Fil-bidu tas-seklu il-post kien oqtol u idfen, u ghalkemm parrokjalment kien ghadu jaghmel ma' Hal-Tarxien, in-nies li kienu jghixu fl-inhawi kienet aktarx mitfuha lejn ix-xaqlieba li taghti ghal Bormla, billi tefgha ta' gebla kont malajr taqbad il-Mina ta' San Tumas u dlonk ghas-suq (ta' Bormla) li f'dak iz-zmien kien fl-aqwa tieghu.
Fil-fatt fil-bidu ta' dan is-seklu, il-Fgura kienet tikkonsisti fi ftit irziezet mxerrda lejn in-naha tal-Knisja l-gdida, lejn in-naha ta' l-iskola, u lejn triq San Tumas. Kien hemm ukoll xi razzett iehor u fit-triq li tiehu ghal Bormla. B'kollox kien hemm madwar 20 familja. Dejjem skond nies anzjani, l-abbitanti tal-inhawi "tal-Fgura" kienu pjuttost nies superstizzjuzi, jemmnu fil-hares, kienu jrabbu l-bhejjem u jahdmu r-raba'. Pero' kienu jghixu bhal ahwa, jghinu lil xulxin.

Triq Zabbar fl-1947

Triq Zabbar fl-2003
Biz-zmien kollox jitbiddel. Fit-tieni gwerra dinjija, hafna nies mill-Kottonera kienu telqu mill-ibliet ta' hemm minhabba l-biza' tal-bombi li heddewhom bl-ahrax. Numru kbir minn dawn marru lejn l-eqreb art lejhom, il-Fgura biex hekk la jkunu tbeghdu mill-ambjent li trabbew fih u lanqas ihallu djarhom wehedhom ghall-hniena ta' minn joghgbu jidhol f'kaz ta' disgrazzja, li dak iz-zmien li ssib darek miftuha berah u kollox imfarrak kienet haga komuni. Bla dubju hafna minn dawn in-nies tefghu l-ankri lejn il-Fgura, u forsi l-aktar dawk li tweldulhom it-tfal hawnhekk. Minn post ckejken li ghadu kemm nibet wiehed ma jistax ma' jistaghgibx kemm il-Fgura kiber u tghammar bin-nies malajr.
- 1939 il-popolazzjoni kienet ghada biss xi 500 ruh.
- 1947 il popolazzjoni saret 'l fuq minn 800 ruh.
- 1965 fit-twaqqif tal-parrocca kellha 2,500 ruh.
- 1981 insibu li kien hawn jghixu 5,234 ruh.
- 1986 kien hawn 8,344 ruh.
- 1996 kien hawn 11,050 ruh.
- llum taqbes 12,500 ruh.