Home
::
 

   

 

 

 

Bzonn ta` Knisja Parrokjali ohra

 

 

Minhabba li l-popolazzjoni ta` Rahal Gdid beda jizdied, kien hemm il-hsieb li l-Knisja ta` Sant` Ubaldesca titkbbar. F`ghoxrin sena jigifieri bejn l-1901 u l- 1921 l-ghad ta` nies f`dan ir-rahal zdied minn 2812 ghal 5475. Dan l-izvilupp sar b`rata daqshekk mghaggla ghax dan ir-rahal kien qrib it-Tarzna, u ghax kien subborg tal-Kottonera u minhabba l-post centrali tieghu fix-Xlokk ta` Malta. Peress ukoll li f`Rahal Gdid kien hemm hafna eghlieqi moghtijin ghall-bini lejn tal-Borg, kulhadd kien jobsor li dan  il-ghadd kien se jizdied ferm izjed. 

Minhabba dan il-fatt, il-kappillan Dun Nerik Bonnici gieh hsieb f`mohhu li tibena knisja akbar minn dik li kien hemm dak iz-zmien, ta’ Sant’Ubaldeska, u tinbena ohra fl-istess post. Biex isehh dan il-pjan, beda jigbor il-flus filwaqt li qabbad lill-perit Edwin Vassallo jhozz pjanti ghalih. Barra dan, hu ha parir minghand persuni prominenti li kienu joqghodu f’Rahal Gdid , fosthom kien hemm ukoll il-Perit Guze’ Damato, li kien imharreg sewwa fil-bini tal-knejjes. Dan kien tal-fehma li l-ahjar li tinbena knisja gdida u kbira f`art ohra mhux minflok dik flok ta` Sant’ Ubaldeska. Kien hemm art battala f’ tal-Borg fuq in-naha tal-Lvant mal-Pjazza l-gdida ta` Casal Paola.

 

Ghalkemm Dun Nerik telaq minn Rahal Gdid fl-1921 u mar ir-Rabat, Dun Salv Chircop, li rega’ gie kappillan f`Rahal Gdid u ha r-riedni f’idejh. Hatar kumitat ta’ tnax min-nies u fl-1 t’Awissu 1922 saret l-ewwel laqgha li fiha l-membri hatru lill-kappillan bhala president u lis-Sur Damato bhala Segretarju, bl-approvazzjoni tal-Knisja.

 

Fis-7 t’ April 1923 l-Isqof  Mons. Dun Mauru Caruana talab lill-Gvern l-art ta’ bejn Triq Logga (illum Guze’ Damato), Triq Lampuka, Pjazza Paola u Vjal il-Knisja. L-Gvern wettaq it-talba ta’ l-Isqof  fl-24 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena.  Is-Sur Damato ceda bicca art li kien ha quddiem il-knisja b’cens perpetwu minghand il-gvern, ghall-bini tal-knisja. 

 

Sadattant il-kumitat beda jahdem bla heda.  Xtaqu li l-knisja ma tkunx mibnija bl-istill bhall-bicca l-kbira tal-knejjes Maltin fuq stil neo-barokk, izda fuq stil gdid. Kellhom f`mohhhom l-istil neo-klassiku mhallat bil-barokk. Ghalhekk qatghuha li jaddottaw dak l-istil. Is-Sur Guze’ Damato kien ghamel tliet pjanti ghal din il-knisja. Intaghazlet wahda minnhom u giet approvata mill-Isqof  wara xi tibdil fl-arkitettura. Il-poplu ta’ Rahal Gdid gie muri l-pjanta u intghogbot, kollox kien lest issa li jinghata bidu ghal bini tal-knisja l-gdida.

F`Hadd il-Ghid, l-1 ta’ April 1923, sar it-tqeghid tas-salib fuq pedistall, 12-il pied wara sar marc mill-banda “G.M. De Paula” u sar korteo mat-toroq ta’ Rahal Gdid bl-istess salib li kellu mwahhal mieghu xbiha tal-Qalb ta` Gesu’, it-titular tal-parrocca f`dak iz-zmien, u wara l-marc , is-salib gie imqieghed fil-post fej kellha tinbena l-knisja.

