RAHAL GDID

L-Ordni Bnieni

 

 

Jibdew il-Festi tac-Centinarju

 

Wara aktar minn 3 snin ta` stennija u preparamenti , fi tmiem il-gimgha bdew il-Festi li qed infakkru l-100 sena minn meta Rahal Gdid sar Parrocca. Matul dawn il-jumejn saru diversi attivitajiet biex ifakkru din il-grajja storika ...... fosthom .... Translazzjoni Pontifikati minn Mons Isqof Nikol Cauchi. Din kienet grajja storika u li ma tintesiex minhabba li ergajna rajna l-Knisja ta` Santa Ubaldeska , sabiha kif jafuha missirijietna. Il-Knisja kienet mimlija sa barra bin-nies .... ghalina haga storika u ghal dawk li jiftakruha tiffunzjona zgur li gabet hafna memorji sbieh tal-passat. It-Translazzjoni waslet sal-Knisja Parrokjali li kienet mahnuqa bin-nies. Matul dawn l-ewwel jumejn kellna ukoll l-inawgurazzjoni tal-ktieb "Rahal Gdid : 5000 sena ta` Storja u 100 sena Parrocca", inxtelet ix-xemgha tac-Centinarju u tpoggiet hdejn il-Battisterju l-antik migjub ghal okkazjoni mill-Knisja ta` Santa Ubaldeska. Kellna ukoll il-festa tat-tfal (inzerta li ukoll kien Jum it-tfal dinji)  It-tfal gabu maghhom il-pets taghhom u wara Marc mill-Banda, il-Kappillan bierek dawn il-pets. Kellna ukoll zewg Kuncerti Annwali miz-zewg kazini.

Fi ftit kliem kellna bidu tajjeb ghal din is-sena mimlija attivita`  li jgur li din is-sena ser tibqa immarkata fil-mohh u fil-qalb ta` kull Pawlist.

Dalwaqt f`din is-site ser ikun hemm ritratti u informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet li saru

 

 

 

RAHAL GDID5000 Sena ta` Storja / 100 Sena Parrocca

Ktieb gdid dwar l-Istorja ta` Rahal Gdid. Lokalita` li ghandha storja ta` aktar minn 5000 sena ..... u 100 sena Parrocca.

Fl-Okkazjoni tac-Centinarju tal-Parrocca ghadu kemm hareg ktieb dwar l-Istorja ta` Rahal Gdid. Ir-ricerka saret mill-Istoriku Alfred Ellul Galea b`hafna ritratti originali u li ghadhom qatt ma intwerew u qed jigu ippublikati ghal ewwel darba f`dan il-ktieb.

Dawk kollha li jhobbu l-Istorja ta` Pajjizna tajjeb li jakkwistaw dan il-ktieb.

(Ikklikja fuq il-qoxra tal-Ktieb  biex tara aktar informazzjoni dwaru fi  press release  li saret ghal okkazjoni ta` l-inawgurazzjoni tal-Ktieb dwar Rahal Gdid)

 

 

 

 

 

Ordinazzjoni tad-Djakni

Il-Hadd 8 ta` Novembru 2009 saret l-Ordinazzjoni ta` 7 Djakni godda fil-Parrocca taghna. Ghal din l-okkazjoni, kif kien mistenni, il-Knisja kienet mimlija nies sa barra  ... li ghalkemm kienet funzjoni li hadet naqra hin imma kienet organizzata sewwa hafna. Il-Quddiesa kienet immexxija minn Mons Arcisqof  Pawlu Cremona

 

(aktar ritratti dalwaqt f`din-is-site)

 

 

 

Preparamenti ghal Festi tac-Centinarju tal-Parrocca

It-Tnejn, 26 ta’ Ottubru, saret  Laqgha Generali Straordinarja ghall-Membri tal-Kumitati tal-Ghaqdiet Religjuzi; Kulturali; Socjali; Sportivi u Politici tal-Parrocca fejn inghata taghrif dettaljat dwar il-programm ta’ sena ta’ Celebrazzjonijiet fl-okkazjoni ta’ l-ewwel Mitt Sena tat-Twaqqif tal-Parrocca

Matul din il-laqgha thabbru diversi attivitajiet biex ifakkru l-100 sena Parrocca, fosthom, Wirjiet, Kuncerti, Dokumentarju, Ktieb, Kxif ta` irham, Monument lil Kristu Re, Funzjonijiet Liturgici Specjali minn diversi Isqfijiet bhal Isqof  Mario Grech, l-Isqof Nikol Cauchi, l-Isqof Guzeppi Mercieca, l-Isqof Frendo u l-Arcisqof Pawlu Cremona, laqghat Specjali u diversi attivitajiet ohra interessanti.

 

.

