"Mibni mill-Ordni" 

L-Ordni Bnieni

50 Sena mill-Konsagrazzjoni tat-Tempju iddedikat lil Kristu Re


Din is-sena fil-Parrocca  ta’ Kristu Re qed infakkru l-50 sena minn meta it-Tempju gie ikkonsagrata lil Alla.


Il-Poplu Pawlist kien ilu jixtieq li jibni knisja akbar minhabba li l-Knisja  iddedikata lil Santa Ubalderska kienet saret zghira.,  Knisja ta’ l-Ordni ta` San Gwann ,  li taf il-bidu taghha mis-sena 1630 bl-ewwel gebla taghha imqedha mill-Granmastru Ant. De Paule stess.  Fis-sena 1900  tkabbret u setghet tesa’ 180 ruh.  Kien it-12 ta’ Lulju 1910 meta l-Isqof ta’ dak iz-zmien Pietru Pace ghamel lil Casal Paola bhala  Parrocca idedikata taht it-Titular tal-Qalb ta’ Gesu`.

 

 

Il-Knisja ta` Sant Ubaldeska sa l-1900



Il-Knisja ta' Sant Ubaldeska kif inhi illum



Il-Knisja ta' Rahal Gdid ghadha qed tinbena

Il-Popolazzjoni ta’ din il-lokalita bdiet tizdied minn sena ghal ohra, specjalment nies li gew mill-Kottonera biex jisetiljaw fil-belt gdida . Kien il-Kappillan Dun Nerik Bonnici li wera x-xewqa li tinbena Knisja gdida, kbira fid-19 ta’ Ottubru 1919.  Ghal bidu l-Knisja kienet ser tkun minflok dik ta’ Santa Ubaldeska , li kienet tkun telfa kbira u hasra li kieku sar hekk , izda l-Perit Guze Damato offra l-art tieghu biex il-Knisja l-Gdida tkun hemmhekk.

Fl-1 ta’ April 1923 sar it-tqeghid ta’ salib ta’ l-injam fl-ghalqa imsejha `tal-borg` fejn kella tinbena l-Knisja l-gdida , l-akbar Knisja ta’ Malta.  Fl-24 ta’ Frar 1924 id-Delegat tal-Isqof, Mons Angelo Portelli O.P. qieghed u bierek l-ewwel gebla tal-Knisja Parrokjali  l-gdida.

Kien il-15 ta’ Lulju 1928 meta giet iccelebrata l-ewwel quddiesa fil-Knisja l-gdida ghalkemm kienet ghadha minghajr saqaf.

Fis-sena 1945  l-Awtoritajiet Ekklezjastici laqghu t-talba li minn Qalb ta’ Gesu’ bhala Titular  tkun iddedikata lil Kristu Re.

Kien it-13 ta’ Dicembru 1959 meta tlesta l-bini tal-Knisja l-gdida u tpogga s-salib tal-irham fuq il-Koppla u fit-3 ta’ Gunju 1967  ,  l-Arcisqof ta’ Malta Mons. Mikiel Gonzi ikkonsagra l-Knisja, fejn din is-sena qed infakkru l-50  Anniversarju minn din l-Okkazjoni kbira.




 
Il-Knisja Parrokjali waqt li qedha tinbena



Il-Bini tal-Knisja hija mibnija bil-hila u l- hegga tal-poplu  li bena ghal imhabba t’Alla  …..  izda jigi offrut lil Alla biex jinghata qima.

Il-Parrocca taghna qed infakkru il-hamsin sena minn dan l-avveniment important.  Dak iz-zmien il-Koncilju Vatikan II  kien ghadu ma sehx allura il-Liturgija tac-Cerimonja tal-Konsagrazzjoni kienet differenti milli dik li issir fi zmienna  ……  kien aktar solenni.



Kif issir din il-Konsagrazzjoni ?


L-ewwel ma jsir huwa t-tberik tal-hitan tal-Knisja lit kun ser tigi ikkonsagrata u l-artal maggur fil-bidu tal-Quddiesa. Wara li jsir it-tberik, ikun hemm id-dlik biz-zejt tal-Konsagrazzjoni tal-hitan tal-Knisja immarkati bi 12-il salib u d-dlik ta’ l-artal kif ukoll talba tad-Dedikazzjoni tal-Knisja . It-tnax il-salib jissimbolizza  lil Appostli li  Kristu fuqhom bena l-Knisja tieghu, filwaqt li l-artal jissimbolizza lil Kristu li huwa fin-nofs tal-Knisja tieghu. Wara li issir id-dilka ta’ l-artal u s-slaleb flimkien ma talba tad-dedikazzjoni, jitpogga l-incens fuq l-artal u jinharaq bhala qima lil Alla u wara l-artal jigi incensat flimkien mat-tnax il-salib li jkun ghadu kemm gew midlukin ftit qabel. Wara din ic-cerimonja, l-artal jintmessah miz-zejt tal-Konsagrazzjoni u jintrama ghall-quddiesa.  Hawnhekk imbghad l-Isqof jaghti xemgha lid-Djaknu u jixghel ix-xemghat ta’ fuq l-artal u dawk quddiem is-slaleb tal-Konsagrazzjoni ghall-ewwel darba u titkompla l-ewwel quddiesa wara l-Konsagrazzjoni tal-Knisja.


