"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

San Pawl fl-Arti gewwa Rahal Gdid



Id-Devozzjoni lejn San Pawl fil-gzejjer Maltin kienet minn dejjem minhabba li l-Appostlu tal-Gnus , 60 Sena wara Kristu gab il-Fidi fi Kristu f`pajjizna.

 

F`Rahal Gdid , San Pawl kien is-suggett f`diversi drabi fl-Arti, forsi l-aktar haga antika li insibu hi wahda minn niccec li nsibu fit-toroq taghna. Fi Triq Pjazza Antoine De Paule kantuniera ma Triq Sammat hemm nicca maghmula fil-Bidu tas-seklu ghoxrin li fiha hemm statwa ta` San Pawl maghmulha fil-gebla tal-Franka. Fiha naraw lil San Pawl ihares lejn il-gemb b`xabla f`idejh. Din hi l-unika Nicca fit-toroq taghna li nsibu ta` dan il-qaddis.





Fil-Knejjes taghna imbghad insibu diversi arti b`dan is-suggett. Fil-Kappella ta` San Gwann li taghmel parti mall-bini tal-Museum (sezzjoni nisa) fi Triq Santa Monika insibu pittura ta` San Pawl li qeghdha hdejn l-inkwadru Titulari. Din saret minn Carmelo Spiteri mill-Isla





Pittura ohra ta` San Pawl insibuha ukoll fil-Knisja tal-Kappuccini ta` Sant`Antnin f`Ghajn Dwieli. Pittura sabiha xoghol Pawlu Camilleri Cauchi mahduma fis-sena 1975. Din il-pittura biz-zejt insibuha ezatt hekk kif tidhol mill-bieb principali fuq in-naha tal-lemin.


Pittura  fil-Knisja  tal-Kappucini  f`Ghajn Dwieli  mahdum   minn  Pawlu  Camilleri  Cauchi




Xoghol iktar ricenti fuq dan il-qaddis huwa x-xoghol li sar fis-Sena 2012 fil-Parrocca ta` Kristu Re, bust mahdum fl-istucco xoghol l-artist Laurence Agius. F`din il-bicca arti jidher bil-Ktieb ta` l-Evangelju li hu simbolu tal-hidma tieghu li jwassal l-Ahbar it-Tajba lil Gnus u fl-Id l-ohra qieghed izomm ix-xabla  kif imdorrijin narawh.



                                                 Bust ta' l-Appostlu Pawlu mahdum fl-istucco minn Laurence Attard