KUMMISSJONI FESTA ESTERNA 16 TA' LULJU FGURA A.D.1993

IL-FESTA TAL-MADONNA TAL-KARMNU TIGI ICCELEBRATA FIT-2 HADD TA' LULJU

L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-marc

 

Żgur li kull min fil-ġranet tal-festa jkun għaddej mit-triq prinċipali fost l-armar li jara jilmaħ b’għajnejh l-istatwa tal-Madonna li tkun armata fejn il-monument tas-salib.  Din l-istatwa hija xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi li għandu l-istudju tiegħu fil-Fgura.  Din iżżanżnet għal festa ta’ l-1986.  Din l-istatwa ħadet post oħra li ma baqgħetx tajba għall-armar u kienet xogħol missieru Wistin. 

Kien nhar il-Ġimgħa 4 ta’Lulju 1986 meta din l-istatwa tniżżlet mingħand l-istatwarju u ntużat għall-ewwel darba waqt il-marċ.  Dan kien marċ li ġiebed lejh numru kbir ta’ nies u kien fih entużjażmu kbir.  Il-benefattur ta’ din l-istatwa kien l-istess statwarju iġifieri l-Kav. A. Camilleri Cauchi li rregalha bħala rigal lill-festa u lill-Komunita’ tal-Fgura.

Din l-istatwa hija fuq stil modern għall-fatt li apparti li l-Madonna fiha titjira sabiħa, il-bambin qiegħed fuq spallejn il-Madonna, ħaġa differenti għal kollox minn statwi oħra.  Jidher li din l-istatwa ntlaqet tajjeb ħafna minn nies tal-Fgura u kemm minn dilettanti oħra tal-Festa.

Fis-sena 2004 saru labti godda u bukketti tal-ganutell xoghol Ronald Cutajar.  Fis-sena 2005 ġiet miżbugħa u ndurata mill-ġdid xoghol membri fil-Kummissjoni Festa Esterna bl-ghajnuna ta' l-iskultur Aaron Camilleri Cauchi.

L-istatwa ta' Malta Rebbieha

Ezattament ftit wara li twaqqaf l-ewwel kumitat tal-festa fl-1967 l-kumitat tal-festa esterna ta' dak in-nhar ha l-inizzjattiva biex fil-Fgura tinhadem statwa ta' Malta rebbieha u tintrama fil-granet tal-festa.  Kien fis-17 ta' Mejju 1970 li waslet fil-parrocca tal-Fgura l-istatwa ta' Malta Rebbieha, li nhadmet mill-istatwarju Wistin Camilleri.  Din l-istatwa giet imdawra fuq karru mat-toroq principali tal-parrocca akkumpanjata mill-Boy Scouts tal-Hamrun.  Meta waslet quddiem il-Knisja, l-kappillan P.Timotju Azzopardi O.Carm. berikha, waqt li l-Boy Scouts taw is-salut taghhom. 

Fis-sena 1986 din l-istatwa kienet giet irrestawrata mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi.

Fis-sena 1989 izzanznu zewg kolonni, wahda minnhom kienet ghall-istatwa ta' Malta rebbieha, xoghol volontarju li sar mis-sur Joseph Gauci, mghejjun mis-sinjuri Joseph Micallef, Lawrence Muscat, Joseph Gilson u Edwin Ebejer.

Ghall-festa tas-sena 2004 rega sar restawr u tibdil ghal din l-istatwa.  Ix-xoghol rega gie fdat f'idejn Alfred Camilleri Cauchi mghejjum miz-zghazagh tal-Kummissjoni.