 

Peress li Guze’ Damato ma kellux “warrant” ta’ perit, ghalhekk is-Sur Filippu Tortell iffirma l-pjanti. Fit-30 ta’ Gunju ta` wara tqieghdet l-ewwel gebla tal-pedamenti . Din tinsab that il-kampnar tal-lemin int u thares lejn il-faccata principali tal-knisja. Mexxa l-festa l-Kappillan Dun Salv Chircop fost il-hafna capcip u ferh tan-nies tal-parrocca li issa kienet ilha mwaqqfa kwazi tlettax il-sena, jigifieri mit-12 ta’ Lulju 1910. Il-pedamenti damu xi seba’ xhur jinbnew. Fihom bejn hmistax u tletin filata that il-livell tal-qatran. 

 

L-Arcisqof Mikiel Gonzi flimkien mall-Kappillan Frangisku Xuereb u

s-Sur Guze` Damato waqt ix-xoghol tal-bini tal-knisja.

 

 

L-Ewwel gebla ghall-Knisja l-gdida

 

Festa kbira kienet ser issir ghall-okkazjoni tat-tqeghid tal-ewwel gebla. Mill-arkivji tas-Socjeta` De Paule insibu is-seduta tal-ftehim tac-celebrazzjonijiet ta` l-ewwel gebla li skond il-minuti, is-Sur Carmelo Cutajar, President tas-Socjeta` qal :

 

Li l-ghada li jkun il-Hadd 23 ta’ Dicembru, sejra titqieghed l-ewwel gebla tal-knisja l-gdida ta’ Casal Paula, u li sejra ssir iccelebrata b`pompa kbira kif jixraq id-dar ta’ Alla u li ghaliha l-banda taghna giet mistiedna flimkien mal-baned tal-Cottonera, il-Birgu, l-Isla u Bormla, ghalhekk huwa d-dover sacrosant taghna li ahna bhala inizjaturi tal-festa naghmlu kemm nistghu biex inkabbru l-festa ad unur tal-knisja mqaddsa, ad unur taghna nfusna, u ad unur tal-poplu kollu ta’ Malta.”

 

Gara izda, li minhabba l-maltemp din il-festa kellha tigi proposta ghall-24 ta’ Frar 1924.

Dwar din il-festa, E.B. Vella jghidlina dan :

 

Ghal dan il-jum ta’ ferh il-kumitat kien bi hsiebu jaghmel festa bil-kif. Kien hawn lesti palkijiet, gew il-baned u ngabru hafna nies barra minn dawk li kienu mistiedna. Wasal fl-ahhar il-Vigarju Mons. Patri Ang. Portelli, u meta dan ta bidu  ta’ dik il-funzjoni sabiha u beda jroxx l-ilma mbierek fuq il-hagra, infethu bwieb is-sema u ghad li l-funzjoni baqghet sejra, ix-xita li ghamlet gerxet lil kulhadd u hassret il-festa kollha.

 

Wasal l-24 ta’ Frar 1924, fit-3.30 ta` wara nofs inhar. Gie l-Vigarju ta` l-Isqof, Mons Anglu Portelli li bierek u qieghed l-ewwel gebla  imsejha  pietra angolare, filwaqt li tliet baned; St. Georgge`s ta’ Bormla, King`s Own tal-Belt u De Paule ta’ Rahal Gdid kienu se jdoqqu marci. It-tqeghid sar, izda l-festa thassret minhabba l-maltemp u minhabba li mar id-dawl.

Din l-ewwel gebla tal-knisja ta’ Kristu Re tinsab fil-kappellun li jigi fuq in-naha ta` Vjal il-Knisja, int u diehel fuq in-naha tax-xellug (fejn illum hemm l-armonju). Fuq din il-gebla hemm minqux salib.

 

 

 

Il-kumitat baqa’ jahdem biex jigbor il-flus ghall-knisja l-gdida. Kienu hafna dawk in-nies u bennejja li taw ix-xoghol taghhom b`xejn biex jaraw dn il-holma tal-pawlisti isehh. Sa l-1925 kienu tlestew il-kaptelli, izda bejn l-1926 u l-1928 inqala’ xi inkwiet. Dan minhabba li inqalghu problemi ta’ struttura. Il-Knisja kienet ser tinbena fuq kolonni. Dawn kellhom ikunu ta` sahha specjali biex izommu l-istruttura. Kien hemm l-hsieb li jinbnew pilastri hoxnin, izda kienu ser ikunu ta’ skomdu ghall-parruccani ghaliex jitlef mill-vista ta’ gewwa. Sar hafna studju u kummissjoni ta’ zewg periti mahtura mill-Isqof biex  jaraw x`l-ahjar li isir , u stqarret li ma setax jitkompla x-xoghol kif kien tiela’. B`xorti hazina ukoll, miet il-kappillan fil-25 ta’ Jannar 1928, izda l-affarijiet marru ghall-ahjar fl-1928.

