ARĊIKONFRATERNITÀ TAS-SANTISSMU SAGRAMENT - TARXIEN

1.

L-Ikla tal-Ghid kienet Ikla ta` tifkira ghall-Lhud tal-helsien ta` missierijiethom mill-madmad tal-Farghun. Waqt din l-istess Ikla, Gesu` waqqaf is-sagrament ta` l-Ewkaristija. Hu ried li dan is-Sagrament ikun ghalina wkoll tifkira ta` l-imhabba kbira tieghu; tifkira ta` meta bil-passjoni u bil-mewt tieghu, Hu helisna ghal dejjem mill-hakma tal-Hazen u tad-Dlamijiet. Hu ghazel is-Sagrament ta` l-Ewkaristija sabiex jibqa` dejjem maghna, sa` l-ahhar taz-zmien. Dan jista` jsehh permezz ta` rigal iehor ta` Gesu`, li taghna waqt l-Ahhar Ikla, meta waqqaf is-Sagrament tas-Sacerdozju. Ghall-kelma tas-sacerdot waqt il-Konsagrazzjoni, il-Hobz u l-Inbid li nipprezentaw waqt l-Offertorju, isiru tassew il-Gisem ta` Gesu` li ssallab ghalina u d-Demm tieghu li xerred b’fidwa ghalina.

 

2.

Kemm kien furtunat Gwanni! Waqt l-Ahhar Ikla, hu kien mindud b’rasu fuq sider Gesu`(Gw 13:23) u b’hekk sema` t-tahbit ta` din il-Qalb l-Imghallem tieghu. Qalb thabbat b’imhabba ghal dawk li kienu migbura madwar il-mejda minkejja li kienu ghadhom ma gharfux seww min Hu (Gw 14:6-11); minkejja li wiehed minnhom kien sejjer jittradih (Gw 13:2;11;18;27-31) u iehor jichdu li jafu ghal tlett darbiet (Gw 13:38). Izda Gesu` baqa` jhobbhom sa` l-ahhar (Gw 13:1). U ghax habbhom, ried jaghtihom xi haga personali; ried jaghtihom lilu nnifsu (Gw 15:13). Ghalhekk Gesu` waqqaf is-Sagrament ta` l-Ewkaristija sabiex jaghtina Gismu u Demmu bhala l-Ikel u x-Xorb spiritwali biex imantnuna fil-mixja taghna lejn is-sema pajjizna. Gesu` ghazel dan is-sagrament, sabiex jibqa` maghna sa` l-ahhar taz-zmien! X’rigal ta` mhabba! X’rigal ta` l-ghageb. Rigel mghoti minghajr ma Hu jistenna xejn lura! Rigal li jaghtina l-hajja dejjiema (Gw 6:55-59)!

3.

