"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

Attivitajiet 2015
25 Sena mill-Fondazzjoni ta' l-Ghaqda Socjali u Muzikali Kristu Sultan

Din is-sena, l-Ghaqda Socjali u Muzikali Kristu Sultan qeda tfakkar il-25 Sena minn mindu giet imwaqqfa fis-sena fis-sena 1990. Ghal din l-Okkazjoni hemm mahsuba diversi attivitajiet imferxin matul din is-sena.

Ic-Celebrazzjonijiet bdew b`Quddiesa Solenni mill-Kleru tal-Parrocca ta' Kristu Re fil-Kappella tal-Museum tal-Bniet iddedikata lil San Gwann Battista. Wara inkixfet lapida fejn tfakkar fl-ewwel post minn fejn bdew fi Triq Santa Monika u filmat tal-Bidu ta' l-Ghaqda u wara fil-Pjazza, quddiem il-Kazin ta' l-Ghaqda inxtelu is-snin (1990-2015) u sar riceviment.

Is-site ta' Rahal Gdid tawgura lil din l-Ghaqda f`dan l-Anniversarju tal-Fidda.

Quddiesa Solenni Ikkoncelebrata mill-Kleru tal-Parrocca ta' Kristu Re

 

 

Prezentazzjonijiet :

L-abbozz ipprezentat lil Museum tal-Bniet ta' l-Istatwa ta' San Gorg Preca li ser tkun armata ghal Festa hdejn il-Kappella taghhom

 

Prezetazjoni ta' Ikona minn naha tal-Parrocca ta' Kristu Re

 

Il-Kxif ta' lapida ta' l-Okkazjoni fi Triq Santa Monika

Il-Logo Ufficjali li ser jintuza ghac-Celebrazzjonijiet

 

Waqt ir-Riceviment

 

www.rahalgdid.com jawgurawlhom f`dan l-Avveniment importanti.

 

Restawr u Dekorazzjoni fuq il-Knisja Parrokjali

 

Kull pawlist u kburi bit-tempju taghna u bhalissa tkompla bix-xoghol ta' dekorazzjoni biex ikompli jsebbah lil din l-akbar Knisja ta' Malta.

Kullmin jidhol fil-Knisja Parrokjali dawn il-jiem jinduna bix-xoghol li ghaddej bhalissa   .......  armar fuq naha minnhom  tul il-korsija biex jinzebah u issir id-dekorazzjoni biex jitkompla mal-parti tal-presbiterju.

Dan l-ahhar gie inawgurat l-artal maggur fil-Knisja Parrokjali kif jixraq. Tkabbar minhabba li kien zghir wisq ghal Knisja Kbira bhalma hi taghna. Sar ukoll l-irham fuq wara ta' l-artal mejda fil-post fejn qabel kien ghadu bis-siment , issa l-art kollha hi kompluta. Fl-istess hin qed issir xoghol kbir fil-korsija, bil-pjan li sal Festa Titulari ta' Kristu Re tkun lest naha minnhom, jiddependi kif imur ix-xoghol.

Ma nistghawx min haw ma nghidux prosit lil dawk kollha li qed jaghmlu dan ix-xoghol fil-Knisja li zgur li minnu ser jitgawdew kemm minnha kif ukoll dawk kollha li jigu warajna. Prosit lil Kappillan Dun Marc Andre li dahal bil-hegga kbira ghal dan ix-xoghol biex jitkompla fuq dak li sar qabel.

Tajjeb li kulhadd jaghti s-sapport tieghu biex dak li qed issir jibqa jsir.

 

                      _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _ _

 

 

Xoghol li qed issir bhalissa :

Ghadu kemm tlesta l-artal maggur 

 

Waqt ix-xoghol fuq l-artal maggur

 

Jitkompla l-irham li kien baqa ma sarx fil-presbiterju biex issa hu komplut u jaghti dehra isbah lil Knisja

 

 Waqt ix-xoghol ta' tqeghid ta` l-irham

 

Zebgha u dekorazjoni tul il-Korsija

______________________________________________________________

 

Inawgurazzjoni ta` l-Artal Maggur

Kien ilu jinhass il-bzonn li l-Artal tas-Sagrament jinghata dehra ahjar u isbah. Huwa xieraq li dan l-artal jispikka fuq l-artali l-ohra   .......  ghalhekk wiehed mill-ewwel xoghol li ghamel il-Kappillan Dun Marc Andre kien li jaghti dehra ahjar dan l-artal li ghandu jkun bhala centru ghal Knisja Parrokjali.

It-Tberik sar wara l-Quddiesa tas-6pm tas-Sibt 7 ta' Frar 2015 minn Dun Vincenz Deguara u gie incensat mill-Kappillan.

 

 

Wara li s-Sibt gie inawgurat, l-ghada, l-Hadd filghodu, ittiehed is-Sagrament mill-artal provizorju ghal fuq l-artal maggur li sar gdid.

 

 

Wirja ta` Oggetti Sagri f`Rahal Gdid

Ta kull sena hafna dilettanti ta` l-arti Sagra bhal dan iz-zmien, jiehdu hsieb jesebbixu opri ta' arti li ghandhom. Dan hu zmien li wiehed ikollu c-cans li jesebixxi dawk l-oggetti li hadem fihom matul is-snin.

F'Rahal Gdid saret wirja ta' mudelli ta'  Knejjes u Oggetti sagri.