 

F`Gunju 1928, Is-Sur Guze’ Damato rega’ ha x-xoghol f`idejh, u l-problemi solvew ruhhom billi saru tibdiliet zghar fil-pjanti u billi ddecidew li jintuza l-konkrit, materjal gdid ghal dak iz-zmen, ghall-kolonni, pilastri u fejn hemm bzonn is-sahha. L-ewwel kolonna tal-konkrit tbierket mil-Vigarju Generali Mons. Lwigi Camilleri fit-2 ta’ Dicembru 1928. Sa tmien xhur wara, il-kolonni u l-pilastri kienu lesti. Sadattant, l-Amministratur tal-Knisja, Mons Enrico Bonnici, qaddes l-ewwel quddiesa f`din il-knisja fil-15 ta’ Lulju 1928.

 

 

 

  

Preparazzjoni biex jinghata l-konkos ghall-kolonni tal-Knisja

 

 

 

 

 

                                                                                

 

 

Waqt il-bini tas-saqaf tal-Knisja Parrokjali

 

 

 

  

Il-Bini tal-kopletti

 

 

 

   

  Inawgurazzjoni tal-Bieb il-Kbir tal-knisja

  

 

 

Sal-1928, il-knisja kienet ssaqqfet bl-injam minn wara nett sal-pilastrin l-kbar. Bejn l-1932 u l-1933 bdew isiru fiha quddes fl-10.oo u fl-11.oo fuq artal ta`l-injam li illum jinsab fis-Sagristija ta` l-istess  Knisja. Din kienet issir fej illum hemm l-artal tal-Bambina. Meta ssaqfet il-knisja, fl-1936, tqieghed l-artal ta` l-injam li illum jinsab fil-kappella ta` hdejn l-Oratorju, fejn qabel kien hemm il-kappella ta` San Lawrenz.

 

Il-knisja tbierket minn Mons. Arcisqof M. Caruana u f`Hadd il-Palm ta` l-1936 gie trasferit is-sagrament minn Sta. Ubaldeska. B`hekk il-knisja l-gdida bdiet tiffunzjona bhala Parrocca. Fl-1938 inghata bidu ghall-Portiku, izda dan ix-xoghol waqaf minhabba li bdiet il-gwerra. 

 

                                                                                                                                                                

 

Deskrizzjoni tal-Knisja ta’ Kristu Re

Il-knisja parrokkjali ta’ Kristu Re F’Raħal Ġdid għandha għamla ta’ Salib latin. Fuq in-naħa ta’ quddiem, iħares lejn il-pjazza, hemm zuntier spazjuż b’ballavostri sbieħ madwaru. Fil-faċċata il-knisja għandha portiku 30 mtu wiesa’ b’sitt kolonni skond l-ordni jonika modern. Fih tliet bibien kbar. Fuq il-ġnub tal-portiku hemm żewġ kampnari 10 metri wisgħin u 50 metru għoljin kull wieħed. Min-naħa ta’ ġewwa l-knisja hi magħmula minn kursija 13-il metru wiesgħa, u żewġ navati fuq ġenb, 6 metri wiesgħa kull waħda. It-tul kollu tal-knisja mill-portiku sa wara l-kor huwa ta’ 83 metru. Bejn in-navati u l-kursija ma hemmx ħlief kolonni, apparti l-erba’ pilastri maġġuri tan-nofs. Għalhekk, il-veduta min-navi mhix imfixkla żżejjed.  

