Postijiet interessanti

F`Rahal Gdid


                            

 

 

 

                            

                            

                                     

                                  

 

 

 

Ic-cimiterju ta` l-Addolorata hu l-akbar wiehed f`Malta ghax hu mifrux fuq bicca art imdaqsa, dan jaf il-bidu tieghu fis-seklu dsatax. Jinsab fuq art imsejha l-gholja Tal-Horr , faccata tal-qasam industrijali tal-Marsa. Dan il-post jidher fuq il-lemin, hekk kif mill-Marsa tkun diehel Rahal Gdid.

 

Dan ic-Cimiterju kellu firxa ta` 18,432 qasba kwadra maqsuma f`zewg divizjonijiet, dik tal-Lvant u dik tal-Punent, li jhadnu fihom b`sezzjonijiet enumerati. Illum dan il-post tkabbar hafna aktar.

 

 

 

  In-naha l-gdida tac-Cimiterju

 

 

Dan ic-Cimiterju gie imsemmi ghal Santa Marija Addolorata (id-Duluri) , li kien sewa hafna flus ghal dak iz-zmien , 33,000.

 

L-Addolorata , hu mibni fuq stil Neo-Gotiku u l-pjanta thejjiet mill-arkitett  Emanuele Luigi Galizia , li twieled fis-7 ta` Novembru 1830 u miet fis-6 t` Mejju 1906 , li kien Supretendent tax-Xoghlijiet Pubblici . Il-pjanta saret fl-1862 wara l-gvernatur ta` dak iz-zmien, Sir John Gaspard Le Merchant, qatagha li jibni Cimiterju kbir sabiex jindifnu il-mejtin li kienu jghixu fil-belt kapitali Valletta, il-Furjana u fit-tlett Ibliet. F`dik is-sena inghata bidu ghax-xoghol li dam sejjer madwar seba` snin. Il-Hadd 9 ta` Mejju 1869, il-Vigarju Generali Mons. Karm Scicluna, bierek ic-Cimiterju.   

 

Ic-Cimiterju hu mibni fuq stil Neo-Gotiku

 

 

Ic-Cimiterju ta` Santa Marija Addolorata hu mibni fuq stil Neo-Gotiku (l-istil Gotiku kien fl-aqwa tieghu minn nofs s-seklu tnax sas-seklu sittax, bejn l-1150 u l-1500) Insejhulu Neo-Gotiku ghax dan il-bini jixbah l-istil Gotiku imma mhux antik ta` dak iz-zmien. Il-bini kien lest fl-1868.

 

Kien importanti li jinbena dan ic-Cimiterju minhabba li 1869 saret ligi li hadd aktar ma kien jista` jigi midfun fil-qalba ta` xi belt jew rahal u l-anqas ma kien jista` jsir dfin fil-knejjes, kif kien hemm uzanza li issir qabel. Din il-ligi saret biex jigi evitat il-periklu ta` xi mard, il-Gvern kien ordna li dan id-dfin ma jibqax isir. 

 

Ma setax ikun li Cimiterju hekk kbir u importanti ma jistax ikun li ma jkollux knisja go fih. Il-Perit Galizia ha hsieb li ihazzez pjanta ghal din il-knisja fuq l-istess stil tac-Cimiterju, jigfieri Neo-Gotiku. Dan il-bini ghandu tul ta` 30 metru  hemm tlett artali, korsija, zewg navati u sagristija.

 

 

 

Il-knisja tac-Cimiterju qedha mibnija fuq l-istess stil.

 

 

L-ewwel difna  fic-Cimiterju ta` l-Addolorata saret fit-23 ta` Jannar 1872 f`qabar komuni. Mara fqira , Anna Magro , li mietet fl-eta` ta` 64 sena mill-Mosta u kienet tallaba. Mietet  fl-isptar Centrali tal-Furjana.  Matul is-snin, dan ic-Cimiterju tkompla jitkabbar, l-ewwel darba kienet dik li saret fl-1920.

 

Ic-Cimiterju ghandu dahla sabiha, b`arkitettura Neo-Gotika li ma tghatti xejn mid-dehra ta` gewwa b`dawk l-eluf ta` oqbra b`monumenti sbieh u ta` arti li insibu hawnhekk. Il-hidma ta` l-appostolat minn dejjem kienet f`idejn il-patrijiet Kappucini. Ftit izjed minn 70 sena ilu fic-Cimiterju ta` l-Addolorta kienu ga ndifnu aktar minn 140,000 difna.

 

L-arkitett Galizia kien responsabbli wkoll minn zewg pjanti ta` cimiterji ohrajn , dak ta` Braxia f`Tal-Pieta` u dak tat-Torok gewwa l-Marsa.

 

 

 

 L-Entratura tac-Cimiterju 

 

Tarag li jwassal sal-Knisja tac-Cimiterju

 

 

Dan ic-Cimiterju hu imzejjen b`diversi skultura , specjalment fil-gebla, kif ukoll hafna monumenti tal-bronz u irham. Dawn huma l-ftit minn dawn l-opri ta` l-arti li insibu f`dan il-post.

 

  

 

                      

 

   

 

   

 

     

                                                                    

 

 

            

                                  

 

                                   

Create a Free Website