"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

 

Bhas-sena l-ohra din is-site kienet is-site ufficjali ta` din l-attivita "Notte a` Casal Paola" li saret fit-3 ta` Settembru 2011.

 

 

 

 

 

 

 

Konferenza stampa li matulha thabbru d-dettalji tal-attivita' Notte a' Casal Paola

 

 

 

 

Konferenza Stampa minn Onor. Chris Said

 

 

 

 

 

 

Il-Programm ta` "Notte a` Casal Paola 2011"

Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2011 mis-6pm sa nofsilejl

fi Triq l-Arkata : Display mis-St John Rescue Corps u dwar il-Karnival

Fuq il-Palk : Bands lokali u Għana

fi Triq Sant’Ubaldeska : Storja ta’ Paola u Programm Awdjo Vizwali

fi Sqaq it-Tramuntana : Xogħol ta’ Arti minn diversi , artisti magħrufa kif ukoll xogħol fiċ-ċeramika u skultura fl-injam.

fi Triq it-Tramuntana : Logħob għat-tfal

Palk Prinċipali fi Pjazza Sant’Ubaldeska : Varjetà ta’ kant u żfin

fi Triq Ninu Cremona : Żfin Folkloristiku, Mużiċisti bi strumenti antiki

Parata - Il-Gran Mastru De Paule jżur il-lokalita ta’ Paola

Il-Knisja ta’ Sant Ubaldeska : Ser tkun miftuħa għall pubbliku b’akkumpanjament ta’ diversi Gwidi storiċi.

Is-Sala tal-Każin tal-Banda tas-Soc. Fil. Fra Ant. De Paule : Banda Kristu Re. Miftuha ghall pubbliku

Fiċ-centru tad-duttrina M.U.S.E.U.M Subien : Feature dwar San Gorġ Preca

Stand mill-Hibernians F.C

Diversi Stands ta’ ikel tradizzjonali Malti

Armar marbut ma’ żmien il-Kavallieri

... u ħafna aktar!

 

 

 

Ritratti ta` "Notte a` Casal Paola"

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(aktar ritratti dalwaqt)

 

 

 

Notte a` Casal Paola 2012

Fl-1 ta` Settembru 2012 , regghet saret edizzjoni ohra ta` "Notte a` Casal Paola". Saret fil-parti l-antika ta` Rahal Gdid fejn qabel kien ic-centru ta` Casal Paola meta l-Granmastru bena lil Rahal Gdid.

F`din il-lejla kien hemm diversi attrazzjoniiet interessanti , fosthom wirjiet u talenti differenti.

Muzika

Daqq fuq strumenti folkloristici

Kant

(ritratti : John Debono)

 

Il-Bidu tar-Randan

Nhar l-Erbgha 22 ta` Frar 2012 beda ir-Randan , 40 jum bi preparazzjoni ghal ikbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Ghid il-Kbir. Bhala bidu ta` dan iz-zmien tar-Randan bhas-snin ta` qabel sar il-pellegrinagg sal-Knisja Parrokjali.

Dan il-pellegrinagg din is-sena sar b`differenza minhabba li kien organnizat u bis-sehem tal-Gwardjani tal-Facilita Korretiva ta` Kordin u nies li qedghin f`dan il-post. Il-Pellegrinagg beda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re (ghalkemm il-hsieb kien li jibda mill-Habs , izda minhabba t-temp tbiddlu xi pjanijiet)

Xi nies mir-residenza ta` Kordin refghu s-Salib li kien tbierek minn San Gorg Preca u saret Via Sagra mad-dawra tal-Knisja u wara Koncelebrazzjoni u ic-Cerimonja ta` l-irmied.

 

Wirja tal-Arti dwar il-Formula 1 u l-Karozzi

 

Nhar is-Sibt 2 ta’ Gunju, fl-10.00 a.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali Paola, is-Sindku ta’ Rahal Gdid Roderick Spiteri inawgura wirja tal-arti b’ghadd ta’ xoghlijiet tal-artist Godwin Cini. Dil-attivita`, bl-isem ta’ ‘Il-Formula 1 u l-Karozzi fl-Arti’ hi organizzata mill-McLaren F1 Club ta’ Malta flimkien mal-Kunsill Lokali Paola.

