PARROCCA SANT' ANDRIJA

Hal Luqa A.D. 1634

 

Ghal aktar minn 370 sena, il-Knisja Parrokkjali ta' Sant' Andrija gewwa Hal Luqa akkumulat diversi oggetti sagri fosthom pittura, statwi, paramenti sagri, fided, u hafna affarijiet ohra mehtiega ghal matul is-sena liturgika kif ukoll ghall-festa titulari ta' Sant' Andrija Appostlu.   Wara dawn is-snin kollha, wiehed jista' jghid li dawn l-affarijiet kollha huma tezor ghall-Knisja taghna, u ghalhekk ahna ghandna d-dmir illi nippreservawhom tajjeb ghall-generazzjonijiet futuri.  Dawn l-oggetti sagri huma patrimonju Hal Luqi, li fis-skiet taghhom jiddeskrivu l-istorja twila u rikka li ghaddiet minnha l-Parrocca ta' Hal Luqa.  Hija haga fattwali, illi minhabba l-gwerra, il-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa sofriet diversi hsarat.  Izda ghall-grazzja t'Alla xorta wahda ghad fadal diversi opri artistici illi jfakkruna fiz-zminijiet tal-imghoddi.

 F'din is-sezzjoni sejrin nghatu harsa hafifa lejn l-aktar oggetti importanti illi nsibu fil-Knisja taghna.  B'hekk inkunu qed nghatu gieh lil missirijietna illi tant hadmu sabiex jibnu Tempju xieraq iddedikat lil kbir Appostlu Sant' Andrija.