"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

                     IL-GRANMASTRU  ANT.  DE PAULE     (1623-1636)

                                                                                                                                                             

                   

            L-Arma tal-GM de Paule                            L-GM Fra Antoine de Paule

 

                                   

 

    

Hatra

 

Il-Gran Mastru Luis Mendes de Vasconcellos miet fis-7 ta` Marzu 1623, fl-eta ta` 80 sena u tlett ijiem wara lehaq minn floku Antoine de Paule. F`din il-laqgha kien hemm id-dinjitarji kollha ta` l-Ordni biex jaghzlu l-Gran Mastru il-gdid, fost l-ohrajn qam jitkellem qassis Malti, membru ta` l-Ordni, Salvatore Imbroll, kien habib ta` Antoine de Paule, li dak iz-zmien kien il-Prijur ta` Saint Gilles. Jinghad li minhabba l-kelma tajba tieghu favur dan il-kavallier u ghax li Imbroll kien stmat hafna li intghazel de Paule bhala il-Gran Mastru.

 

Kien hemm ukoll xi kavallieri li qalu li Antoine de Paule kien ha t-tmexxija ta` l-Ordni minhabba li kien xrara lil xi votanti. Kien x`kien il-mezz li bih de Paule sar Gran Mastru, x`aktarx dan kollu inqala wara li il-Gran Mastru , li kien diga avanzat fl-eta, minflok miet ftit taz-zmien wara, baqa` jmexxi sakemm kellu 85 sena.

 

 

  

 

  L-Inawgurazzjoni ta` Gran Mastru Gdid jidhol l-Imdina u jinghata c-cwievet

 

 

 

 

 

 

Drawwa li kienet tinzamm kull darba li jintghazel Gran Mastru gdid kienet id-dahla solenni fil-belt antika ta` Malta, l-Imdina. Din ic-cerimonja saret ghal ewwel darba f`Novembru tas-sena 1530, kien ha sehem il-Gran Mastru Isle Adam. Il-bieb kien ikun maghluq u kien jinfetah wara li hu kien jahlef li jghozz il-privileggi antiki tal-Maltin (izzda nafu ukoll li l-Gran Mastru kien jikser il-weghda li kien jaghmel). Maz-zmien din ic-cerimonja saret biss biex il-Gran Mastru gdid jiehu sehem f`dawn ic-celebrazzjonijiet li kienu ikunu elaborati hafna.

 

Fit-23 ta` April 1623, jum il-festa ta` Sa Gorg, il-Gran Mastru Antoine de Paule haseb biex jiehu il-pussess ta` l-Imdina. Parti mic-cerimonja kienet ( u l-aktar importanti) li l-Gran Mastru jiehu gurament filwaqt li jaghmel idejh fuq il-kotba tal-Vangelu u l-volum fejn kien hemm il-privileggi tal-Maltin. Imma de Paule ma kienx kuntent, ried jiehu pussess ta` belt ohra, dik tal-Birgu. Probabbli dan ried jaghmel hekk biex ikomplu isiru l-festi biex ifakkru l-ghazla tieghu bhala Gran Mastru. Il-Pussess ta` din il-belt sar nhar id-9 ta` Gunju 1623.

 

De Paule qabel ma lehaq din il-kariga kien ga bena Palazz ghalih, illum dan il-palazz nafuh bhala ta` San Anton, ghax de Paule kien semmieh ghal qaddis li kien imsemmi ghalih.  Il-Palazz ta` San Anton kien fil-qofol tal-festi li saru mill-Gran Mastru biex jiccelebra l-hatra tieghu fl-oghla kariga ta` l-Ordni.

 

 

 

 San Frangisk minn Paola xoghol ta` Mattia Preti

 

 

 

Matul dawn il-festi li saru laqa` aktar minn sitt mitt persuna u damu sejrin dawn il-festi ghal aktar minn gimghatejn.

 

                                                       

 

Il-Pesta ta` l-1623

 

Izda matul l-ewwel xhur tat-tmexxija ta` de Paule beda l-inkwiet. F`Settembru 1623 fil-belt Valletta tfaccat il-pesta. Din tfaccat ghand il-familja ta` Paola Emilio Ramuzzi, li accidentalment kien ufficjal tas-Sanita` tal-Port. Biex ma jergax jigri bhalma gara fi zmien il-Gran Mastru Verdalle, l-awtoritajiet hadu l-prekawzjonijiet necessarji mill-ewwel.

Fil-lazzarett (sptar gahl dawk infetati mill-pesta) ittiehdu l-ewwel pazjenti u dawk li kellhom xi kuntatti maghhom, bhalma kienu l-familjari taghhom. Il-belt Valletta l-aktar post li intlaqtet minn din il-marda, ghalhekk inqatghet komletament mill-bqija tal-gzira.

Kienet ukoll harget ordni biex in-nies ma jiltaqghux fi gruppi. Tpoggiet l-ghassa ukoll mad-djar ta` dawk infetteti, biex xejn minn ta` go fihom ma jintmiss. Minhabba li sar kontroll tajjeb, din id-darba l-pesta ma ghamlitx hafna hsara u ma mitux hlief madwar erbghin ruh.