Is-Sur Alfred Chetchuti jiftah din il-laqgha Straordinarja

Is-Sur Anthony Tabone jitkellem dwar il-hidma kbira l-"Kumitat tal-Festi Centinarju" ghamlu sabiex johrog Programm Interessanti

 

Il-Kappillan Dun Vincenz Cachia ihabbar l-attivitajiet principali li ser jigu iccelebrata fl-Okkazjoni tac-Centinarju tal-Parrocca

Parti minn nies li l-bicca l-kbira kienu jirraprezentaw il-kazini u ghaqdiet kollha tal-Parrocca u ghan-nies in-generali.

 

 

   

 

 

Ikklikja fuq l-arma biex  tidhol fis-sezzjoni tal-Hibernians FC.   F`din is-sezzjoni hemm ritratti tal-festi li saru ghac-Celebrazzjoni tar-rebh tal-kampjonat ghas-sena 2008-2009.

Hemm ukoll il-Kumitat tal-Hibernians Supporters Club - 2009/10 li gie maghzul dan l-ahhar. Nawguraw lil Kumitat aktar hidma ghal-gid tat-team taghna.

Il-Klabb tal-Hibernians ghandu website ufficjali

www.hiberniansfc.org

Idhlu f`din is-site gdida tal-Klabb tal-Hibernians FC ...... fiha hemm hafna informazzjoni utli ghal dawk kollha li ghandhom il-Klabb ta` Rahal Gdid ghal qalbhom.  Prosit lil dawk kollha li taw sehemhom biex din is-site tkun tista tigi online

Bhalissa ghaddej il-Kampjonat Premier. Inheggu lil dawk kollha li ghandom ghal qalbhom lit-team ta` Rahal Gdid , il-Hibernians FC, biex jissaportjawh. Ikklikja fuq l-istampa biex tara il-programm kollu tal-loghob ta` dan il-Kampjonat 2009/2010

 

Avvizi mill-Klabb ta` Hibernians FC :

Il-Kumitat ta' Hibernians FC sejjer jorganizza Quddiesa b'suffragju ghall-mibki izda qatt minsi l-Ex President is-Sur Lawrence Xuereb f'gheluq l-ghoxrin anniversarju mill-mewt tieghu kif ukoll ghar-ruh l-ex membri li mietu matul din is-sena. Din il-Quddiesa se ssir nhar it-Tlieta 24 ta' Novembru, 2009 fis-6.00p.m.il-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re Rahal Gdid. Il-membri qraba u hbieb huma mhegga li jattendu.

 

Kalendarju Hibernians FC - 2010
 
Il-Kumitat ta' Hibernians Supporters' Club ghadu kif stampa numru limitat ta' Kalendarji 2010 bl-istorja tar-rebh tal-Ghaxar kampjonati. Dan il-kalendarju huwa milqum b'ritratti tat-timijiet kollha li rebhu l-ghaxar kampjonati mill-1960/61 sal-ahhar stagun 2008/09 li huma akkumpanjati bl-istorja miktuba mis-Sur Carmelo Baldachino
 
Dawk kollha li jixtiequ jakkwistaw kopja jistghu jaghmlu dan mill-Banka tal-Lottu. Mill-Klabb tan-Nursery u mill-Hwienet tal-gazzetti f'Rahal Gdid ghall-prezz ta' 5 euro.
 
Il-Kumitat ta' HSC jixtieq jirringrazzja lil kull min hadem biex dan il-progett ta' storja seta jsir realta.

Il-Qoxra tal-Kalendarju mahrug minn Hibernians Supporters Club

 

 

 

"Is-Saltna" hu l-Fuljett tal-Parrocca li fih hafna informazzjoni u attivitajiet li jsehhu fil-Parrocca matul is-sena 

Ikklikja fuq l-istampa biex tidhol fis-sezzjoni fejn tista tnizzel il-Fuljett "Is-Saltna" mahrug mill-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re 

 

Ikklikja fuq il-logo biex tidhol fis-sezzjoni tal-Museum tas-Subien biex tara xi attivitajiet li saru biex ifakkru ic-Centinarju mill-Ftuh ta` l-ewwel dar ghat-taghlim. Tista tidhol ukoll f`din is-sezzjoni billi tmur fuq "San Gorg Preca u Rahal Gdid"

  

 Rahal Gdid  :   Ic-centru ta` Nofsinhar ta` Malta

 

 

                                   

                                                                                         

 

Matul ix-xahar ta` Novembru  saru dawn l-updates :

*  Attivitajiet specjali f-Okkazjoni tac-Centinarju tal-Parrocca

  

 

 

L-ahhar update :  23 ta` Novembru  2009

 

     Inti kont il-  Free Website Counter    persuna li zort din is-site. Erga zurha ghax qed tigi updated spiss  

   

 

   

Bhalissa it-temp huwa :   

Create a free website at Webs.com