PARROCCA SANT' ANDRIJA

Progetti Godda u Restawr

JINTEMM IL-PROGETT TAL-KOPPLA MINN BARRA

Ghall-grazzja ta' Alla x-xoghol ta' manutenzjoni tal-koppla minn barra issa tlesta kollu. Ix-xoghol estensiv li sar fuq il-koppla kien jinkludi t-tiswija tal-lanterna, il-brix u tikhil taghha kif ukoll inghatat tliet passati b'materjal protettiv kontra l-elementi. Il-materjal uzat ta dehra naturali u tradizzjonali lill-koppla billi l-gebla baqghet tidher fl-istat naturali taghha. Joe Borg u l-lavrant tieghu kienu inkarigati minn dan ir-restawr.

Minbarra dan inbidlu wkoll it-twieqi kollha tal-lanterna li kienu fi stat hazin. F'dawn it-twieqi kienet inkorporat sistema ta' ventilazzjoni biex tittaffa l-problema ta' nifsijiet shan li jitilghu fil-koppla u jikkawzaw gharaq fuq iz-zebgha minn gewwa. Is-salib tad-dawl tal-koppla gie mibdul ukoll. Dan ix-xoghol sar minn Andrew Vassallo Ltd.

Kif kien qed isir ix-xoghol fuq il-koppla kien innotat li l-kalamita ghal kontra s-sajjetti kellha bzonn ta' manutenzjoni u ghalhekk kif kien hemm l-armar necessarju inbidlu partijiet minnha u giet iccertifikata minn kumpanija professjonali f'dan il-qasam. Minbarra dan saret manutenzjoni estensiva fuq is-sistema tad-dawl li jindika l-pozizzjoni tal-koppla lill-bdoti ta' l-ajrupani kif ukoll fuq is-sellum li jwassal ghal dan id-dawl. Din il-parti tal-manutenzjoni saret mill-haddiema ta' l-MIA bi spejjez taghha.

Matul dawn il-jiem qed jitnehha l-iscaffolding li kien armat minn Kalc Calleja li  kien responsabbli mit-tiswija tal-lanterna. Meta jitnehha kollu  nkunu nistghu nergghu ingawdu d-dehra tal-koppla li tul din l-ahhar sena u nofs kienet qed tigi restawrata. Prosit specjali jmur lill-Kappillan Dun Karm Camilleri li bla dubju qed jiehu il-manutenzjoni tal-knisja bis-serjeta'. Grazzi jmur ukoll lill-haddiema kollha, l-volontiera tal-knisja li qed isegwu x-xoghol kif ukoll lill-benefatturi kollha li bl-ghajnuna finanzjara taghhom ikun possibbli li jsir dan ix-xoghol.  Grazzi specjali tmur lill-kumpanija ELBROS tal-armar li selfitilna.

Hajr lil Joseph u Anton Grima

JIBDA X-XOGHOL FUQ L-ARKUNI MAGGURI TA' TAHT IL-KOPPLA

Kif wiehed seta jinnota nhar il-Gimgha 26 ta' Settembru bdew jitpoggew it-travi biex tinghalaq il-parti ta' taht il-koppla. Kif habbar il-Kappillan Dun Karm Camilleri, dan l-armar se jkun qed iservi biex isir ir-restawr ta' taht il-koppla kif ukoll fuq l-erba arkuni ma' genb il-lunetti ta' taht il-koppla.

Iz-zebgha f'din il-parti wkoll qed tinqala u ghalhekk tajjeb li x-xoghol isir bhalissa sakemm il-koppla hi maghluqa billi ghadu ghaddej ix-xoghol ta' indoratura u waqt li l-pittur Pawlu Camilleri Cauchi qed ihejji x-xogholijiet tieghu li mistennija jkunu lesti s-sena d-diehla. Dan ix-xoghol se jkun qed isir fuq dawn iz-zewg postijiet fl-istess hin biex meta kollox ikun lest, il-progett shih ikun jista jitgawda f'daqqa.

Ringrazzjament specjali jmur ghal kumpanija ELBROS li qed terga toffri l-ghajnuna taghha billi l-armar kollu qed jinghata b'xejn inkluz ix-xoghol biex jitqieghed. Bla dubju din hi ghajnuna ferm kbira meta wiehed iqis kemm normalment jinvolvi spejjez dan it-tip ta' xoghol. Hu mistenni li dan ix-xoghol ikun lest sa April 2009.

 

Hajr lil Joseph u Anton Grima

L-ABBOZZI TAL-PITTURA TAL-KOPPLA

XOGHOL IL-KAV. PAWLU CAMILLERI CAUCHI

Waqt zjara f’Ghawdex nhar il-Gimgha 22 ta’ Gunju 2007, il-W.R. Kappillan Dun Karm Camilleri iltaqa’ mal-Pittur Pawlu Camilleri Cauchi, fejn dan ta’ l-ahhar pprezenta l-ewwel erba’ abbozzi gjhall-pittura tal-koppla.  Ix-xoghol li twettaq mill-pittur celebri Ghawdxi intlaqa’ tajjeb hafna u issa jmiss li jinbeda x-xoghol fuq il-pittura.  Is-suggett maghzul ghal din il-pittura kien diskuss ma’ diversi erperti fosthom l-E.T. Mons Isqof Nikol Cauchi u l-W.R. Dun Karm Attard, u jirraprezenta diversi xeni u simboli mill-hajja ta’ Sant’ Andrija Appostlu.

IL-PROCESS TAR-RESTAWR ...

Il-koppla minn gewwa biz-zebgha l-antika qabel ma beda x-xoghol

Il-flieli tal-koppla fejn ser titwahhal il-pittura

Il-hsara li fiha l-lanterna tal-koppla

Il-koppla wara li geit imnaddfa miz-zebgha l-antika

L-ewwel skema ta' kuluri ghall-koppla minn gewwa

It-tqattieh tal-gebel sabiex jintuza ghat-tiswija tal-lanterna tal-koppla

L-iskema l-gdida tal-kuluri ghall-koppla

Jittella l-gebel kollu sabiex jintuza fit-tiswija tal-lanterna tal-koppla

Tibda t-tiswija tal-lantrna mis-Sur Kalc Calleja u ibnu.  Ix-xoghol kien jinkludi cintorin gdid ghall-lanterna kif ukoll bdil ta' gebel

F'Ottubru 2007 tlesta x-xoghol kollu ta' tiswija fil-lanterna

Lejn l-ahhar tas-sena 2007 indeba x-xoghol ta' l-induratura fil-koppla mis-Sur John Pace

Sal-festa tal-2008, il-process tal-induratura kien jinsab fi stadju tajjeb hafna.  Tkompla wkoll ir-restawr tal-koppla minn barra.

Wara li ghaddiet il-festa, tkompla x-xoghol fil-lanterna billi twahhlu t-twieqi l-godda