 

Il-Poster uzat ghal din l-attivita`

 

Il-Ftuh tal-Wirja

Waqt it-Tberik tal-Wirja mill-Kappillan Dun Marc Andre Camilleri

 

 

Il-Gimgha l-Kbira

Il-Gimgha l-Kbira : Rahal Gdid ghandna sett sabih ta' Vari artistici li zgur hafna mid-dilettanti jigu kull sena jamirrawhom. Minn sena ghal sena il-Purcissjoni dejjem qedha tisbieh u tikber, u bhala nies, sodisfacenti hafna meta tqis li in-naha taghna hawn numru kbir ta' Purcissjonijiet.

 

L-Ghid il-Kbir

F`Rahal Gdid , l-Ghid il-Kbir jigi iccelebrat bil-kbir, u tkun mistennija hafna l-Purcissjoni bl-Istatwa ta' Kristu Irxoxt matul it-Toroq. L-aktar mistennija huma t-tigrijiet Tradizzjonali bl-Irxoxt u t-tberik tal-helu ta' l-Ghid bhal figolli u bajd ta' l-Ghid fuq iz-zuntier fi tmiem il-Purcissjoni.

Kristu Rxoxt hareg mill-Knisja Parrokjali fid-9 ta' filghodu, akkumpanjat mill-Banda Kristu Re b`marci ferrieha.

 

 

L-Ewwel Gebla ta` Sala fil-Ghaqda Soc u Muz Kristu Sultan , Banda Paola

Wara d-dhul tal-Purcissjoni ta' l-Ghid, sar ufficjalment it-tqeghid ta' l-ewwel gebla tas-Sala ta' l-Ghaqda Socjali u Muzikali Kristu Sultan, Banda Paola.

Inawgurazzjoni ta' l-Istandard il-gdid

 

It-Tberik ta' l-Ewwel Gebla

 

 

 

 

 

Hibernians  FC   jirbhu l-Kampjonat  Malti

  Champions 2014-2015

 

 

Din is-site imxiet fit-triq kollha tal-loghob kollhu li kien hemm ta' Hibernians FC ........ it-triq li wasltna biex inkunu Champions tal-futbol Malti.

 

Awguri minn www.rahalgdid.com lid-dirigenti u l-players ta` Hibernians FC ....... grazzi kbira tmur ghas-Sur Stefan Zahra tal-kontribut siewi tieghu biex din is-site setghet kienet aggornata rigward il-loghob kollu li laghab it-team taghna.

 

 

Il-Briju fil-grawnd

 

Il-Coach li waslet lic-Champions fil-Pjazza ta` Rahal Gdid ghac-Celebrazzjonijiet

 

(Aktar ritratti , Ahbarijiet u dettalji tac-Celebrazzjonijiet isibhom f`din is-site)

 

______________________________________________________________

 

HIBERNIANS FOOTBALL CLUB

Programm ta' Attiviatjiet

 


Il-Gimgha 24 ta’ April, 2015

20.00: Mass Rally ghall-partitarji fejn waqt din l-attivita tigi mnediha ic-CD l-gdida Vol 6. Ikun hemm ikel u xorb u bejgh ta’ merchandising tal-Klabb fil-Pjazza ta’ Rahal Gdid. Mistiedna speçjali l-Players ta’ Hibernians. Jindirizza din l-attivita l-President tal-Klabb is-Sur Tony Bezzina

Il-Hadd 26 ta’ April, 2015
19.00: Hibernians FC v Balzan FC - Stadium Nazzjonali Ta’ Qali.

Il-Hadd 3 ta’ Mejju, 2015
19.00: B’Kara FC v Hibernians FC - Stadium Nazzjonali Ta’ Qali.

Il-Gimgha 8 ta’ Mejju, 2015
20.00: Marc brijuz La Veneziana bis-sehem tas-Socjetà Fil. 11 ta’ Frar (Ta’ Lourdes), Ghaqda Soçjali Muzikali Kristu Sultan (Banda Paola), Socjetà Fil. GM. Antoine De Paule, (Banda Kristu Re), li jibda minn quddiem il-Pawla Wolves, ikompli ghal-Triq il-Gdida, Triq l-Arkata, Pjazza Ant de Paule u jispicca quddiem il-Klabb ta’ Hibernians FC.

Is-Sibt 9 ta’ Mejju, 2015
14.00: Trasport jitlaq mill-Pjazza quddiem il-Klabb ta’ Hibernians ghall-Istadium Ta’Qali u lura wara l-prezentazzjoni tat-Tazza.
16.00: Il-Partita HIBS FC v VALLETTA FC
Trasport organizzat mill-Klabb – Booking mis-Supporters Zone.
19.00: Wasla tal-plejers fit-Telgha ta’ Rahal Gdid (hdejn il-Klabb tal-Pawla Wolves) fejn jibda defilè sal-Pjazza ta’ Rahal Gdid b’diversi karrijiet armati mill-Hibs Ultras u mill-Ghaqdiet tal-Lokal.
21.30: Il-Kontingent Pawlist jidhol fil-Knisja ta’ Kristu Re fejn isir talba ta’ Radd il-Hajr u jitbierku l-players u supporters prezenti mill-Kappillan Rev. Dun Marc Andrè Camilleri. Wara tkun prezentata t-tazza lil Kristu Re.
22.00: Jitkompla d-defilè brijuz sa quddiem il-Klabb.

L-Erbgha 13 ta’ Mejju, 2015
09.00: Il-Plejers ta’ Hibernians FC sejrin jaghmlu zjara ufficcjali lit-tfal tal-Iskola Primarja A u B ta’ Rahal Gdid fejn jiehdu sehem fil-Hibernians Day organizzata minn din l-iskola.