 

 

        

 

Il-Palazz ta` San Anton

 

Kien fl-ahhar  tas-seklu 16 li l-kavallier Antoine de |Paule xtara bicca art fil-vicinanza ta` H`Attard, u ghalhekk kif lehaq beda jahseb kif jista ikabbar dan il-post, ghax dan il-palazz kien joghgbu aktar minn dak ta` Verdala, jista`  jaghti l-kas li issa de Paule kien kiber fl-eta` u ghalhekk ma setax jippartecipa fl-isport tal-kacca u minhabba li kien boghod mill-belt Valletta.

 

Antoine de Paule xtara aktar art u fiha zera` is-sigar tal-laring u l-lumi. Minn Sqallija gab il-hut ta` l-ilma helu u poggihom f`zewg vaski kbar u rranga l-gnien b`mod sabih. 

 

Sa l-1625, de Paule lesta t-tibdil u z-zidiet li ried jaghmel fil-Palazz ta` San Anton.

 

 

 

 Il-Funtana centrali tal-gnien

 

 

Il-Funtana ta` l-ajkla li saret fl-1623

                                                

 

 

 

Maz-zmien , aktar Gran Mastri hasbu biex isebbhu u jkabbru  dan il-palazz. Manoel de Vilhena rnexxielu jwassal l-ilma minn kanali taht l-art , u aktar tard fl-1776, de Rohan xtara aktar art biex ikabbar il-gonna tal-Palazz.  Fl-istess sena il-Gran Mastru ghamel celebrazzjonjiet kbar biex ifakkat l-ewwel sena mill-hatra tieghu. Matul din is-serata kien hemm loghob u farsa bil-Franciz.

 

Meta l-Maltin qamu kontra l-Francizif f`Settembru 1798, ghall-ewwel xhur il-glieda kienet miggielda mill-Maltin biss, izda sena wara , Sir Alexander Ball beda jmexxi lil Maltin.  Hu waqqaf ir-residenza fil-Palazz ta` San Anton. Minn dak iz-zmien l-hawn dan il-Palazz beda jintuza bhala residenza ufficjali tal-gvernatur Maltin, u issa ghal President tar-Repubblika ta` Malta.

Kien f`dan l-istess palazz li l-kap Franciz Vaubois gie mistieden ghall-pranzu wara li iffirma l-kapitulazzjoni tat-truppi tieghu f`Setembru 1800. Ball haseb ukoll biex izejjen  l-Palazz u bena passagg u zejnu bil-kolonni.  Fl-1882 l-gvernatur Sir Arthur Borton fetah parti mill-gnien tal-palazz ghall-pubbliku.

 

 

 

 

 Passaggi kbar li issebhu dan il-post

 

 

 

 

 

Hawnhekk insemmu ukoll zewg affarijiet ohra dwar dan il-Palazz fi zmien il-Gran Mastru de Paule. L-ewwel hi dwar in-numru kbir a` sefturi li kien hemm jahdmu fil-palazz fi zmien l-Ordni. Biex jiehu hsieb il-Palazz kien hemm is-Seneskalk, li naturalment kien kavallier. Kien  hemm ukoll ufficjal iehor, sittax-il pagg, erba` qassisin, zewg tobba u l-konfessur tal-Gran Mastru. Kien hemm ukoll tnax –il persuna li jiehdu hsieb iz-zwiemel, il-gwardji tal-Palazz, u dawk li jiehdu hsieb il-falkuni. Kien hemm il-kokijiet u dawk li jghinuhom. Kien hemm persuna biex taghmel il-kafe, iehor biex jaqbad il-grieden, iehor jiehu hsieb l-imhazen u segretarji, ohrajn jiehdu hsieb il-kotba tal-Palazz u dawk li johorgu l-permessi ghall-kacca. Il-lista hi twila ta` dawk li kienu jahdmu fil-Palazz. Li hu zgur hu li kien hemm hafna impjegati jahdmu mal Gran Mastru ta` Ordni.

 

B`konnesjoni ma dan il-Palazz kien hemm certu wahda Flaminia Valenti li kienet habiba intima mal-Gran Mastru de Paule, ghalkemm kien bniedem kbir fl-eta` , jidher li kien mohhu fid-dinja. Ma` gemb il-Palazz ta` San Anton , Flaminia kellha dar li minnha setghet, minn go bieb zghir u imwarrab, tghaddi ghall-Palazz tal-Gran Mastru.  Fuq din il-hbiberija kien ukoll ghamel il-protesti tieghu aktar minn darba l-Inkwizitur Fabio Chigi, li aktar tard lehaq Papa bl-isem ta` Alessandru VII. Din Flaminia milli jidher kienet thobb il-poter ghax meta miet il-|Gran Mastru de Paule ippruvat tindiehes mal-Gran Mastru l-gdid L.ascaris . Izda ma kienx irnexxielha u nfatti spiccat dahlet , jew gieghluha tidhol soru.