Fuq il-ġnub tal-knisja hemm żewġ kappelluni fejn hemm il-bibien laterali, wieħed għal Triq Ġuże D’Amato u l-ieħor għal Vjal il-Knisja. Dawn ukoll għandhom portiku sabiħ b’erba’ kolonni kull wieħed. L-erba’ pilastri jżommu l-ħnejjiet il-kbar tan-nofs, li huma għoljin 13-il metru. Fuqhom iżżomm il-koppla li għandha 24 kolonna. Iżjed ‘il fuq hemm gwarniċa mnejn tibda l-iskutella. Fuqha hemm il-lanterna u fuq il-lanterna s-salib. L-għoli mis-salib sal-art hu ta’ 60 metru. It-tmintax il-kolonna tal-konkrit u l-ħitan ta’ barra jżommu l-ħnejjiet tan-navi. Dawn il-ħnejjiet iżommu dsatax-il kopletta li hemm fuq il-kappelli li hemm fin-navi. It-tmintax iI-kolonna tal-konkrit iżommu wkoll il-ħnejjiet li jifilħu t-tieni ordni u l-arkatura tal-knisja.

 

 

  

 Il-Knisja minghajr il-koppla u l-kampnari

                                

 

Kull kappella hija għat-tond b’tieqa fin-nofs u taħtha mensola għall-istatwa tal-qaddis. Fuq il-bieb tal-korsija u fuq it-2 tal-kappelluni hemm galleriji kbar. Dawn biex jistgħu jservu għall-orgni. L-akbar wisa’ tal-knisja huwa ta’ xi 42 metru bejn iż-żewġ bibien tal-kappelluni, Il-knisja hija mibnija mill-ġebel tal-franka. In-naħat ta’ barra tas-soqfa u l-pilastri u l-kolonni huma magħmulin mill konkrit. L-altar maġġur jinsab f’nofs il-presbiterju fuq taraġ baxx. L-altar tas-sagrament imqaddes jinsab fil-kappelluni ta’ wara taħt l-istatwa ta’ l-irħam ta’ Kristu Re. Qabel ma nbniet is-Sagristija li hemm illum, kienet tintuża waħda mibnija taż-żingu u l-injam fil-portiku tal-kappelluni ta’ Vjal il Knisja.

 

Fuq in-naħa ta’ Triq D’Amato hemm mibnija sagristija spazjuża b’altar u “Lockers” li nbniet fl-1959 u nfetħet sena wara. Magħha jagħmel l-uffiċċju tal-Kappillan. Fuq in-naħa ta’ Triq Lampuka hemm ir-residenza uffiċjali tal-Kappillan li nbiet ftit wara s-Sagristija. Fl-1983 kien irranġat zuntier fi triq Ġuże D’Amato u taħtu tħaffru mħażen għall-ħtiġiet tal-Knisja. Fuq in-naħa ta’ Vjal il-Knisja jinsab l-Oratorju u taħtu Sala Parrokkjali.

 

 

    

 

 

 

Fil-Knisja hemm diversi opri ta’ l-arti sagra. Fil-Kappella tas-Sagrament, li qiegħda wara nett, hemm statwa ta’ Kristu Re ta’ l-irħam. Din kienet   inħadmet    Ruma fl-1936 u kienet rigal tas-Sur Ġiovanni Battista Decesare mill-Isla. Insibu l-artal ta’ San Lawrenz. L-istatwa kienet inħadmet f’Bolzano, l-Italja. Tħalliet mis-Sur Antonio Caruana u ntriga minnha Patri Daniel Tabone. Ħdejn l-artal ta’ San Lawrenz hemm il-Kappella ta’ San Pawl u faċċata tiegħu hemm dik ta’ San Pietru. L-artali ta’  dawn il-kappelli swew Lm.1000.00, u ħallashom Pawlu Seguna. Insibu ukoll il-kappella ta’ San Ġużepp, statwa mahduma mill-artist celebri Wistin Camilleri u l-artal ta` San Franġisk  bi statwa mill-artista Ganni Bonnici.

 

 

Fin-navi ta’ ħdejn il-kappellun hemm iż-żewġ kappelli ddedikati lill-Marija Bambina (Il-Vitorja) u l-lmmakulata Kunċizzjoni b’altari u statwi sbieħ ta’ l-irħam. Il-Bambina nħadmet Malta minn Spiteri Sacco u ħallasha Ġiovanni Battista Decesare. Il-Kunċizzjoni nħadmet mill-istess statwarju u tħallset min Lawrence Tabone. Il-bibien ta’ barra tqiegħdu fid-19 ta’ Marzu 1954. L-injam inġab miż-Żebbiegħ u nħadem minn Ġużeppi Schembri.