Il-Gimgha 15 ta’ Mejju, 2015
18.30: Il-Kumitat u l-Plejers jipprezentaw t-tazza tal-Lig fil-Knisja tal-Madonna ta’ Lourdes. Issir it-tberik mill-Kappillan Dun Lawrenz Gauci.
19.30: Quddiesa ta’ Radd il-Hajr fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re bis-sehem taz-zewg Kappillani tal-Parrocci u Fr Hilary Tagliaferro. Jattendu l-Kumitat Ezekuttiv u l-Players u l-Ferghat kollha fi hdan il-Klabb.

Is-Sibt 16 / Il-Hadd 17 ta’ Mejju, 2015
Finali tal-FA Trophy fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali, fejn f’kaz li nghaddu ghall-finali din tintlaghab il-Hadd 24 ta’ Mejju.

L-Erbgha 20 ta’ Mejju, 2015
13.30: Il-Players jaghmlu zjara lit-tfal fl-isptar Mater Dei. Inzuru lit-tfal rekoverati fis-swali ta’ Disney Land, Fairy Land u Rainbow Wards.
14.30: Il-Kumitat Ezekuttiv u l-Plejers ta’ Hibernians FC jaghmlu zjara ta’ kortesija lill-Onorevoli Kap tal-Oppozizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr Simon Busuttil fid-Dar Centrali. Ikun prezenti ukoll David Agius Kelliem tal-Opozizzjoni ghall-Isports.
15.30: Il-Kumitat Ezekuttiv u l-Plejers ta’ Hibernians FC jaghmlu zjara ta’ kortesija lill-Onorevoli Prim Ministru, u Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat f’Kastilja. Ikun prezenti ukoll l-Onor Chris Agius Segretarju Parlamentari ghall-Isports.

 

 

______________________________________________________________

 

Niccelebraw bil-Kbir ........

Mument li kien ilu hafna mistenni mill-Pawlisti, dik li naraw it-tazza tal-Kampjonat Malti fil-Pjazza ta` Rahal Gdid.

F`Rahal Gdid qed issiru festi kbar ghal dan ir-rebh tat-titlu bhala Champions ta' Malta.

Il-Klabb armat ghal festi tal-Kampjonat

 

 

 

Il-Captain tat-team, Andrew Cohen bit-tazza mirbuha fid-dhul tal-Pjazza

 

 

Il-Merhba mill-Kappllan u t-Tberik tat-Tazzi

 

Ic-Celebrazzjoni fil-Pjazza

 

 

(Aktar ritratti u video-clip dalwaqt f`din is-site)

 

_________________________________________________________________

 

Ir-Rahal Gdid armat ghal Okkazjoni

 

Armar fid-dhul tal-lokalita` mill-Parrocca ta' Lourdes

Il-Kazini tal-Baned armati ghal okkazjoni

Kazini tal-Partiti Politici

Il-Club ta` Hibernians FC

 

______________________________________________________________

 

Prosit lil dawk kollha , kemm kazini kif ukoll individwali li taw sehemhom biex kellna Celebrazzjoni sabiha tar-rebh tal-hdax il-Kampjonat fl-ghola livell tal-futbol Malti.

______________________________________________________________ 

 

 

Zjajjar minn Hibernians lil Awtorijiet Civili

Il-Klabb ta' Hibernians kompla bil-programm ta' celebrazzjonijiet billi ghamel zjajjar ta' kortesija lill-Awtoritajiet Civili tal-Pajjiz fejn iltaqa mall-Onorevoli Prim Ministru Dr Joseph Muscat fil-Berga ta' Kastilja u mall-Kap tal-Oppozizzjoni Dr Simon Busuttil fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjoanalista. Dawn gew prezentati b'tifkirit tal-Klabb mill-President is_Sur Tony Bezzina ghan-nom tal-Klabb. Ghal dawn iz-zjajjar attendew il-Players tat-tim tal-Hibs kif ukoll dak tan-Nisa.

Il-Kumitat Ezekuttiv irringrazzja lill-Awtoritajiet Civili talli laqghu lill-Klabb ghandhom. Kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppozizzjoni ferhu lit-Timijiet kollha tal-Klabb ghas-successi li kisbu u awgurawlhom aktar successi ghall-futur.

Zjara ohra saret fl-isptar Mater Dei fejn il-Players zaru diveri tfal f'diversi swali li hemm ghalihom.

 

Hibernians ghand il-Priministru Dr. Joseph Muscat f`Kastilja

 

Hibernians ghand il-Kap ta` l-Oppozizzjoni, Dr. Simon Busuttil

 

______________________________________________________________

Hibernians FC fi zjara fl-Iskola Primarja

Bhala parti mill-programm tac- celebrazzjonijiet fl-okazzjoni tar-rebh tal-kampjonat il-Klabb ta Hibernians bil-kollaborazzjoni tal-Kapijiet tal-Iskola A u B organizzaw Hibernians Fun Day fejn ghal din l-attivita attendew il-Players, membri tal-kumitat u l-President is-Sur Tony Bezzina ma dawn inghaqad ukoll il-maskot tal-Kalbb il-Pagunellu.

