FATIMA PARISH
   AVE MARIA


Home
 
FATIMA PARISH
NAVIGATION
Home
Avvizi fissi tas-Santwarju
Gruppi fil-Parrocca
Il-Beati ta' Fatima
Parish Photo Album
Stained Glass
Konsagrazzjoni Altar
Celebrazzjonijiet
P.Pawl u P.Gorg
Festa 2007
Festa 2008
Corpus May 2008
Easter 2009
Guest Book






    
MERHBA - WELCOME

 FATIMA SANCTUARY

 

Merhba fl-uniku Santwarju f'Malta ddedikat lill-

Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima.

Welcome in the only Sanctuary in Malta dedicated to

Our Lady of the Rosary of Fatima.


AVVENT 2009

Ħsieb għall-Avvent minn Cheryl Anne Vella.

Dan l-aħħar bosta semgħu bil-famuża sena 2012 meta xi persuni isostnu li hija s-sena meta se

tintemm id-dinja. Hemm uħud li huma xettiċi u ma jemmnux li vera. Oħrajn li jaħsbu li vera.

Però meta wieħed isemmi l-aħħar tad-dinja hija ħaġa ovja li tisma’ lil min jgħid : “Maaa x’biża’!!!”

X’se jiġri fl-aħħar tad-dinja? Fil-ktieb ta’ l-Apokalissi insibu li fl-aħħar tad-dinja Ġesù reġa ġej!

Xi jfisser dan għan-nisrani li tassew iħaddan it-tagħlim ta’ Ġesù? Ifisser li fl-aħħar in-nisrani se

jingħaqad mal-Maħbub tiegħu. In-nisrani huwa bħal dik l-għarusa li qed tistenna b’ħerqa lill-għarus

jiġi jimliha bil-“bewsiet ta’ fommu” (Għan ). In-nisrani huwa bħal dik il-mara li qed tistenna ħerqana

u b’fedeltà lill-maħbub tagħha jirritorna lura minn xi missjoni barra l-pajjiż.

Mela altru li mhix okkażjoni ta’ biża’!

Dan l-element ta’ għerusija bejn Alla u l-bniedem tinsab mal-firxa tal-kotba kollha li jinsabu fil-Bibbja.

Anke fl-Apokalissi, insibu li fl-aħħar tad-dinja Ġesù ġej jiltaqa’ ma’ l-Għarusa tiegħU u jseħħ it-Tieġ

tal-Ħaruf. Min hi l-Għarusa ta’ Ġesù? Biex nispjegaw din il-biċċa jeħtieġ li mmur lura lejn il-kotba

profetiċi fit-Testment il-Qadim fejn Alla jseħħah lil Israel, jiġifieri lill-Poplu l-magħżul tiegħU,

l-Għarusa tiegħU. Fl-ittri ta’ San Pawl naraw paralellismu fejn San Pawl jirreferi għall-Knisja bħala

l-Għarusa ta’ Ġesù. Il-Knisja fil-fatt hija Israel il-ġdida. Min jagħmel il-Knisja? Il-Knisja hija magħmula

minni u minnek. Allura aħna wkoll imsejħin biex inkunu għarajjes ta’ Ġesù. Din li aħna lkoll imsejħin

inkunu għarajjes hija verità li toħroġ fis-simboliżmu li nsibu fil-Vanġelu skond san Ġwann.

La aħna msejħin inkunu għarajjes ta’ Ġesù, fl-aħħar tad-dinja Ġesù ħerqan biex jiġi jiltaqa’ magħna. 

Aħna qegħdin nistennewH, lilU li qalilna li ġej bħal ħalliel meta l-inqas mistenni? Kif se jsibna?

NistennewH bl-imsiebaħ tal-fidi mixgħulin jew boloh u aljenati għaliex issottovalutajna kelmtU u

abbużajna mill-ħniena tiegħU?

Minkejja li l-aħħar tad-dinja huwa żmien ta’ ferħ kbir fejn l-għarusa terġa’ tiltaqa’ ma’ l-Għarus tagħha

wara tant stennija, miskin għalih dak jinstab mhux ippreparat. Miskin għalih dak il-biered li jissejjaħ 

nisrani ta’ l-isem għaliex fl-Apokalissi hemm miktub li dawn “jinbeżqu” – ikunu riġettati kompletament.

L-aħħar tad-dinja huwa l-mument tal-ġudizzju universali, fejn issir is-selezzjoni bejn il-qamħ u s-sikrana.