Hekk gara hamsin sena ilu  …..  dan li qed infakkru din is-sena.  Kien nhar it-3 ta’ Gunju tal-1967 fi zmien il-Kappillan Dun Adolf Agius, dakinhar it-tempju maestuz f`nofs il-pjazza principali ta’ Rahal Gdid gie iddedikat lil Alla u inbidel f`post qaddis, Dar t`Alla. Ghal din l-okkazjoni storika ingabru gemgha kbira ta’ nies flimkien mal-Kappillan ta’ qabel,  Mons Frangisk Xuereb u l-kleru, honqu l-knisja biev jassistu ghall-funzjoni li fiha l-Arcisqof Mikiel Gonzi ikkonsagra t-Tempju.

Ic-Cerimonja bdiet billi mal-wasla ta’ l-Arcisqof flimkien mac-cerimonjier tieghu Dun Karm Bonavia u minn Mons Emmanuel Brincat , qara t-talba u kief ghedna qabel beda t-tberik tal-hitan tal-Knisja minn barra u wara dahal gewwa u tkompla t-tberik tal-Knisja minn gewwa. Wara t-tberik tal-Knisja issa kien imiss it-tberik ta’ l-artal maggur. Ic-Cerimonja sraet fuq l-artal maggur ta’ l-irham , l-istess wiehed li ghadna ingawdu sallum stess. Kien l-ewwel artal f`Malta addattat ghat-tibdil kif jitlob il-Koncilju Vatikan II. Ghall-ewwel darba ukoll f`dak il-jum specjali, ir-rit tad-Dedikazzjoni tal-Knisja u ta’ l-artal sar bil-Malti , minhabba li qabel dik il-gurnata t-talb kien issir kollu bil-Latin.

L-artal maggur huwa mahdum fl-Italja mid-Ditta Circott fuq disinn ta’ Carmelo Cilia (1908-1988)  bl-ghajnuna ta’ diversi Benefatturi li isimhom imnizzel f`tubu tal-metall go l-artal stess.



  • It-Talb tal-Bidu ghal Konsagrazzjoni tat-Tempju
    It-Talb tal-Bidu ghal Konsagrazzjoni tat-Tempju
  • It-Tberik tat-Tempju minn barra
    It-Tberik tat-Tempju minn barra
  • Incensar ta' l-artal maggur
    Incensar ta' l-artal maggur
  • L-Irhama Kommemorativa
    L-Irhama Kommemorativa
It-Talb tal-Bidu ghal Konsagrazzjoni tat-Tempju
It-Talb tal-Bidu ghal Konsagrazzjoni tat-Tempju



Irhama Kommemorattiva

 

Bhala tifkira ta’ din il-grajja important u storika ghal-Parrocca taghna , insibu tnax il-salib tal-bronz, erbgha mal-pilastri magguri li jzommu l-Knisja u tmienja ohra mal-Kolonni tal-Korsija, kif ghedna qabel, ifakkruna fit-tnax l-appostlu li fuqhom Kristu bena l-Knisja tieghu.

Tifkira ohra hija l-irhama Kommemorattiva li tghid hekk  :

“Dan it-Tempju ddedikat lil Kristu Re xhieda ta’ fidi generuza tan-nies ta’ C. Paula monument haj tal-Kapp. Mons Francesco  Xuereb, gie ikkonsagrat flimkien mal-artal maggur mill-Ecc tieghu Michele Gonzi D.D., Arcisqof Met ta’ Malta fi zmien il-Kapp. Dun Adolf Agius     3.6.67

 



Tifkira tal-Gublew tal-Fidda 
25 Sena wara


Hamsa u ghoxrin sena wara , ezatt fis-6 ta’ Gunju tal-1992 kienet saret tifkira tal-gublew tal-fidda minn din il-Konsagrazzjoni. F`din l-Okkazjoni, l-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca mexxa Konncelebrazjoni flimkien mas-sacerdoti li hadmu jew kienu jghixu f`Rahal Gdid.  Qabel l-Quddiesa, Dr. John Cachia MD li kien President tal-Kunsill Parrokjali ghamel diskors ta’ merhba.


___________________________________________________________________________________


Illum  :    50 Sena wara  :  Il-Gublew tad-Deheb



Ghal programm shih ta' attivitajiet biex jigi imfakkar dan l-avveniment, ara l-programm shih fil-Homepage tas-site


_______________________________________________________