Min naha tat-tfal hejjew kartolini li qassmuhom lill-Players favortit taghhom filwaqt li giet imettla wirja ta handcraft li saru mit-tfal stess bl-ghajnuna tal-ghalliema u l-genituri. Ghal din l-okazzjoni it-tfal kienu ezentati milli jilsu l-uniformi u dawn setghu jilbsu kits tal-Klabb. Il-kontingent tal-Hibs kien imdawwar ma diversi klassijiet u seta jigi nuttat tizjin ukoll tal-klassijiet bil-kuluri bojod u suwed

 

 

______________________________________________________________

Il-Festa ta' Sant`Ubaldeska

Nhar il-Hamis 28 ta` Mejju : Il-Festa Liturgika ta` Santa Ubaldeska, qaddisa ta' l-Ordni li ghandha rabta specjali ma` Casal Paola. Ir-rabta taghna maghha tant hi kbira li l-Ewwel Knisja Parrokjali ta` din il-lokalita` kienet iddedikata lil din il-Qaddisa minn Pisa.

Biex giet infakkru l-Festa taghha .... il-Hamis 28 ta` Mejju, fil-Festa taghha , saret Purcissjoni bl-Istatwa Storika ta` Sant`Ubaldeska mill-Knisja Parrokjali sal-Knisja ta` Sant`Ubaldeska fis-6pm u fis-6.30pm kien hemm Quddiesa f`din l-istess Knisja.

Kienet haga interessanti l-Purcissjoni li saret bl`istatwa minhabba li qatt qabel ma saret biha minn meta l-Parrocca giet idedikata lil Qalb ta' Gesu` fil-bidu tas-seklu 20. Filfat l-ahhar darba li din il-vara intuzat fil-=Purcisjoni kienet fit-18 ta' Settembru 1910.

Din l-istatwa hija mahduma mill-istatwarju Karlu Darmanin fis-sena 1900.

 

L-Istawa armata fil-Knisja ghal Festa taghha

 

Il-Purcissjoni bl-Istarwa ta` Sant`Ubaldeska

 

Wara l-Purcissjoni giet iccelebrata Quddiesa mill-Kappillan Dun Marc Andre Camilleri mis-sehem tal-Kor tal-Parrocca "Alleluia". Il-Panigierku tal-Festa sar minn Dun Stefan Galea.

 

 

 

 

______________________________________________________________

L-Ewwel Tqarbina fil-Parrocca ta' Kristu Re

Il-Hadd 31 ta' Mejju 2015 saret l-Ewwel Tqarbina lil grupp ta` tfal fil-Parrocca ta' Kristu Re. Ghal din is-sena, l-Ewwel darba , saret Purcissjoni bi Statwa antika ta` San Alwigi Gonzaga, il-Protettur tat-tfal , li ghadha kemm giet restawrata minn hsara kbira li kellha u kienet tintuza fil-Knisja ta` Sant`Ubaldeska

 

 

 

_______________________________________________________________

Il-Festa tal-Qalb ta' Gesu'

Nhar il-Hamis 12 ta' Gunju 2015 saret il-Festa tal-Qalb ta' Gesu' fil-Parrocca taghna, fejn fiha hadu sehem it-Tfal li din is-sena ircievu l-Ewwel Tqarbina.

Il-Purcissjoni bis-Sagrament bdiet mill-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re sal-Knisja ta' Sant'Ubaldeska. Mat-Triq it-tfal kantaw innijiet b`tema Ewkaristika. Quddiem il-Knisja Storika saret il-Konsagrazzjoni tal-Parrocca lil Qalb ta' Gesu u wara Barka sagramentali lin-nies u tfal prezenti. Minn hemm il-Purcissjoni marret lura fil-Knisja Parrokjali ghal mument qasir ta' talb.

 

 

 

______________________________________________________________

 

Inawgurat il-Pulptu

Kull min ihobb l-arti zgur jiehu gost li dak li ghandu jibza ghalih biex igawdih hu u uliedu.

Kienet hasra li bicca xoghol ta' arti mahduma minn Pawlisti stess fuq mod volontarju spicca twarrab u gralu hafna hsara u ma setghax jitgawdha. Wara diversi xhur ta' hidma issa din l-opra issa hi lesta u tista mhux titgawda imma f'Okkazjonijiet tista tintuza. dan ir-restawr sar mis-Sur Mario Vella li barra li irrestawrah, ranga l-iskultura fejn kienet nieqsa.

Fit-Tifkira tal-105 minn meta Casal Paola saret Parrocca fis-Sena 1910, Il-Kappillan Dun Marc Andre Camilleri inawgura l-Pulptu restawrat li issa rega sab postu fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re.

 

 

 

Ghal ewwel darba : Il-Qari mill-Kotba Mqaddsa

 

L-Ewwel Omelija minn fuq iI-Pulptu

 

 

(aktar ritratti dalwaqt)

 

_________________________________________________________________

Il-Qniepen tal-Knisja ta' Sant'Ubaldeska

Il-Pawlisti kburin b`dak kollu li hu taghhom u jiehdu gost jaraw b'dan il-progress issir. Wiehed mill-monumenti ghal qalbna hu minghajr dubju il-Knisja Storika li taf l-origini taghha lil Granmastru De Paule, iddedikata lil Sant'Ubaldeska, qaddisa ta' l-Ordni.

Il-Qniepen taghha ilhom snin ma jsemmu lehinhom minn mindu postha haditu l-Knisja Parrokjali ...... spiccat b`Kampnari sieket minhabba li l-Qniepen taghha tnehhew min hemm .... uhud minnhom Qniepen antiki ta' zmien l-Ordni.

It-Tnejn 14 ta' Lulju 2015 il-Kampnar rega laqa' fih il-Qniepen tieghu ...... il-Kampnar mhux ser jibqa ajktar sieket imma ser jaqqdi l-funzjoni tieghu li ghalih imbena.

Din is-sena , fil-Festa tat-Titular , il-qniepen jistaw jifirhu ukoll u jsemmu lehinhom lil kulhadd.

