"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

Iz-Zmien Preistoriku

            

                  

                    

 

Jekk imorru lura madwar 5000 sena ilu, in-naha tal-Marsa u Rahal Gdid, kien kollu eghlieqi u eghrien li fihom  kienu jghixu nies  imlibsa il-gild. Dawn kienu jhaffru il-blat bi blat iehor b`sahhtu migjub minn Sqallija. Dawn in-nies huma l-istess nies li tawna l-aqwa monument li nsibu fi gziritna, l-Ipogew jew ahjar kif l-aktar maghruf ,  L-Hypogeum.

L-Ipogew ta Halsaflieni kien tempju li thaffer fil-blat, taht l-art, kwazi  4500 sena ilu , u jixbah hafna lil tempji ohra ta` wicc l-art  bhalma huma ta` Hal Tarxien u f` Hagar Qim.   Il-blat ta dan it-tempju uniku u mhaffer kollu bl-idejn. Dan  it-tempju u fond ta 13-il metru   u hu maqsum f`kmamar  fi tlett livelli. L-isbah kamra u l-isbah parti ta dan l-ipogew hi  l-kamra tan-nofs , li qiesha  wieqfa fuq kolonni, izda l-aktar interessanti hu l-oraklu.  Din hi toqba fil-hajt imnejn il-qassis  kien jaghti l-pariri lil dawk li kienu jigu jistaqsuh ghal xi   parir jew  problema li kien ikollom. Il-lehen tar-ragel (mhux tal-mara)  kien jidwi  mal-maqdes  kollu. F`din l-istess kamra insibu ukoll hafna thaziz , mas-saqaf  ghat-tond li jfissru s-sigra tal-hajja.

      

                                       Pjanta ta kif hu mqassam l-ipogew ta Halsaflieni