Żewgt aħwa laqgħu lil Ġesū għandhom (Lq 10:38). Żewġt aħwa fetħu l-bibien tagħhom sabiex Ġesū jkun jistà jgħaddi għandhom u jistrieħ. Dawn kienu Marta u oħtha Marija (Lq 10:39). Bħalhom irridu niftħu l-bibien tà qlubna għal Ġesū Ewkaristija; irridu nuru li aħna lesti li nilqgħuH għandna u nacettawH fil-ħajja tagħna tà kuljum. Iżda kif għandha tkun l-imġieba tagħna? Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar (Lq 10:40). Kemm il-darba ħadna sehem fl-Ewkaristija mingħajr ma għarafna il-veru signifikat tà din iċ-ċelebrazzjoni għax moħħna kien mitluf fuq mitt elf ħaġa oħra. Forsi għalina dawn il-ħwejjeġ, bħax-xogħol tad-dar għal Marta, kienu mportanti u meħtieġa. Iżda minħabba fihom, warabna lil Dak li huwa l-qofol taċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, u ma tajnix lilna nfusna, kif għarfet tagħmel tajjeb Marija, oħt Marta. Marija nsiet ix-xogħol kollu li kellu jsir fil-presenza tà Ġesū. Bħal Marija, għandna nħallu dak kollu li jtellef minn din il-laqgħa tagħna mà Ġesū. Kif nistgħu niskopru l-ġmiel u s-sbuħija tà dan is-Sagrament jekk ma ninqatgħux mid-dinja tà madwarna? Marija intefgħet f’riġlejn Ġesū. Bħal Marija, għandna nagħarfu ċ-ċokon tagħna, quddiem il-kobor tà dan is-Sagrament, u ninxteħtu nadurawH (Lq 10:39), Hu li għażel dan l-istess Sagrament, sabiex jibqà magħna sà l-aħħar taż-żminijiet. F’riġlejH, insibu l-kenn mill-ħalel u mill-għawġ tal-ħajja; f’riġlejH, insibu l-maħfra tad-dnubiet tagħna; f’riġlejH, insibu l-milja tal-eżistenza tagħna u nħallu l-qlubna jitħeġġu b’dik l-istess imħabba li s-Salvatur tagħna wera lejna. Jekk nagħmlu dan b’qalb sinċiera, aħna wkoll nisimgħu lil Ġesū Ewkaristija, jgħidilna li għażilna l-aħjar sehem u li dan ma jitteħdilniex (Lq 10:42).

4.

Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja.

(Ġw:6:52)

 

Kemm hi sabiħa din is-silta fid-dawl tal-Misteru tà l-Inkarnazzjoni :

 

(a)                                 

Żgur li la Marija u lanqas Ġużeppi qatt ma ħolmu li Binhom jitwieled ġewwa Bethlehem. Persważ li kieku Marija kellha l-għażla bejn tagħmel il-vjaġġ lejn Bethlehem u twelled f’darha, fost niesha u qrabatha, kienet tagħżel li twelled lil Binha f’Nażaret. Imma Alla kellu pjan ieħor. Minħabba ċ-ċensiment li ordna Ċesri Awgustu (Lq2:1), Marija u Ġużeppi telqgħu lil nieshom u lil qrabathom u għamlu l-vjaġġ twil għall-Bethlehem (Lq2:4). Hemmhekk Marija għalqilha ż-żmien u weldet lil Ġesū (Lq2:6). Ġesū jitwieled f’Bethlehem li tfisser id-Dar tal-Ħobż. Bit-twelid tiegħu gewwa Bethlehem, Ġesu jurina li huwa tassew Dak li ġie mis-sema sabiex jifdina u għall-imħabba tagħna jagħtina Ġismu bħala rahan tal-fidwa tagħna u bħala ikel għall-għixien tà ruħna.

 

(b)                                

Marija, wildet lil Iben tagħha, fisqietu u medditu f'maxtura (Lq2:7). Il-maxtura kienet titħejja bl-ikel għall-annimali. U f’dan il-post Marija tqiegħed lil Binha. Marija toffri lil Binha lilna bħala ikel għall-għixien tar-ruħna. Marija tistieden lilna sabiex nersqu tà spiss lejn Binha u nirċievuh ġewwa fina. Bħalma hija u Ġużeppi għamlu li setgħu sabiex il-maxtura tkun sodda komda għal Binhom Ġesū, hekk aħna ukoll irridu nħejju lill-qlub tagħna sabiex tkun ghamara xierqa biex tilqà lil Ġesū waqt it-Tqarbin. Aħna nemmnu li dan Ġesū jistà tà kuljum jitwieled ġewwa fina, kull darba li nieklu u nixorbu lil Ġismu u Demmu. Aħna nistqarru li dan huwa tassew l-Ikel u x-Xorb spirtiwali għall-għixien tar-ruħ tagħna. Marija tadura fis-skiet (Lq2:19) lil Alla Binha, rieqed fil-maxtura. Bħal Marija għandna nsibu ħin halli naduraw dan il-Ħobż ħaj li niżel mis-sema għall-fidwa tagħna, kif jinsab preżenti kuljum, fit-Tabernaklu.