 

 

Konsagrazzjoni ta` Qniepen godda

 

L-Ewwel set ta` qniepen li kellha l-Knisja il-gdida inġiebu minn Sta. Ubaldeska, iżda wara sar sett ġdid. Kien it-3 ta` Jannar 1960, meta Monsinjur Arcisqof Mikiel Gonzi ikkonsagra sett ta` hames qniepen godda fil-kampnar tan-naha tal-lemin. L-akbar wahda fosthom, mghammda Maria Concepta, thallset minn Anthony Camilleri minn Paola , u jghix Detroit, fl-Istati Uniti. L-ismijiet tal-erbat iqniepen l-ohra huma Elvira , li rregalha l-Kaptan Serafin Xuereb, filwaqt li Joanna u Gemma thallsu mill-ex-Kappillan Frangisku Xuereb u t-Tabib Jimmy Farrugia. Id-donatur tal-qampiena Carmela ried jibqa` anonimu. Il-qniepen, li ittellghu fil-kampnar minn voluntieri entuzjasti, fost il-ferh tal-poplu ta` Rahal Gdid, inhadmu fil-fonderija ta` John Taylor & Company ta` Loughborough fl-Ingilterra. 

 

 

 

Is-set ta` hames qniepen godda

 

 

 

 

L-Arcisqof Mikiel Gonzi jikkonsagra l-qniepen godda

 

 

 

Problema li l-Kappillani ta’ Raħal Ġdid kellhom iħabbtu wiċċhom magħha minn dejjem kienet li l-Knisja hi tant kbira li ma’ tistax tkun imżejna bħal knejjes oħra ta’ Malta. Barra minn hekk, ix-xogħol ta’ restawr, minħabba l-istess kobor ta’ Knisja, jibda min-naħa hekk kif ikun spiċċa mill-oħra. Biżżejjed ngħidu li s-soqfa kienu mgħoddijin bosta drabi b’materjal kontra l-umdita u nfiltrazzjoni ta’ l-ilma. Lanqas kienet deċiżjoni għaqlija li l-kapitelli tal-kolonni tal-konkos isiru mill-ġebla tal-franka, għaliex ħafna minnhom saritilhom il-ħsara, mill-elementi u biċċiet minhom waqgħu, forsi minħabba l-espansjoni u l-kontrazzjoni tal-ħadid li jgħaqqadhom mal-konkrit.

 

Iżda xorta waħda ta’ min igħid li n-nies ta’ Raħal Ġdid huma kburin li bnew tempju li jixraq lil Kristu Sultan u lil raħal daqshekk kbir, mhux biss fil-għadd tan-nies, iżda wkoll fil-ġenerożita tiegħu. Din hija l-ikbar knisja ta’ Malta fl-estenzjoni. Fiha madwar 500 qasba kwadra, u l-Pawlisti, fil-biċċa l-kbira tagħhom, igħinu fit-tkomplija tal-bini, tiżjin u restawr tagħha. Dan l-ahhar 20 sena it-tempju ha derha isbah u aktar nadifa wara li sar xoghol fih u li inzebet, l-artal maggur resaq aktar il-quddiem biex il-kongregazzjoni tkun aktar qrib, saru antriporti godda u fi ftit xhur ohra ser issir nicca biex fiha titpogga l-istatwa titulari xoghol l-artist Ganni Bonnici fl-1999.

 

 

                                       

Il-Kappillani li servew fil-Parrocca ta` Kristu Re

 

 

L-Ewwel Kappillan

Dun Salv Chircop

Dun Salv Chircop mill-Belt Valletta, kien Rettur tas-Seminarju, imbagħad Kappillan Tar-Rabat, u ġie Kappillan f’Raħal Ġdid mit-12 ta’ Lulju 1910 ‘il quddiem. Dam sa l-1914 meta mar kappillan is-Siggiewi. Rega’ ġie f’Marzu 1922 u baqa’ sakemm miet hawn fil-25 ta’ Jannar 1928. Fi żmienu tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida fl-1923 u beda l-bini sa l-1926 meta kien hawn xi nkwiet u l-bini waqaf. Hu kien raġel eżemplari, ta’ dixxiplina u qeda dmiru tajjeb ħafna fil-parroċċa.

 

 

  Dun Salv Chircop (l-Ewwel Kappillan ta` Rahal Gdid)

 

 

 

 

It-Tieni Kappillan

Dun Emmanuel Vella

Dun Emmanuel Vella, mill-Isla, sar Kappillan fl-1914 u miet hawn fl-1917. Kien bniedem qaddis u nistgħu ngħidu, li biż-żelu tiegħu ħassar saħħtu.