 

 

 

 

 

Il-Bini ta` Rahal Gdid

  

Hafna Gran Mastri xtaqu li isimhom jibqa` mfakkar permezz ta` xi monument kbir li huma kienu jheggu biex jinbena. Ghandna lil Gran Mastru Le Sengle bena s-swar ta` l-Isla, u l-Gran Mastru La Vallette wettaq holma li jibni belt u inbniet il-belt Valletta fl-1566, holma li xtaqu hafna l-kavallieri.

 

Meta Antoine de Paule lehaq Gran Mastru , ukoll xtaq li ismu jibqa imfakkar u ghlhekk xtaq li jibni rahal li igib ismu. Fl-1626 huwa ppubblika kostituzzjonijiet li bihom huwa ha artijiet ghalih li fihom jibni dar ghalih fuq l-ghoja u ried li tinbena knisja lil Sant` Ubaldesca. Il-kavallieri taw ukoll bidu ta` bini ghalihom sabiex ikollhom villel hawnhekk, fosthom il-balliju Lampodas. Din id-dar baqghet tissejjah Palazzo Lampuka. Fil-gwerra ta` l-1940-1943 tfarket u minflokha illum hemm il-“Palace Theatre”. 

 

Malli kienet inbniet il-belt Valletta, wahda mill-akbar problemi kienet li n-numru kbir ta` nies kienu ddecidew li jmorri joqghodu hemm u ghalhekk il-belt Valletta kienet mimlija bin-nies. Anke l-ibliet tal-Kottonera kienu mimlija bl-abitanti.

 

Bhala soluzzjoni, il-Gran Mastru ordna li jinbena rahal fuq l-gholja maghrufa bhala “Ta` l-Gherien”. Din l-gholja kienet tinsab vicin il-port aktar minn Hal Tarxien. Kien post adekwat ghal dawk in-nies li kienu joqghodu f`xi rhula aktar`l boghod u li xogholhom kien li jmorru kuljum biex jahdmu fil-port.

Kien fl-1626 meta l-Gran Mastru ta` l-permess tieghu biex jinbena dan ir-rahal gdid . Imma kien kollu ghal xejn ghax min kien joqghod il-belt kien protett minhabba s-swar u hawnhekk ma kienx.  Ohrajn ma tantx urew xewqa li jitilqu mill-belt biex imorru f`post iehor, jew minn kien ikun imdorri  rahal twelidu ma tantx kien ser jiccaqlaq malajr f`post iehor. Minn mindu l-kavallieri kienu waslu f`Malta l-ibliet kienu hadu xejra gdida. Kien hemm aktar protezzjoni madwarhom u kien hemm min kien jipreferi jitlaq mir-rahal tieghu u jmur joqghod f`post li kien imdawwar bis-swar.

 

Biex ikompli ihajjar lin-nies li jmorru joqghodu hemm, il-Gran Mastru de Paule bena knisja li giet iddedikata lil Sant` Ubaldesca. Din il-qaddisa kienet membru ta` l-Ordni ta` San Gwann u ghalhekk kien hemm devozzjoni min-naha ta`l-Ordni. Il-knisja ta` Sant` Ubaldesca bdiet tinbena fl-1630, u l-Gran Mastru qiegehd l-ewwel gebla fil-25 ta` Awissu.

 

 

               

 

  Is-Salib tal-kavallieri                                            Sant` Ubaldesca                      

 

 

Hu bena din il-knisja bi spejjez tieghu u ghamilha guspadronat magisterjali ghalih u ghal ta` warajh, u ghall-kappillan ta` l-Ordni skond l-ittra Appostolici tat-12 ta` Novembru 1629. Dan ifisser li l-knisja kienet propjeta ta` l-Ordni ta` San Gwann. Il-Kappillan ta` l-Ordni kellu d-dmir li jkanta l-vespri fit-28 ta` Mejju, il-jum tal-festa. Kellu ukoll dritt jigbor ghoxrin skud fis-sena ghall-Ordni.

Ma hemmx provi, imma Achille Ferris ighid li l-pjanta ta` din il-knisja saret minn Vittorio Cassar, bin Girolamo. Bnieha zghira apposta ghax kien hemm il-hsieb li titkabbar meta l-popolazzjoni ta` dan ir-rahal gdid tikber.

 

Izda n-nies xorta wahda ma riedux imorru joqghodu hemmhekk. Biex ihajjar li imorru aktar abitanti nhareg bandu li kien jghid li dawk li kienu midjunin u jmorru joqghodu f`Casal Paola, isem dan ir-rahal Gdid, id-dejn taghhom kien ikun mahfur. Izda xorta wahda n-nies ma tantx marru. Hawnhekk iridu ukoll inziduli li  taht l-gholja “Ta` l-Gherien”,  fejn illum insibu l-Marsa, f`dawk iz-zminijet kien hemm hafna ghadajjar ta` ilma qieghed u ghalhekk kien post fejn kienu jbejtu hafna insetti li kienu jgibu l-mard.  Din kienet raguni ohra li “Casal Paola” ma tantx kienet intoghgbot mill-Maltin.