Dan ifisser, li l-Fratellanza, ma taghtix biss is-sehem taghha fil-processjonijiet li jigu organizzati mill-Parrocca minn zmien ghal iehor. Izda taghti s-sehem taghha f’celebrazzjonijiet liturgici u li jolqtu lilha (bhal dawk ta` Hamis ix-Xirka, Corpus Christi u Qalb ta` Gesu`) u f’adorazzjonijiet (annimazzjoni u preparamenti ta` qari adattat ghal waqt l-adorazzjoni). Il-Fratellanza twettaq ukoll xoghol iehor marbut mas-sejha taghha bhal per ezempju twassal lil Gesu` fl-Ewkaristija, permezz tal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin li huma msebhin fil-Fratellanza, lil dawk li minhabba raguni ta` mard jew ta` sahha ma jistghux johorgu mid-dar ghall-quddies u ghat-tqarbin imqaddes.

 

Min jista` jissieheb fil-Fratellanza:

Il-Fratellanza hija maghmula minn membri rgiel, imsejha Fratelli, li:

(a) bhala regola huma lkoll lajci;

(b) mill-anqas ghandhom tmintax-il sena;

(c) rcevew is-sagrament tal-Konfermazzjoni, u;

(d) jghixu hajja nisranija tajba.

 

Min jokkupa xi ufficcju ta` direzzjoni f’xi partit politiku, fil-Kunsill Lokali, f’kazin tal-banda jew f’ghaqda ohra ta` natura civili u/jew socjali, jista` jigi accettat bhala Fratell, izda ma jistghax jinghat l-kariga ta` wiehed mill-Ufficjali tal-Fratellanza.

 

Il-Fratellanza tilqa` fi hdanha lil dawk iz-zghazagh irgiel li ghalqu l-erbatax-il sena, bhala Aspiranti, li ghalkemm mhumiex Fratelli, ikollhom xi obbligi tal-Fratelli li jghoddu ghalihom u li jigu determinati mir-Rettur.

 

Il-Fratellanza tilqa` fi hdanha bhala Membri Assocjati lil dawk l-irgiel, li ma jixtiequx jissiehbu bhala Fratelli, u lil dawk in-nisa, li ma jistghux ikunu konsorelli, izda li ghandhom ghall-qalbhom it-tixrid ta` l-adorazzjoni u d-devozzjoni lejn Gesu` fl-Ewkaristija, u jixtiequ jghinu lill-Fratellanza twettaq is-sejha u l-hidmiet taghha. Il-Fratellanza tilqa` ukoll fi hdanha bhala Membri Assocjati dawk l-irgiel u nisa li huma Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

 

Kif ghandek taghmel sabiex tissieheb mall-Fratellanza:

Min jixtieq jissieheb fil-Fratellanza, kemm bhala Fratell kif ukoll bhala Aspirant, ghandu l-ewwel jikkuntattja lir-Rettur tal-Fratellanza (jew lill-Kappillan bhala d-Direttur Spiritwali tal-Fratellanza) u mbaghad jaghmel talba ta` shubija bil-miktub lis-Segretarju tal-Fratellanza b’rakkomandazzjoni minima ta` Fratell wiehed.

 

Id-dettalji tal-Fratellanza huma:

 

Rettur:              Oman Brincat               Mobile no: 9944 8213

Segretarju:        Ramon Fiott                 Mobile no: 9987 0469

Indirizz: Fratellanza Santissimu Sagrament, 35, Triq il-Kbira, Tarxien

E-mail:              fratellanza.sagrament@gmail.com

Website:           http://www.freewebs.com/sagrament/

It-Tmexxija tal-Fratellanza:

Il-Fratellanza hija mmexxija minn Kumitat, maghmul minn dawn l-Ufficjali:

(a) Direttur Spiritwali li fil-kaz tal-Fratellanza tas-Santissmu Sagrament huwa l-Kappillan tal-Parrocca.

(b) Rettur, li huwa s-superjur tal-Fratellanza, u ghalhekk responsabbli ghat-tmexxija generali taghha.

(c) Segretarju

(d) Tezorier, li jiehu hsieb il-gid kollu mobli u mmobli tal-Fratellanza.

(e) Konsulturi, li huma tliet fratelli, li jaqdu l-karigi li l-Kumitat li jmexxi l-Fratellanza jara l-bzonn minn zmien ghal zmien.

 

Il-Libsa tal-Fratelli:

Il-libsa tal-Fratelli hija maghmula minn-konfratija bajda (u llamtata) bil-pjiegi u b’kurdun abjad. Il-kurdun jintrabat dejjem fuq il-lemin. Fuq il-konfratija tintlibes il-muzzetta hamra. Jekk Fratell ikun irrid jilbes kuruna tar-ruzarju ma` l-kurdun, din ghandha tintlibes fuq ix-xellug.

 

Punti ohra:

Biex ighixu u jwettqu d-dmirijiet taghhom ta` nsara u ta` Fratelli, kull Fratell ghandu jfittex li jghix hajja nisranija ezemplari skond l-istat tal-hajja tieghu u:

 

(a) jiehu sehem shih fl-Ewkaristija (kemm jista` jkun mall-Fratelli l-ohra) fil-Hdud u fil-Festi stabbiliti, bhal dawn imsemmija:

(i) il-Milied;

(ii) it-Thabbira tal-Mulej;

(iii) Hamis ix-Xirka;

(iv) l-Ghid;

(v) il-Gisem u d-Demm ta` Gesu`;

(vi) il-Qalb ta` Gesu`;

(vii) fl-anniversarju mit-twaqqif tal-Fratellanza;

(viii) quddies li jsir b’suffragju tal-Fratelli u tal-Membri Assocjati mejtin, u;

(ix) quddies iehor kif jigi stabbilit minn zmien ghal zmien;

 

(b) jiehu sehem fil-processjonijiet bil-qima u bid-devozzjoni;

 

(c) jattendi regolarment ghal-Laqghat, sew ta` formazzjoni u sew ta` tahrig iehor li jsiru minn zmien ghal zmien;

 

(d) iwettaq is-servizi obbligati, kemm dawk li gejjin mid-dmirijiet statutorji u mir-regolamenti partikolari tal-Fratellanza u sew dawk li gejjin mill-htigijiet tal-hidma pastorali tal-Parrocca;

 

(e) jiehu hsieb ikabbar l-ghaqda bejn il-Fratelli u l-fratellanzi l-ohra;

 

(f) jaqdi l-bzonnijiet materjali u spiritwali tal-Fratelli, specjalment fil-mumenti l-aktar difficli tal-hajja;

 

(g) jkun attiv fil-Parrocca u joffri t-talenti u l-karizmi li Alla zejjnu bih, ghall-gid u ghall-izvilupp ta` l-istess Parrocca.