Napprezaw il-hidma ta' dawk kollha li hadmu biex il-Qniepen jergu jsibu posthom lura fil-Kampnar tal-Knisja Storika ta' Sant'Ubaldeska.

 

Ritratt antik mehud qabel is-sena 1900 li fihom jidru l-Qniepen tal-Knisja

 

It-Tlugh tal-Qniepen fil-Kampnar

Is-Salib ta' l-Ordni f`wahda mill-qniepen

 

Qalb ta' Gesu' : L-Ewwel Titular tal-Knisja bhala Parrocca

 

 

______________________________________________________________

L-Ordinazzjoni ta' Fr. Christopher Ellul

Nhar il-Gimgha kien Jum importanti ghal Parrocca taghna minhabba li wiehed minn uliedha ghazel li jiehu l-Vokazzjoni ta' Sacerdot. Dan hu jum sabih hafna ghalih ghax wara numru ta' snin jistudja u jitlob, li issa ha dak li hadem ghalih.

Jum importanti hafna kemm ghalih personali, ghal familja tieghu kif ukoll ghal familja l-ohra .... l-Parrocca ta' Kristu Re.

Nitolbu ghalih biex il-Mulej jaghtih l-ghajnuna biex jahdem fil-Parrocci li l-Isqfijiet jaghtuh biex jahdem fihom.

 

Nawgurawlek minn qalbna !!

_________________________________________________________________

 

L-Ewwel Quddiesa ta' Dun Chris Ellul f'Rahal Gdid

 

Ghalkemm il-Quddiesa ta' Radd il-Hajr ser issir is-Sibt 18 ta' Lulju 2015 fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re fis-6.30pm , l-ghada ta' l-Ordinazzjoni tieghu, is-Sibt 4 ta' Lulju saret Quddiesa , veru ta' l-ewwel fil-Knisja Storika ta' Sant'Ubaldeska mibnija fis-sena 1630.

Quddiesa ta' l-ewwel, imma mhux il-prima messa ufficjali.

 

 

 

 

 

 

_________________________________________________________________

Prima Messa ta' Dun Christopher Ellul

 

Is-Sibt 18 ta' Lulju 2015 kienet gurnata specjali kemm ghal Dun Chris Ellul kif ukoll ghal Parrocca ta' Kristu Re.

Din l-attivita bdiet b`korteo mid-dar privata tieghu sal-Parrocca ta' Kristu Re akkumpanjat mill-familjari tieghu u hbieb. F`dan il-Korteo hadet sehem il-Banda Kristu Re li taghha kien bandist ghal diversi snin.

Inkluz fil-Korteo ghadda ukoll minn hdejn il-Museum tas-Subien fi Triq l-Arkata fejn hu ha l-Informazzjoni u baqa hemmhekk sakemm dahal is-Seminarju fejn beda t-Triq Twila ta' studju, hidma u talb li wasluh ghal din il-gurnata mistennija kemm minnu u l-familjari kif ukoll ghal poplu Pawlist

 

Il-Korteo

 

 

Id-Dhul fil-Knisja Parrokjali

 

 

 

Riceviment

 

Wara l-Quddiesa Koncelebrata ta' l-Ewwel Quddiesa Solenni ta' Dun Christopher Ellul sar riceviment fil-Padiljun ta' Kordin li ghalih kienu mistednin  in-nies ta' Rahal Gdid u l-hbieb tieghu.

 

 

_________________________________________________________________

Festa Kristu Re 2015

Jum il-Familja u z-Zghazagh

L-Ewwel jum tal-Festa huwa iddedikat liz-Zghazagh u l-Familja. Fis-7.30pm giet organizzata Quddiesa mill-Grupp taz-Zghazagh tal-Parrocca G7.30 fil-Knisja Parrokkjali imexxija minn Patri Bertrand Vella OFM.Cap

Wara l-Quddiesa, fuq iz-Zuntier giet organizzata Festa ghal Familja bl-ikel u kant.

 

Quddiesa miz-Zghazagh

 

______________________________________________________________

 

Festa Familja

 

 

 

 

______________________________________________________________

 

Il-Ftuh tal-Festa

It-Tnejn 20 ta' Lulju :

L-Ewwel jum tal-festa u bhala bidu ghal din il-gimgha inharget minn-nicca l-Istatwa Titulari ta' Kristu Re.

 

Tislima lil Kristu Re ...... it-Titular

 

L-Ewwel Marc tal-Festa

 

............ wara l-Hrug tal-vara minn Nicca , il-Banda Kristu Re komplit b'marc madwar it-Toroq ta' Rahal Gdid.

...... meta waslu hdejn il-Knisja ta' Sant'Ubaldeska telghet l-istatwa tal-Qalb ta' Gesu u spettaklu tahruq tan-nar sinkronalizzat mal-muzika. Il-marc baqa tiela   sal-Pjazza Fra. Antoine De Paule.

   

______________________________________________________________

 

Il--Festa tat-Tfal u l-Marc  tat-Tlieta

Jum mistenni mit-Tfal huwa l-Jum taghhom.  Illum it-Tlieta hu l-Jum iddedikat lilhom fejn saret Dimostrazzjoni ferrihija bi statwa zghira ta' Kristu Re sal-Knisja Parrokjali. Matul id-Dimostrazzjoni it-tfal kellhom buzzieqa bil-kuluri tal-Parrocca, ahmar u isfar u meta waslu fuq iz-zuntier it-tfal telqu l-buzzieqa fost il-ferh tat-tfal.  Wara saret Quddiesa apposta ghat-tfal u wara riceviment fuq iz-zuntier.