 

It-Tielet Kappillan

Dun Enrico Bonnici

Dun Enrico Bonnici mill-Isla sar Kappillan fl-1914 u dam sa l-1917. Fi żmienu sar il-proġett tal-knisja l-ġdida u bdew jinġabru l-flus. Imbagħad sar kappillan tar-Rabat u wara sar Rettur tas-Seminarju. Laħaq Monsinjur tal-Katidral u dam Kanċillier tal-Kurja Arċiveskovli sa l-1951. Kien bniedem ġentlom, mogħni b’ħafna doti u ħabrieki. Meta miet il kappillan Chircop u Bonnici kien kappillan ir-Rabat, L-Arċisqof ħatru wkoll Amministratur ta’ Raħal Ġdid.

 

Ir-Raba’ Kappillan

Dun Emmanuel Vella

Dun Emmanuel Vella skond E.B. Vella, mill-Ħamrun, ġie Kappillan F’Ottubru 1928 u dam sa l-aħħar tal-1936 meta sar Propostu ta’ Birkirkara. Wara sar Monsinjur il-Katidral u sar ukoll Arċidjaknu sakemm miet f’Birkirkara fis-7 t’Ottubru 1979. Fi żmienu kompliet tinbena l-Knisja l-maġġuri. Bdew isiru quddisiet u l-knisja tbierket, u bdiet tiffunzjona bħala parroċċa. Kien bniedem żelanti u ta’ dixxiplina kbira.

 

Il-Ħames Kappillan

Dun Francesco Xuereb

Dun Francesco Xuereb miż-Żejtun kien ilu joqgħod Raħal Ġdid mindu kellu 16-il sena. Qaddes fl-1927 f’ Sta. Ubaldeska. Fl-1932 sar Kappillan ta’ Ħal Kirkop fejn dam sa l-1936. F’Marzu 1937 ħa l-pussess bħala kappillan ta’ Raħal Ġdid, l-ewwel pussess fil-knisja l-ġdida. Taħt it-tmexxija tiegħu fl-1938 ingħata bidu għall-portiku tal-knisja. Minħabba l-gwerra kollox waqaf għax ir-Raħal svojta min-nies. Wara l-gwerra, ħa fuqu d-dejn li kellha l-knisja biex sar is-saqaf biex jiffranka l-imgħax, u mbagħad fl-1946 tkompla l-gwarniċun tal-knisja u ssaqfet biż-żingu. Wara dan, sar ix-xogħol kollu ġa msemmi tal-bini tal-knisja. Spiċċa minn kappillan fl-1962 u sar Monsinjur Onorarju tal-Katidral; pero bi stedina tal-kappillan ta’ warajh u ta’ l-Arċisqof żamm f’idejh l-Amministrazzjoni tal-knisja. Fl-1964 ried jibni l-Knisja tal Madonna ta’ Lourdes li tlestiet f’sentejn u baqa’ jieħu ħsiebha sakemm miet fit-22 ta’ Lulju 1976. Fi-żmienu wkoll inbnew is-Sala Parokkjali, L-Oratorju, is-Sagristija, u d-dar tal-Kappillan, kif ukoll saru l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, l-artal maġġur ta’ l-irħam, u t-tagħmir kollu li hemm fil-knisja ilum. Kien benefattur kbir kemm tal-Parroċċa ta’ Kristu Re kif ukoll tal-Knisja ta’ Lourdes.

 