Il-wirja tinkludi tpingijiet artistici bil-poster u l-water colour, kif ukoll bil-lapes, ta’ sewwieqa u karozzi tal-Formula Wiehed. Minbarra portraits ta’ sewwieqa champions tal-F1, se jkun hemm ghall-wiri wkoll tpingijiet ta’ karozzi li mhumiex tat-tlielaq u persunaggi li isimhom hu sinonimu mal-awtomobilizmu. L-artist se jesebixxi wkoll xi xoghlijiet fil-gibs.

Minbarra li hu artist, Godwin Cini hu wkoll wkoll poeta u ismu hu maghruf sew fil-qasam tal-midja f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ programmi dwar il-karozzi. Ghaldaqstant fil-wirja se jkun hemm taqsima mghammda ‘Is-Sigurta` fit-Toroq’, li tinkludi posters edukattivi impingija mill-istess artist u li ghandhom x’jaqsmu ma’ das-suggett partikulari. Taqsima ohra interessanti fil-wirja titratta whud mill-poeziji dwar l-awtomobilizmu miktuba minn Cini stess.

Il-wirja se ddum miftuha gimgha. Il-hinijiet tal-ftuh huma s-Sibt 2 ta’ Gunju u l-Hadd 3 ta’ Gunju mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u mill-4.00 p.m. sas-6.00 p.m. Mit-Tnejn sal-Gimgha (4-sat-8 ta’ Gunju) fil-hinijiet tal-Ufficcju tal-Kunsill Lokali Paola.

.

Wahda id-disinji li ser tkun esebita fil-Wirja

Ritratti mill-Ftuh tal-Wirja

Is-Sur Alfred Ellul Galea jitkellem dwar ix-xoghol ta` l-ghaqda ta`McLaren F1 f`Malta

Is-Sur Godwin Cini jitkellem dwar l-Arti tieghu

Is-Sindku ta` Paola , Roderick Spiteri

Il-Kapp Kan Dun Vincenz Cachia ibierek il-Wirja

Prezentazzjoni mis-Sur Godwin Cini lil Kunsill Lokali

 

Dun Vincenz Deguara, 50 Sena Sacerdot

50 Sena Sacerdot

Il-Gimgha 22 ta` Gunju, il-Parrocca ta` Kristu Re icelebrat u ferhet ma` Dun Vincenz Deguara fl-okkazjoni tal-50 Sena minn Sacerdozju tieghu. Kien bhal dan iz-zmien 50 Sena meta sar qassis.

Fis-7pm saret Quddiesa koncelebrata b`Radd il-Hajr ta `dawn il-50 Sena ta` Hidma ghal gid ta` dan ir-rahal li hu ghal qalbu hafna.

Dun Vincenz ma grupp ta` zghazagh waqt wahda mill-performance tal-pagaent tal-Gimgha l-Kbira "Resurexxit" li hu kien il-mohh taghha fi zmien ir-Randan fil-Parrocca ta` Kristu Re.

Ritratti ta` l-Okkazjoni

Waqt il-Quddiesa Koncelebrata ta` Radd il-Hajr

Il-Parrocca tirregala rigal lil Dun Vincenz

Dun Vincenz jirregala rigal lil Parrocca, sfera kbira li hi addatata hal-Knisja Kbira bhalma hi taghna.

Il-Knisja mimlija bin-nies biex jifirhu ma` Dun Vincenz

Il-Kor waqt il-Celebrazzjoni

Waqt ir-Receviment

Zewg Boards ta` l-Okkazjoni : Iz-zewg imhabbiet ta` Dun Vincenz. Ir-rahal u l-Hibs

Ad moltos annos Dun Vincenz mill-Pawlisti kollha

Nawgurawlek aktar hidma fil-Parrocca taghna u Grazzi

Members Area

Newest Members

Upcoming Events

No upcoming events

Recent Blog Entries

No recent entries

Recent Photos