 

______________________________________________________________

 

Wara l-Quddiesa tat-tfal inbeda marc madwar it-Toroq ta' Rahal Gdid fejn meta il-Marc wasal quddiem id-dar Parrokjali telghet ghal ewwel darba l-Istatwa restawrata ta' Kristu Re u Sacerdot fejn din is-sena qed infakkru is-70 Sena minn mindu saret.

 

 

 

 

 

 

 

 ______________________________________________________________

 

Il-Marc ta' l-Erbgha

L-Erbgha hu marc li jigi organnizat mill-Ghaqda Zghazagh Pawlisti fejn lejn it-tmiem tieghu tigi imtella Statwa ta' Kristu Re fi Triq tal-Borg, biswit il-Kazin Socjali u Muzikali Kristu Sultan, Banda Paola.

 

 

 

 

 

______________________________________________________________

 

 

Il-Marc tal-Hamis  

Il-Hamis 23 ta' Lulju sar marc madwar it-Toroq ta' Rahal Gdid mill-Banda Pinto ta' Hal Qormi. Kienet ukoll okkazjoni sabiha minhabba li waqt li l-marc wasal il-Pjazza gie imzanzan l-akbar pavaljun ta' Malta .... u gie inkluz fil- Malta Records. Dan il-Pavaljun qieghed fi Triq Valletta , hdejn il-Club ta' Hibernians.  Dan il-Pavaljun kbir u xoghol l-Ghaqda Socjali u Muzikali Kristu Sultan , Banda Paola. Il-Briju kien f`idejn l-Ghaqda zghazagh Pawlistu fi hdan l-istess kazin.

Fi tmiem il-marc giet imtella fuq il-Kollonna tal-Granmastru Ant. De Paule.

 

L-Inawgurazzjoni ta' l-ikbar Pavaljun

Dan il-Pavaljun kiser ir-record ta' Malta bhala l-itwal Pavaljun li jintuzaw fil-festi Maltin .......   gie mahdum mill-Ghaqda Socjali u Muzikali Kristu Sultan, Banda Paola.

 

 

 

_________________________________________________________________

 

Il-Marc Tradizzjonali tal-Gimgha

Wiehed mill-aktar Marc Popolari fil-Festa ta' Kristu Re huwa l-Marc Tradizzjonali tal-Gimgha  ..... marc mistenni u hu l-aktar marc antik.

Ghal dan il-Marc jingarr fuq l-ispalla statwa artistika ta' Kristu Re li iddur mat-toroq ewlenin tar-rahal fost il-briju tan-nies. Fi tmiem il-marc , f`nofs il-lejl titella fuq kollonna f'nofs il-Pjazza.

_________________________________________________________________

 

  L-Inawgurazzjoni tal-Faccata tal-Plancier

 

 

 

 

_________________________________________________________________

 

 

Lejliet il-Festa

F'Lejliet il-Festa , wara l-Quddiesa Koncelebrata, issir il-Korteo mill-Ghaqdiet tal-Parrocca fejn jofru Kuruna tar-Rand lil Kristu Re bhala Qima. Wara l-Korteo sar programm ta' muzika u kant mill-Banda Kristu Re taht it-tmexxija tas-Surmast Mro. David Sammut.  Wara l-Programm Muzikali sar marc La Veneziana mal-Pjazza Ant De Paule mill-Banda Kristu Re u l-Banda San Gejtanu li spicca quddiem l-Istatwa ta' Kristu Re u indaqq l-Innu miz-zewg baned flimkien.

 

It-Translazzjoni

 

_________________________________________________________________

 

 

Il-Korteo mill-ghaqdiet tal-Parrocca 

 

Is-Sibt 25 ta' Lulju saret Quddiesa Solenni minn Dun Chris Ellul u wara sar Korteo mill-Ghaqdiet u gruppi tal-Parrocca fejn f'Cerimonja fil_pjazza sar it-tqeghid tal-kuruni tar-rand lil Kristu Re bhala qima.

 

 

....... wara t-Teghid tal-Kruni tar-rand lil Kristu Re, sar program Muzikali minn banda Kristu Re taht it-tmexxija tas-Surmast David Sammut bis-sehem ta diversi kantanti u artisti.

 

 

 

 

 

_________________________________________________________________

Jum il-Festa

Illum Jum il-Festa, filghodu sar il-Marc Tradizzjonali ta' Filghodu li dar mat-Toroq ta' Rahal Gdid u lehaq il-qofol tieghu fil-Pjazza u fi tmiemu saret wirja ta' karti ikkuluriti u nar mal-muzika.

 

Il-Marc Tradizzjonali ta' Filghodu

Wirja ta' Nar u karti ikkuluruti mal-muzika mat-tmiem tal-Marc ta' Filghodu quddiem il-Kazin tas-Socjeta Fil Ant. de Paule, Banda Kristu Re.

 

 

 

Il-Quddiesa Sollenni tal-Festa

 

 

 

Il-Purcissjoni

Dun Chris Ellul imexxi l-Purcissjoni

 

 

Il-Hrug tal-Purcissjoni

Issir il-Konsagrazzjoni ta' Rahal Gdid  lil Qalb ta' Gesu'

 

 

Il-Kantanta Mary Spiteri issellem lil Kristu Re quddiem il-Kazin Soc u Muz Kristu Sultan, Banda Paola.