Is-Sitt Kappillan

Dun Adolf Agius

Dun Adolf Agius twieled San Pawl-il-Baħar iżda, trabba Raħal Ġdid sa minn tfulitu. Qaddes fl-1 t’Awissu 1943 f’Raħal Ġdid u mill-ewwel beda x-xogħol ta’ Viċi Parrokku. Fl-1945 inħatar Pro Kanċillier tal-kurja u baqa’ jaħdem ta’ Viċi Parrokku sa l-1952. Meta ħassu ħazin il-Kappillan Xuereb, kien nominat Vigarju Kurat tal-Parroċċa. Fis -16 ta’ Marzu 1952 ħa l-pussess ta’ Ko-adjutur tal-Parroċċa. Ħadem id f’id mal-Kappillan Xuereb fix-xogħol kollu sa l-1962 meta Xuereb irreżenja għax sar-Monsinjur. Dam Kappillan sa Diċembru ta’ l-1982. Kif ġa għedna, ħadem id f’id ma’ ta’ qablu fil-bini u t-tiżjin kollu tal-knisja li semmejna, kemm ta’ Kristu Re u kemm tal-Madonna ta’ Lourdes. Ħa ħsieb it-tibdiliet li seħħu mal-Konċilju Vatikan II. Flimkien ma’ volontieri oħra, indura l-koppla. Fi żmienu wkoll, il-festa tat-titular Kristu Re, ħadet xejra isbaħ u ikbar. Fit-3 ta’ Ġunju 1967, l-E.T. Arċ., Mikiel Gonżi kkonsagra l-knisja ta’ Kristu Re, u kien fi żmienu li l-Knisja ta’ Lourdes saret Parroċċa. Fi Frar 1983 inħatar monsinjur Onorarju tal-Kattidral u mħallef fit-Tribunal taż-Żwiġijiet.

 

 

Is-Seba’ Kappillan

Dun Anton Gouder

Dun Anton Gouder mill-Isla, ħa l-pussess bħala kappillan ta’ Raħal Ġdid fil-5 ta’ Frar 1983. Ħa f’idejh il-ħidma pastorali b’żelu kbir. Ta bidu għar-restawr tas-saqaf tal-knisja u bena maħżen sotteran fuq il-ġenb tal-knisja fi Triq Ġuże D’Amato. Sejjaħ l-ewwel Assemblea Parrokkjali u fetaħ id-dar Agape b’riżq ir-rijabilitazzjoni tad-drogati. Il-motto tal-Kan. Anton Gouder kien: “Biex inkunu lkoll ħaġa waħda.“ Kien verament saċerdot ta’ kulħadd; maħbub u miġjub mill-poplu. Il-Kan. Anton Gouder ġie maħtur, mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca Arċisqof Metropolita ta’ Malta, bħala Segretarju Pastorali.

 

It-Tminn Kappillan

Dun Anton Cassar

Dun Anton Cassar twieled is-Siġġiewi nhar il-5 ta’ Awissu, 1946. Ħa l-ewwel edukazzjoni fl-Iskola Primarja tal-Gvern ta’ Ħal-Luqa. Kompla s-Sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi ta’ Birkirkara. Wara l-istudju u t-tħejjija għas-saċerdozju fis-Seminarju, issokta bl-istudji fl-Università.

 

Ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Lulju 1974 u beda l-ħidma pastorali tiegħu f’raħal twelidu. Bniedem attiv ħafna, Dun Anton Cassar, fi tmiem il-ġimgħa kien jagħti s-servizzi tiegħu fil-parroċċa ta’ Santa Luċija u fil-Knisja ta’ l-Erwieħ f’Ħal Tarxien.

 

Qabel sar Kappillan ta’ Ħal Għargħur fil-11 ta’ Marzu 1984, kellu diversi karigi fil-Moviment Ħidma Soċjali, kien Assistent tad-Direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Caritas, ħadem fl-Uffiċċju Missjunarju fejn ta sehmu fil-perjodiċi Knisja Missjunarja u Missionward. Ħadem ukoll fl-Uffiċċju Kleru u Parroċċi fil-Kurja u kien Animatur Spiritwali ta’ diversi gruppi reliġjużi.

 

Ġie nominat kappillan tal-Parroċċa Kristu Re Paola nhar is-16 ta’ Settembru 1989. Nhar il-Ħadd, 5 ta’ Novembru, 1989, ingħata l-pussess tal-Parroċċa Kristu Re mill-Vigarju Ġenerali, Mons. Annetto Depasquale.

 

Matul il-kappillanat ta’ Dun Anton Cassar sar it-tqegħid ta’ l-artal maġġur u l-presbiterju rħamat, imponenti u sabiħ kif inhu llum, il-knisja tlestiet kważi kollha miż-żebgħa u z-zukklaturi ġew irħamati dawramejt. Ma’ dan wieħed irid jinkludi wkoll l-iskultura li saret fuq l-artali, is-swali li nbew taħt il-knisja, ir-restawr tal-kampnari u tas-Sagristija wara li nħarqet.