Inti u jiena kemm aħna ċerti li aħna qamħ u mhux sikrana? Noqogħdu attenti li jekk aħna ċerti li aħna

qamħ, iċ-ċertezza tagħna ma tkunx gidba tax-xitan biex inħossuna komdi. Dan għaliex dejjem hemm

fhiex nistgħu nikbru u nirranġaw fir-relazzjoni tagħna mal-Maħbub tagħna Ġesù,

li dejjem fiH aktar x’tiskopri.

Fejn irrid nasal? Ħafna għandhom l-impressjoni li l-Avvent huwa preparament għall-Milied.

Però fuq dan għandhom żball. L-Avvent huwa proprju ż-żmien fejn il-Knisja tfakkarna li għandna

nitħejjew għat-tieni miġja ta’ Ġesù.

Huwa żmien ta’ ġabra fejn aħna bħala għarajjes, imħeġġin neżaminaw ir-relazzjoni tagħna ma’

l-Għarus li daqt ġej jiltaqa’ magħna.

Huwa żmien ta’ stennija fejn nitolbu lil Ġesù biex ma jdumx ma jerġa’ jiġi.


L-ATTWALITA' TAS-SAGRAMENTI

Il-Korp tal-għalliema tal-patrijiet Dumnikani qed iniedi serje ta’ konferenzi indirizzati għaż-żgħażagħ bit-tema: ‘Is-Sagramenti huma Antikwati? Kif nistgħu nagħtu  xejra żagħżugħa lis-Sagramenti?’

Ħames laqghat konsekuttivi fuq din it-tema jitqassmu hekk:

1.            Il-Magħmudija u l-Konfermazzjoni

2.            L-Ewkaristija

3.            Il-Qrar u l-Griżma tal-Morda

4.            L-Ordni Sagri

5.            Iż-Żwieġ

Il-patrijiet Dumnikani qed joffru li jagħmlu dawn il-konferenzi fil-lokalitajiet bejn Jannar u Frar 2010, qabel jibda r-Randan. Min hu nteressat għandu jikkuntatja lil Fr. Charles Tabone O.P, Kunvent tad-Dumnikani, Sliema

Tel: 21318028,  21331096, 21241281

Email: charles.tabone@maltadiocese.org

jew: carmel.tabone@um.edu.mt



 

Dan is-Santwarju huwa mmexxi mill-Patrijiet Dumnikani. 

This Sanctuary is run by Dominican priests.

 

If you wish to send us an email click here:

 

Biex tiktbilna e-mail ikklikkja hawn:  


If you wish to know more about Saint Dominic and the order he founded, you may click here:

Jekk tixtieq tkun taf dwar San Duminku u l-ordni li waqqaf, tistà tikklikkja hawn: www.dominicansmalta.org


 

This sanctuary already has 50 years of history. At the following link you may find the first part of the history of this sanctuary:

DAN IS-SANTWARJU GHANDU DIGA 50 SENA TA' STORJA. HAWN QED NIPPUBBLIKAW

L-EWWEL PARTI TA' DIN L-ISTORJA: click here: ikklikkja hawn.

HAMSIN SENA TA' STORJA...

Mr.Reuben Mifsud joffrillna ukoll din il-powerpoint presentation. Ikklikkja (double clicc) hawn:

Storja tas-Santwarju bil-fjuri

Minhabba li dan il-powerpoint fih wirja shieha ta' ritratti, idum madwar 5 minuti biex isir id-download. Nitolbuk ghalhekk biex tistennieh bil-kwiet. Zgur ma jiddispjacikx.

Grazzi u Prosit tassew lil Reuben li ghal zmien twil ilu jaghti s-servizz tieghu fis-Santwarju taghna.


We are also creating this very interesting link with the Fatima Sanctuary in Portugal. 

QED NOHOLQU UKOLL DAN IL-LINK FERM INTERESSANTI MAS-SANTWARJU TA' FATIMA FIL-PORTUGAL - ikklikkja fuq: Click here: FATIMA


Catholic Search Engine 

Fittex fid-dinja Kattolika       

       
Catholic Sites  Whole Web  News  

 

L-ahhar aggornament sar fl-10 ta' Dicembru 2009

The site was updated on the 10 th Dicember 2009

Din il-Web Site jiehu hsiebha

This web site is under the care of: 

Fr. Joseph Zahra O.P.

 

You are visitor number:

Int il-vizitatur numru:



 


Fatima Parish © 2008 All Rights Reserved.


Create a free website at Webs.com