Id-Dhul tal-Purcissjoni

 

 

_________________________________________________________________

 

Il-Festa tal-Madonna ta' Lourdes

Matul il-gimgha ta' bejn is-16 u 23 ta' Awwissu qed tigi iccelebrata l-Festa Titulari tal-Parrocca ta' Lourdes.

Din is-site ser izzomkom aggornati bl-attivitajiet li jsiu matul din il-gimgha ta' Festa. 

 

Il-Hadd 16 ta' Awwissu

Il-Hrug tal-Vara Titulari min-Nicca taghha u titpogga fil-Knisja ghal jiem tal-Festa.

 

Prezentazzjoni :

Prezentazzjoni lil Parrocca terha ghal fuq l-ambone biex tintuza fil-jiem tal-Festa mill-Banda 11 ta' Frar.

 

 

Il-Hrug tal-Vara fil-Knisja

Il-Kumitat tal-Festa flimkien mal-Kappillan Dun Lawrenz Gauci

 

_________________________________________________________________

Il-Gimgha  21 ta' Awwissu

Illum sar marc madwar it-Toroq principali tal-Parrocca ta' Lourdes u fi tmiem il-Marc giet inawgurata l-akbar Baldalora tal-Parrocca li tirraprezenta lil Madonna taht it-Titlu ta' Lourdes flimkien mal-Granmastru De Paule u Santa Ubaldeskal jaghtuha qima.

Wara li giet inawgurata l-Bandalora itellghet l-Istatwa ta' Malta Rebbiegha fuq il-Kollonna.

 

Inawgurazzjoni tal-Bandalora

 

 

Malta Rebbiegha fuq il-Kolonna

 

(Aktar ritratti tal-Festa tal-Madonna ta' Lourdes dalwaqt f`din is-site)

 

________________________________________________________________

Hibernians FC rebbieha tas-Super Cup

 

L-Ewwel unur ta' l-istagun tal-futbol lokali gie mirbuh minn Hibernians FC meta b`finali sabiha iddominata mit-team ta' Rahal Gdid, is-Super Cup giet mirbuha minn Hibernians FC ghat-tielet darba fl-Istorja kbira tal-Klabb Pawlist.

Wara l-loghba u l-prezentazzjoni tat-tazza, ic-Celebrazzjonijiet tkomplew fil-Pjazza quddiem il-Klabb.

 

Il-Capt Andrew Cohen jgholli t-tazza wara l-Prezentazzjoni.

 

Celebrazzjonijiet fil-Pjazza

 

Nifirhu lil Hibernians FC ghal dan l-ewwel unur li rebah dan l-istagun il-gdid 

 

 

 

 

______________________________________________________________

Jum Paola

 

 

Nhar il-Hadd 13 ta' Settembru 2015 gie iccelebrat "Jum Paola" ..... gurnata iddedikata ghal lokalita taghna.

Din l-attivita bdiet b`Quddiesa fi Pjazza ta' Sant`Antnin fis-7pm bhala Radd il-Hajr fejn wara inghata diversi rikonoxximenti lil gruppi u persuni li kienu ta' kontribut lejn il-lokalita taghna.

L-Unur moghti ta' "Gieh Paola" din is-sena inghata lil Anna Calleja li hadmet hafna fil-Volontarjat specjalment fil-Kamp Sportiv.

Nawguraw lil Anna Calleja ghal dan l-unur misthoqq

Wara gir inawgurat il-Bandli gdid fil-Pjazza u bibita ezatt wara.

 

Anna Calleja tinghata l-unur ta' "Gieh Paola 2015"

Il-Grupp kollu li inghataw rikonoxximent ghal hidma taghhom favur il-lokalita ta' Rahal Gdid

 

 

L-Inawgurazzjoni tal-Bandli l-godda fiz-zona ta' Ghajn Dwieli

Muzika live mill-grupp "Virtuosi" waqt ir-riceviment

 

 

_________________________________________________________________

Funeral ta' Dun Vincenz  Deguara

Rahal Gdid sellem lil Dun Vincenz Deguara wara li halliena nhar il-Hadd 4 ta' Ottubru.

Zgur li hafna Pawlisti ghandhom memorji sbieh ta' dan il-Qassis umli u habbrieki.

Il-Funeral tieghu sar it-Tlieta 6 ta' Ottubru fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re fis-2pm .... qabel il-Quddiesa ser ikun espost ghal dawk kollha li jixtiequ jaghtuh l-ahhar Tislima.

Il-vojt li ser halla Dun Vincenz mhux facli li jimtela minhabba li dan il-Qassis dejjem hadem fost il-Pawlisti ....... aktar minn 50 Sena jahdem fost il-Komunita' Pawlista.

 

L-ahhar zewg Okkazjonijiet ta' Dun Vincenz.

Ibierek iz-zona ta' Sapporters ta' Hibernians FC u t-Tberik ta' l-artal tas-Sagrament meta sar ix-xoghol fuqu din is-sena stess.

 

Il-Funeral

Il-Korteo mill-Kappella ta San Gwann Battista ghal Knisja Parrokjali

 

Quddiesa tal-Funeral immexija minn Mons Arcisqof Scicluna

Omelija mill-Kappillan Dun Marc Andre Camilleri

 

 

(Grazzi lil Lucia Agius tar-ritratti li qedghin jintuzaw f`din is-sezzjoni)

 

 

 

_________________________________________________________________

Festa Liturgika

.......... L-Ewwel zewg Pitturi Inawgurati ghal Parrocca ta' Kristu Re

Jum Storiku ghal Parrocca taghna minhabba li gew inawgurati l-ewwel zewg pitturi fil-Parrocca ...... l-ewwel tnejn minn sensiela ta' ohrajn ghal futur. Pitturi mahduma mill-Artist bravu Ghawdxi, Manuel Farrugia.