 

Dun Anton Cassar temm ħidmietu f’din il-parroċċa nhar il-Ħadd, 4 ta’ Jannar 1998, peress li E.T. Mons. Arċisqof ħatru kappillan ta’ Ħaż-Żabbar. Illum Propostu tal-Kollegjata ta` Santa Elena f`Birkirkara.

 

Id-Disa’ Kappillan

Dun Noel Vassallo

Twieled l-Imġarr (Malta) fit-23 ta’ Dicembru 1957. Ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-Iskola ta’ l-Imġarr minn fejn għadda għas-Seminarju Minuri.

 

Fl-1976 huwa beda l-preparazzjoni għall-ħajja saċerdotali fis-Seminarju Maġġuri. Matul il-ħajja fis-Seminarju kellu esperjenza ta’ sena ta’ ħidma manwali ma’ Ħal Mann Vella Tiles u esperjenza qasira fit-Tarzna ta’ Malta.

 

Ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1984. Huwa ġie assenjat ma’ l-Uffiċċju Djar tat-Tfal fejn kien jokkupa l-kariga ta’ Assistent Direttur u kien jgħin fil-Parroċċa ta’ l-Imġarr fejn okkupa l-kariga ta’ Direttur ta’ l-Oratorju “Qalb bla Tebgħa ta’ Marija” li fih tinsab is-Sala “Dun Edgar” .

 

Fl-1990 beda jokkupa l-kariga ta’ Direttur ta’ l-Uffiċċju Djar tat-Tfal u f’ Novembru 1993 beda l-ħidma tiegħu fil-Parroċċa tal-Manikata bħala Kappillan filwaqt li baqa’ jaħdem fl-Uffiċċju Djar tat-Tfal.

 

Beda l-ħidma tiegħu bħala Kappillan tal-Parroċċa Kristu Re, fl-8 ta’ Marzu 1998 fil-quddiesa ta’ filgħaxija.  Illum Kappillan tal-Parrocca ta` H`Attard.

 

 

L-Ghaxar Kappillan

Il-Kanonku Dun Vincenz Cachia

 

Il-Kanonku Dun Vincenz Cachia, bin Joseph Cachia u Marija Concetta nee` Zahra, twieled l-Imsida fl-1 ta` Ottubru 1947 u tghammed fis-7 ta` Ottubru fil-Parrocca ta` Bormla.

Huwa studja fl-Iskola Primarja ta` l-Imsida, fil-Liceo tal-Hamrun, fis-Seminarju ta` l-Arcisqof u fl-Universita` ta` Malta.

Kien ordnat Sacerdot fl-20 ta` Lulju 1974 fil-Konkattidral ta` San Gwann mill-Arcisqof Mikiel Gonzi.

 

Matul il-hidma pastorali tieghu serva f`diversi Parrocci u hadem ukoll mal-Missjoni iz-Zghira fil-Parrocca tal-Kuncizzjoni l-Hamrun. F`Ottubru 1981 sar Kappillan fil-Parrocca ta` Santa Marija f`Had-Dingli u xahar wara, f`Novembru, nhatar Kanonku Onorarju tal-Kolleggjata ta` Bormla.

 

F`Ottubru 1985 ha l-pussess bhala Arcipriet tal-Parrocca ta` Marija Bambina fl-Isla u f`Jannar 2001 inhatar KanonkuOnonarju tal-Kolleggjata u Bazilka ta` l-Isla. F`Dicembru ta` l-istess sena gie trasferit bhala Kappillan ghall-Parrocca tal-Madonna tal-Karmnu l-Gzira. Fi Frar 2005 l-Awtoritajiet Ekklesjastici hassew il-htiega li Dun Vincenz jibghatuh bhala amministratur fil-Parrocca tal-Konverzjoni ta` San pawl f`Hal Safi minhabba l-indispozizjoni tal-Kappillan ta` dak ir-rahal.

 

F`April tas-sena 2006, il-Kanonku Dun Vincenz Cachia gie maghzul biex iservi bhala Kappillan tal-Parrocca ta` Kristu Re f`Rahal Gdid. Il-Pussess tieghu fil-Parrocca  sar nhar Pentekoste waqt il-Quddies tas-6pm tal-Hadd 4 ta` Gunju 2006.

 

 

 

 

 

(Grazzi lis-Sur Alfred Ellul Galea fl-ghajnuna biex jingabar dan il-materjal)

 


 

William Camilleri© 2006 All Rights Reserved.

 

Create a Free Website