"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

Jum iz-Zghazagh

Jum iz-Zghazagh

Il-Hadd 17 ta' Lulju taw bidu ghal Festa Titulari ta' Kristu Re billi saret Quddiesa Specjali organnizata mill-Grupp ta' Zghazagh, G730 , li ukoll jorgannizaw il-Quddies tal-Hadd tas-7.30pm matul is-Sena kollha ..... quddiesa li hi popolari hafna minhabba li tkun organizzata tajjeb , il-hin taghha hu komdu ghal hafna nies.

Din il-Quddiesa giet iccelebrata minn Dun Christopher Ellul , Qassis Zghazugh Pawlist li qieghed iservi l-Hidma tieghu fil-Parrocca tas-Siggiewi u li meta jkun hemm bzonn is-servizz tieghu jghin ukoll fil-Parrocca ta' Kristu Re.

Ghal din il-Quddiesa l-attendenza kienet tajba hafna.

 

........ wara l-Quddiesa sar bejgh ta ikel u Kuncert mill-grupp Explicit

 

______________________________________________________________

 

Festa Kristu Re 2016

fl-24 ta' Lulju f'Rahal Gdid ta Merhba kbira lit-Titular il-gdid   .....   gurnata storika li zgur li ser tibqa minquxa f`qalbna ghal dejjem.

 

Id-Digriet li bih Banda Paola saret Banda approvata minn naha tal-Knisja

 

Id-digriet fejn il-Knisja qedha taccetta l-Vara Titulari ta' Kristu Re

 

Il-Vara Titulari ghall-Parrocca ta' Kristu Re diehla ghal ewwel darba fit-Tempju taghha.

______________________________________________________________

 

It-Tnejn 25 ta' Lulju  :

Saret Quddiesa fil-Knisja Parrokjali u wara l-Ghaqdiet tal-Parrocca prezentaw stilla tal-fidda lil Kristu Re. Wara din ic-Cerimonja l-Istatwa Titulari harget fuq  iz-zuntier fejn indaqq l-Innu sakemm sabet postha ghal Qima tal-Poplu.

 

Il-Kapp. Dun Marc Andre Camilleri ipoggi l-istillel tal-fidda offruti mill-ghaqdiet 

L-Istillel f`riglejn Kristu Re

 

Wara l-Hrug tal-Vara Titulari sar marc madwar it-toroq ta' Rahal Gdid fejn fi tmiem il-marc giet imtella l-Istatwa tal-Qalb ta' Gesu' fi Pjazza Sant'Ubaldeska.

 

 

 

______________________________________________________________

 

It-Tlieta 26 ta' Lulju :

 

Marc brijuz minn Banda Kristu Re madwar it-toroq ta' Rahal Gdid. Meta l-marc wasal Triq Lampuka gie imtella l-Istatwa ta' Kristu Re Sacerdot fuq il-Kolonna , statwa Storika mahduma iktar minn 70 Sena ilu (1945) minn Antonio Farrugia. Il-Marc tkompla sal-Pjazza fejn kien hemm eghluq brijuz.

 

______________________________________________________________

 

L-Erbgha 27 ta' Lulju :

 

Sar marc madwar it-Toroq ta' Rahal Gdid, ufficjalment l-ewwel marc organnizat mill-Ghaqda Socjali u Muzikali Kristu Sultan, Banda Paola.

Fi Tmiem il-marc l-Istatwa ta' Kristu Re giet imtella fuq il-Kolonna fi Triq tal-Borg fost il-briju tal-Partitarji.

 

Matul il-marc gew inawgurati zewg armar godda ghal Festa. Statwa ta' San Gorg Preca ghal Triq Santa Monika xoghol l-Istatwarju Renzo Gauci  .....  izzanzan ukoll Pavaljun ghal Triq Guze Damato

 

 

Aktar ritratti tal-Gimgha tal-Festa dalwaqt fuq din is-sit ta' Rahal Gdid

 

______________________________________________________________

 

Il-Gimgha 29 ta' Lulju  :

Marc Tradizzjonali Brijuz  minn Banda Kristu Re madwar it-Toroq Principali ta' Rahal Gdid fejn lehaq il-qofol tieghu hekk kif wasal il-Pjazza. F'nofsil-lejl l-Istatwa ta' Kristu Re telghet fuq il-kolonna f`nofs il-pjazza , segwit minn feature dwar l-Istatwa Titulari l-gdida b`nar sinkronizzat u wara Loghob tan-nar ta' l-art.