Dawn il-Pitturi jipprezentaw zewg angli jaduraw lil Ewkaristija u f'idejhom ghandhom is-simboli ta' l-gheneb u qamh. dawn l-Ewwel zewg Pitturi qedghin fil-Kappella tas-Sagrament

Jekk int tixtieq taghti sehmek f`dan il-Progett kbir , kellem lil Kappillan.

 

qabel l-Inawgurazjoni

 

 

Waqt l-Inawgurazzjoni tal-Pitturi

Tberik tal-Pitturi

 

Dettal mill-Ewwel Pittura ghal Knisja Parrokjali

 

 

Il-Baldakkin gdid : jintuza ghal ewwel darba

 

______________________________________________________________

 

Quddiesa Koncelebrata f`Jum il-Festa Liturgika ta' Kristu Re

 

..... wara l-Quddiesa Koncelebrata sar marc mill-Girl Guieds ta' Rahal Gdid sa fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali fejn sar it-Tberik ta' l-annimali.

 

Run-Fun 2015

Il-Pjazza ta' Rahal Gdid kienet wiehed mill-postijiet maghzula biex tibda l-Fun-Run ghal Karita'. Eluf ta nies ingabru f'Rahal Gdid ghal mixja sa hdejn il-Palazz tal-President , il-Belt Valletta.

Din kienet it-tieni sena li il-Mixja qed tibda minn Rahal Gdid.

(Ritratti : Sonia Debono Camilleri)

 

______________________________________________________________

Urban Greening

Rahal Gdid hu wiehed mill-irhula li huwa nieqes min-natura. Minhabba li eghlieqi huma limitati, ghalhekk il-lokalita taghna giet maghzula ghal Progett ta tisbih permezz ta' pjanti li jkomplu jsebhu l-ambjent taghna.

Dan l-ahhar kulhadd inotta l-ammont ta pjanti li zdiedu bhalma huma fil-Pjazza Ant de Paule, Triq il-Belt Valletta, Gnien Pawlu Boffa u Gnien Lorry Sant u hafna aktar toroq li gew imsebha. Biex isebbhu aktar l-amjent taghna li hu nieqes mill-Abjent Rurali , gie imsebbah ukoll b`aktar minn 1,500 fjura.

 

Tisbih permezz ta Qsari mal-Lokalita

 

Tisbih tal-Gonna f`Rahal Gdid

 

______________________________________________________________

Il-Milied f`Rahal Gdid 2015

Il-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re artmata ghal Milied

 

 

Il-Presepju fil-Knisja Parrokjali

 

 

Rigali li t-tfal tal-Parrocca iccahdu minnhom biex offrewhom lil dawk li huma inqas ixxurtjati minnhom.

 

 

 

______________________________________________________________

 

Quddiesa ta' l-Ahhar tas-Sena fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re

Quddiesa ta' l-Ahhar tas-Sena li kienet imexxija mill-Kappillan Dun Marc Andre Camilleri ikkoncelebrata mill-Kleru tal-Parrocca. Fl-ahhar tal-Quddiesa gie kantat it-Te Deum (talba ta' ringrazzjament lil Alla)

 

 

 

______________________________________________________________

 

Tizjin tal-Milied madwar Rahal Gdid

 

Ta' kull sena ..... bhal dan iz-zmien tas-sena, Rahal Gdid jiehu l-libsa ikkulurita tal-Milied. Dan ix-xoghol li qed jitgawda bhalissa huwa xoghol ta' xhur minn dilettanti li jiehdu hsieb li f`dan iz-zmien jaghmlu atmosfera sabiha.

Rahal Gdid huwa wiehed mil-lokalitajiet armat ghal dan iz-zmien ta' festi .... festi li huma ghal qalb ta' hafna.

 

Il-Knisja Parokkjali ta' kristu Re armata ghal dawn il-Festi

 

It-Toroq u l-Pjazza principali armati

 

 

Kazini armati

 

 

 

Milied f'Casal Paola 2015

 

Sa mill-bidu ta' din l-attivita Annwali f`Rahal Gdid din is-site kienet is-site Ufficjali ta' "Milied f'Casal Paola" ........ l-attivita mistennija.

 

Waqt Konferenza Stampa go Kumpless Kummercjali fil-Pjazza ta' Rahal Gdid, inghataw dettalji ta' attivitajiet li ser jigu organnizati waqt id-9 Edizzjoni ta' "Milied f`Casal Paola".

Waqt il-Konferenza Stampa

 

________________________________________________________________

 

 

"Milied f'Casal Paola" saret attivita mistennija f`Rahal Gdid. Gurnata li tkun minlija f`hafna kant, zfin b`tema tal-Milied. Barra hekk kien hemm xi Wirjiet ta fotografija u hafna aktar.

Ma jonqosx ukoll l-Ikel Tradizzjonali tal-Milied li jkompli jaghmel zmien il-Milied bhala wiehed mill-isbah zmien ta' matul is-sena.

 

 

Folla ta' nies migbura ghaz-zfin u kant fuq il-Palk Principali waqt "Milied f'Casal Paola".

Kant u zfin fuq il-Palk Principali

Taqsima ta' loghob ghat-Tfal

Destiny : Ir-Rebbieha tal-Junior Eurovision 2015

 

 

 

_________________________________________________________________

 

Members Area

Newest Members

Upcoming Events

No upcoming events

Recent Blog Entries

No recent entries

Recent Photos