L-Arċikonfraternitą tas-Santissimu Sagrament ġewwa Ħal-Tarxien, hija l-eqdem fratellanza (flimkien mą dik tar-Rużarju) li nsibu f'dan ir-raħal. Din twaqqfet fuq l-artal maġġur tal-Knisja Parrokkjali l-qadima fl-20 tą Lulju 1597, ħames snin biss wara li l-Isqof Fra Tumas Gargallo waqqaf parroċċa ġdida lil Ħal-Tarxien, mill-Arċimatriċi tą Bir Miftuħ, fid-29 ta` Mejju 1592. Mal-bini tal-Knisja Parrokkjali preżenti (ċ.1610) l-Arċikonfraternitą tas-Santissmu Sagrament ġiet trasferita għal fuq l-Artal Maġġur tal-Knisja l-ġdida tal-Lunzjata,