-
Fis-sena 1960 saret statwa oħra tal-Madonna tal-Karmnu, dik li hemm illum. Din l-istatwa hija ta` l-injam u nħadmet Bolzano l-Italja. Il-Benefattur tagħha huwa Antonio Cumbo l-istess wieħed li kien ħallas għall-ewwel waħda wkoll.
-
Din ġiet imbierka fit-3 ta` Lulju 1960 mill-W.R. P P. Karm Vella O.Carm.
-
Fl-1968 saru żewg raġġieri u żewġ labtijiet tal-fidda kif ukoll cintorin u set forċini ġodda.
-
Fl-istess sena 1960 kienet inħadmet il-bradella sempliċi li kienet ġiet dekorata minn Patri Karm Ferrante.
-
Fis-sena 1972 madwar il-bradella żżanżnu sett bukketti u girlanda tal-fulugranu, biex hekk l-istatwa kompliet tissebbaħ. Din il-vara dak iż-żmien qamet mitejn u ħamsin lira.
-
18 ta' Mejju 1988 l-istatwa nġarret mill-Knisja l-qadima għal Knisja l-ġdida waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ftuħ ta' l-istess knisja.
-
Fl- 1 ta' Gunju 1988 l-istatwa nħarġet fuq iz-zuntier tal-knisja waqt Akkademja mużikali letterarja mill-Banda Madonna tal-Karmnu f'għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet tal-ftuħ tal-knisja l-gdida.
-
Frar 1990 waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Konsagrazzjoni tal-knisja u għeluq il-25 sena parroċċa nħarġet min-niċċa.
-
Lulju 1990 sar għall-ewwel darba l-ħrug tal-vara fuq iz-zuntier gimgħa qabel il-festa.
-
Ġunju 1991 nħarġet min-niċċa fl-okkażżjoni tal-pussess tal-Kappillan P. Amadeo J. Zammit O.Carm.

Il-bradella tal-vara titulari
-
Iżda fl-1992 fuq inizzjattiva ta’ Bro. M.Rapinett O.Carm. saret bradella oħra, xogħol tal-mibki Joseph Gauci, fuq disinn ta` Philip Spiteri.
-
Wara l-festa ta` 1994, l-istatwa ġiet meħuda l-Imdina għand l-induratur Horace Farrugia biex tiġi indurata għall-okkażjoni tal-ħamsin sena mill-miġja tal-Karmelitani fil-Fgura.
Il-vara tlestiet mill-induratura gewwa l-Imdina 1995
-
Hija ġiet meħuda lura l-Fgura is-Sibt 24 ta` Ġunju 1995. Minn ħdejn it-triq San Mikiel sa ħdejn il-Knisja Parrokkjali it-triq prinċipali kienet armata għal din l-okkażjoni kif kien mistħoqq. Il-banda Madonna tal- Karmnu ħadet sehem f din iċ-ċelebrazzjoni.
-
F` Mejju 1995 saret niċċa ġdida li ġiet magħmula b’tagħli mod li l-vara titulari tidħol kompluta bil-bradella. Din in-niċċa saret mis-sur Charles Zammit li ħadem bil-qalb u bl-inqas spejjes possibbli.
-
24 ta’ Ġunju 1995 waslet l-istatwa titulari mill-Imdina sal-Fgura b’mod trijonfali.
-
Lulju 1995 ġie esebit għall-ewwel darba l-pedestall il-ġdid.
-
Diċembru 1995 fl-okkażjoni tal-50 sena mill-wasla tal-patrijiet Karmelitani reġghet ġiet armata fil-knisja b’mod xieraq.
-
Ġunju 1997 nħarġet fl-okkażżjoni tal-pussess tal-Kappillan P. Joe Saliba O.Carm.
-
F`Lulju tas-sena 1997 tlestiet l-induratura tal-pedestall.
-
Fil-festa tal-11 ta` Lulju 1999 waslu l-erbgħa anġli ta` fuq il-pedestall xogħol tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Tlestiet ukoll il-kumplament ta` l-iskultura fuq il-bradella.
-
Lulju tas-sena 2000 tlestiet girlanda ġdida tal-granutell xogħol is-sinjura Carmen Camilleri.

L-Ahhar Erbgha tal-Karmnu Mejju 2001
-
30 ta’ Mejju 2001 fl-okkazzjoni ta’ l-aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu nħarġet l-istatwa titulari waqt pellegrinaġġ fit-toroq tal-parroċċa fl-okkażżjoni tas-750 sena mil-għotja tal-labtu tal-Karmnu lil San Xmun Stokk.
-
Fit-12 ta` April 2002 saret l-induratura ta` l-erbgha angli ta` fuq il-pedestall tal-Madonna xogħol Mario Camilleri Cauchi.
-
Lulju 2002 iżżanżnu sett ta` erbgħa forċini ġodda xogħol Vanni Bartolo fuq disinn ta` Renzo Gauci.
-
Fis-sena 2004 saru gojjelli godda ghall-Madonna.

Mejju 2005 Quddiesa fi Triq Klerku fl-okkazjoni ta' l-ahhar erbgha
-
Jannar 2005 nħarġet min-niċċa fl-okkażżjoni ta’ l-40 sena parroċċa u 60 sena Karmelitani fil-Fgura.
-
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2005 fl-okkazzjoni ta’ l-aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu nħarġet l-istatwa titulari waqt pellegrinaġġ fit-toroq tal-parroċċa fl-okkażżjoni tal-40 sena parroċċa u 60 sena mil-miġja tal-Karmelitani fil-Fgura.
-
Fis-sena 2005 din il-vara titulari ghalqet 45sena mindu waslet fost il-poplu tal-Fgura.

Anglu bis-simbolu tal-gilju

Anglu bis-simbolu tal-kuruna

Anglu bis-simbolu ta' San Elija xabla bin-nar

Anglu bis-simbolu tal-labti