"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

 

Beda r-restawr fil-Pjazza ta` quddiem il-Knisja Storika ta` Santa Ubaldeska

Il-Pjazza ta` quddiem il-Knisja ta` Santa Ubaldeska ghandha storja li tmur lura mijiet ta` snin , l-ewwel gebla tal-Knisja ta` Santa Ubadeska tpoggiet mill-Granmastru de Paule innifsu, allura din il-pjazza kienet il-qalba tar-rahal gdid li bena il-Granmastru stess.

Hafna mill-attivitajiet fi zmien il-kavallieri saru f`din il-pjazza ewlenija tar-rahal , kif ukoll il-festi kemm religjuzi kif ukoll socjali. Min jaf kemm din il-pjazza rat nies matul is-snin.

  

Il-Knisja ta` Santa Ubaldeska u l-pjazza ta` quddiema meta kienet ghadha ic-centru tar-rahal

 

Il-Knisja ta` Santa Ubaldeska kienet il-Parrocca ta` Rahal Gdid qabel ma giet mibnija dik prezenti ta` Kristu Re , is-sena d-diehla ser niccelebraw ic-Centinarju tal-Parrocca .......   u l-festi kbar li kienu saru meta saret Parrocca , mitt sena ilu, saru f`din il-pjazza. Kien wasal iz-zmien li din il-pjazza tinghata wicc gdid, kemm minhabba li din il-pjazza fiha storja kbira kif ukoll biex il-pjazza terga tiehu l-kobor li kellha fi zmien il-kavallieri.

Bhalissa din il-pjazza beda ix-xoghol ta` rinovament. Wara li sentejn ilu il-parti l-antika tal-Knisja giet restawratha , issa imiss ix-xoghol tal-pjazza ta` quddiem il-Knisja. Dan ix-xoghol qed isir mill-Kunsill lokali u iffinanzjat mill-Gvern Centrali.

 

  

Il-Pjazza illum

 

Jinbeda x-xoghol fuq il-pjazza.

Dehra generali tal-Pjazza hekk kif beda ix-xoghol fuqha

 

ESKLUSSIVA

Il-Pjanta ta` kif ser issir il-Pjazza Storika ta` quddiem il-Knisja ta` Santa Ubaldeska 

 

Sejba interessanti

Waqt li kien qieghed issir ix-xoghol fil-Pjazza ta` Sant` Ubaldeska biex issir gnien kif kien thabbar esklussivament f`din is-site , instab xelter li jmur lura ghal zmien il-gwerra. Missirijietna fittxew il-kenn mill-bombi ta` l-ghadu billi haffru kmamar taht l-art.

Dan ix-xelter li instab waqt ix-xoghol fil-pjazza ta` Sant` Ubaldeska fih 13 -il kamra u ghandu tlett bokkok. Wahda minflok l-island li tnehhiet , ezatt quddiem il-Museum tas-Subien, l-ohrajn huma hdejn is-sagristija  u quddiem il-bieb tal-Knisja.  Hi sejba interessanti u dan hu l-ewwel wiehed misjub f` dan il-lokalita`.  Dan kien jithaffer taht l-art,  fil-blat ,  bil-baqqun.

Interessanti li issa dan ix-xelter li kien misjub allarieda ser jaghmel parti mill-progett li beda ta` tisbih ta` din il-pjazza.

 

 

 

 

Il-Progett tal-Pjazza Santa Ubaldeska  

Il-Progett tal-Pjazza ta` quddiem il-Knisja Storika ta` Santa Ubaldeska tkompla.  Hu mahsub li dan il-progett ser jigi inawgurat fis-sena li l-Parrocca ser ticcelebra ic-Centinarju taghha. Kien propju din il-Knisja ta` Santa Ubaldeska li 100 sena ilu saret Parrocca.

Ara xi ritratti tal-progress li sar s`issa f`dan il-gnien li qed isir quddiem din il-Knisja 

(ritratti mehudin fil-11ta` Ottubru)

 

Xoghol fi  Pjazza Ant. De Paule

Xoghol iehor qed issir fil-Pjazza Antoine De Paule. Bhalissa qed issir xoghol kbir bejn il-Korporazzjoni ta` l-ilma u l-Kunsill Lokali ta` Rahal Gdid. Il-Mains il-kbar li jissuplixxi l-ilma ghal hafna residenti tal-lokal kienu spiccaw u ghalhekk saru ohrajn godda li jaqdu l-htigijiet tan-nies tal-lokal. Issa wara li jitlesta dan ix-xoghol ser issir paviment gdid.

 

Bankina ghal Gnien Pawlu Boffa 

Bhalissa ghadu kif tlesta ix-xoghol ta  bankina u rampa ghal Gnien Pawlu Boffa. Dan il-Gnien barra li hu uzat hafna minhabba li ezatt quddiemu hemm l-iskola Primarja, u fih hemm ukoll l-Ufficini tal-Kunsill Lokali. Dan hu progett iffinanzjat mill-Kunsill Lokali u x-xoghol sar minn nies tal-Facilita korretiva 

Waqt li ghaddej ix-xoghol fil-gnien

Ix-xoghol lest

 

Members Area

Newest Members

Upcoming Events

No upcoming events

Recent Blog Entries

No recent entries

Recent Photos