"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

Xoghol ta tisbih fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re

Bhalissa fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re qed issir hafna tibdil ghal ahjar. Dan l-ahhar zmien il-Knisja Parrokjali hadet xejra differenti. Barra li qedha tinzebah kollha fuq skala civili, qed issir l-induratura bid-deheb u friz b`disinn mill-isbah li jkompli jaghmel il-Knisja taghna wahda mill-isbah.

Bhalissa qed issir hafna xoghol li forsi qatt ma konna noholmu li jista jsir fi zmien pjuttost qasir. Barra l-induratura, qed issiru bustijiet ta' l-Appostli li minn tnax bhalissa qed issir it-tmien wiehed.

Barra dan ix-xoghol kollu, qed issiru l-pitturi ghal Knisja Parrokjali. Din is-sena izzanznu l-ewwel zewg pitturi ghal artal tas-Sagrement, zewg angli li qed igorru s-simboli ta' l-Ewkaristija ...... il-qamh u l-gheneb.

Nhar Sibt il-Ghid ta' din is-sena izzanznu zewg pitturi ohra mill-artist bravu, l-Ghawdxi Manuel Farrugia li bhala artist bravu qed juri l-kapacitajiet kbar tieghu fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re. Il-Pitturi li izzanznu huma ta' Zakkarija u Elizabetta, omm u missier San Gwann il-Battista li sabu posthom fin-nava fejn illum hemm il-Battisteru.

Pjanat li fil-futur vicin issiru zewg pitturi ohra ghal artal ta' San Lawrenz , bil-persunaggi ta' Papa Sistu (il-Papa fi zmien San Lawrenz) u ta' San Stiefnu (l-ewwel martri), Djaknu u habib ta' San Lawrenz, li it-Tlieta taw hajjithom ghal dak li kienu jemmnu fih.

Jekk nibqghu insemmu ix-xoghol kbir li qed issir fil-Knisja Parrokjali, il-lista tkun hafna twila. Grazzi hafna ghal Pawlisti li qed jikkontribwixxu ghal dan ix-xoghol li qed issir fi zmiennha, u l-hegga kbira tal-Habbrieki Kappillan tal-Parrocca , il-Kan Dun Marc Andre Camilleri, li qed jahdem bla serhan ghal gid kemm tat-tempju ghaziz taghna, kif ukoll mill-att Pastorali.

 

 

Skultura

Wara li tlesta l-Presbiterju mill-istatwi ta' l-appostli, dawn l-ahhar xhur tlestew ukoll tlieta ohra, li huma ta' Sant'Andrija, San Filippu u San Tumas, bhalissa qed issir ta' San Gakbu. dawn l-istatwi huma mahduma mill-istucco minn Lawrence Agius.

 

San Tumas

 

San Filippu

 

______________________________________________________________

 

Xoghol fin-Navi

 

Minhabba li bhalissa qed issiru l-Pitturi fin-navi (l-artali tal-gnub) , qed jigu mizbugha u l-gwarnic bid-deheb. Dan ix-xoghol fin-navi qed issir minn xi nies minn Rahal Gdid stess.

 

______________________________________________________________

 

Pitturi

 

Wara li kienu tlestew il-Pitturi fuq l-artal tas-sagrament, issa bdew il-Pitturi ghal artali u fin-navi.

Saru zewg pitturi godda mill-Artist Manuel Farrugia ta' Santa Elizabetta u zewgha , San Zakkarija. Dawn iz-zewg pitturi saru fin-Nava tal-Battisterju, fejn issiru il-Maghmudijiet fil-Parrocca. Dawn iz-zewg pewrsunaggi huma Omm u Missier san Gwann il-Battista, li kien jghammed u ghammed ukoll lil Gesu fix-xmara Gordan.

Ippjanat li fil-vicin issiru pitturi ohra, fuq l-Artal tas-Sagrament, ta' San Stiefnu u ta Papa Sistu.

 

Tajjeb li insemmu li l-progett tal-Pitturi ta' l-artali li inbeda nhar Sibt il-Ghid issa ingabru kollha. Dan ifisser li l-14-il pittura issa huma migbura fi zmien gimghatejn.

Grazzi lil benefatturi ta' dawn il-pitturi, u ohrajn li dejjem kienu ta' ghajnuna biex it-tisbih fit-tempju taghna jibqa sejjer.

 

______________________________________________________________

 

Xoghol ta' dekorazzjoni fil-Friz tal-Knisja

 

Bhalissa dawramejt mal-Knisja qed issir id-dekorazzjoni tal-friz fuq disinn ta' Redrian Micallef u xoghol ta' John Pace. Friz li jkompli jsebbah ix-xoghol li qed issir fil-Knisja.

 

 

______________________________________________________________

 

Purtieri godda

 

Dan l-ahhar saru sett ta' Purtieri godda tad-Damask wiehed mal-bieb ta' l-Oratorju u in-naha l-ohra, mal-bieb tas-Sagristija. Saru zewg settijiet purtieri homor ghal festi tal-Knisja u zewg settijiet ohra ta' Purtieri hodor ghal matul is-Sena.

Is-Sopraporta ta' l-injam ser tigi indurata bid-deheb.

 

 

______________________________________________________________

 

 

Dekorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali ta' Kristu Re

 

Iktar ma jghaddi z-zmien iktar il-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re qed issir sabiha. Bhalissa ghaddej xoghol kbir fuq l-Istatwi ta' l-Appostli mill-Iskultur Lawrence Agius. Sissa lesta nofshom minhabba li minn tnax lesta sitta. Issa inbeda x-xoghol fuq is-sebgha wiehed. Barra hekk ghaddej xoghol ta zebgha mill-gdid tal-Knisja Parrokjali u induratura minn John Pace.

 

Il-Bieb Maggur

 

Sar xoghol fuq il-Bieb Magguri tal-Knisja. Qed issir xkatlar mill-gdid tal-Bieb u l-manutennzjoni li ghandu bzonn.

Waqt ix-xoghol fuq il-Bieb Magguri tal-Knisja Parrokjali

Linef godda

Dekorazzjoni li tolqot l-ghajn huma erbgha linef tal-Kristall mahduma gewwa l-Italja. Linef li gew jaqblu hafna max-xoghol taz-zebgha u induratura li qedghin issiru bhalissa. Dawn il-linef gew inzanzna fil-bidu ta' din is-sena wara granet ta' xoghol fuqhom sabiex gew armati u instalati.

 

 

......... aktar dekorazzjoni