50 SENA ĦAJJA TAL-KNISJA TAGĦNA DDEDIKATA LIL SIDTNA MARIJA TAR-RUŻARJU TA’ FATIMA

Ghadna kif fakkarna l-50 sena minn meta nbniet il-Knisja Parrokkjali tagħna ddedikata lil ommna wisq maħbuba taħt it-titlu tar-Rużarju ta’ Fatima.  Din is-sena wkoll qegħdin infakkru il-35 sena minn meta sirna parroċċa.

L-istorja li timmarka l-bidu tas-Santwarju Parrokkjali tagħna tibda minn meta l-Ordni Dumnikan gie fi Gwardamanga. Kien is-17 ta’ Lulju 1944, li l-Provincjal tad-Dumnikani ta’ dak iz-zmien, il-mibki Patri Guzepp Gauci, fil-Kunsill generali ta’ l-Ordni Dumnikan, wera  x-xewqa tieghu li jiftah dar gdida tad-Dumnikani fuq il-gholja ta’ Gwardamanga. F’Novembru ta’ l-istess sena l-Isqof Djocesan, Mons Mikiel Gonzi ta’ l-permess biex tinfetah din id-dar gdida tad-Dumnikani, u fil-5 t’Ottubru 1945 waslu l-ewwel Dumnikani li marru joqghodu fid-dar “Upway Villa”, 39 Triq Hookham Frere. Kamra minn din id-dar giet mibdula f’kappella ddedikata lill-Madonna tar-Ruzarju. Fit-8 ta’ Dicembru 1945, il-General ta’ l-Ordni, Patri MS Gillet iddikjara din id-dar formali.

Ftit snin wara fuq l-inizjattiva ta’ Patri Edmond Klimeck, li kien Provincjal tad-Dumnikani Maltin bejn is-snin 1952-1956, bdew it-thejjijiet ghall-bini ta’ kunvent u santwarju kbir fi Gwardamanga li kellu jkun rigal lil Sidtna Marija mill-poplu Malti fl-okkazjoni tas-Sena Marjana, 1954.

Dan ifisser li l-fundatur ta’ dan is-Santwarju huwa Patri Edmond Klimeck minn New Zealand, li dik il-ħabta kien il-Provincjal tad-Dumnikani Maltin. Id-devozzjoni tieghu lejn il-Madonna ta’ Fatima, Sultana tar-Ruzarju kien kbir u kien ta’ ezempju ghad-devoti kollha tal-Madonna.

Patri Klimeck ma halla xejn li jista’ jaghmel biex jara l-progett tieghu imwettaq. Huwa beda jwettaq il-hsieb tieghu meta jum wiehed, meta mar lura mill-mixja ta’ kuljum, sab ittra ghalih. Kienet minn ghand mara twajba li baghtet karta ta’ lira bhala ringrazzjament lill-Madonna ta’ Fatima ta’ grazzja li qalghet bl-intercessjoni taghha. Fr Klimeck mar mill-ewwel fil-kamra ta’ Patri Ambrog Darmanin u qallu bl-ahbar tajba u zied jghidlu: “Issa ghandna l-flus (Lira). X’qeghdin nistennew?” Hu kien konvint li hekk kif l-ewwel offerta giet mhux mistennija, hekk l-offerti ta’ wara jigu wkoll, jekk ikomplu x-xoghol bil-fidi u t-tama f’Marija.  Ftit wara, gie sinjal iehor kbir: wiehed li ma jitwemminx: permessi li s-soltu jiehdu z-zmien biex jigu moghtija, gew malajr ghall-bini tal-knisja. Il-Madonna kienet qeghda tintercedi tajjeb hafna.

 

Il-bini tal-knisja

Fl-ahhar wasal il-jum mistenni tat-8 ta’ Dicembru 1953. Kien jum sabih, sema ikhal bla shab. Tbierket l-art fejn kellha tinbena l-knisja f’cerimonja semplici li fiha hadu sehem ftit Dumnikani u xi mitt ruh mil-lokal. Il-post kien ghadu mharbat sew. Hadd ma kien qed jobsor li sa sena wara ezatt il-knisja kellha tinfetah u titbierek.

Fit-28 ta’ Marzu, nhar il-Festa tat-Thabbira tal-Mulej (Il-Lunzjata) sar it-tberik u t-tqeghid ta’ l-ewwel gebla tas-Santwarju mill-Arcisqof Mikiel Gonzi. Ix-xoghol tal-bini kien immexxi mill-perit Roger Degiorgio u mill-kuntrattur Gerald Spiteri. Il-funzjoni bdiet fit-3.00pm b’korteo mill-pjazza ta’ quddiem l-isptar San Luqa. Il-korteo kien iffurmat minn membri tal-MUSEUM, Solidality of Mary, Legion of Mary (Irgiel), it-tfal ta’ St Patrick’s, l-istudenti ta’ St Albert the Great College, Novizzi Dumnikani li kienu segwiti minn Mons Arcisqof Mikiel Gonzi, u warajh kien hemm numru kbir ta’ nies minn Ghaqdiet Marjani minn Malta kollha. Tul it-triq intalbet it-talba sabiha tar-Ruzarju Mqaddes u tkanta wkoll l-innu ta’ Fatima. Meta l-kortew wasal fi Triq Santa Monika fejn kellha tinbena l-Knisja sab numru sabih ta’ nies jistennew. Fost il-mistednin kien hemm il-Gvernatur Dr Trafford Smith flimkien mas-Sinjura tieghu, il-Prim Imhallef, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u hafna ohrajn.

Patri Klimeck, il-Provincjal, beda d-diskors tieghu billi qara telegramm bil-barka tal-qdusija tieghu il-Papa Piju XII. Wara qara telegramm iehor minghand il-General tad-Dumnikani. Imbaghad qara wkoll il-parcmina li kellha titqieghed that il-gebla biex tfakkar din il-grajja. Il-Provincjal fisser il-ferh tieghu f’dik il-gurnata tat-tqeghid ta’ l-ewwel gebla tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima ghax dan ghandu jservi biex ixerred id-devozzjoni tar-Ruzarju f’Malta u Ghawdex.

Wara d-diskors tal-Provincjal, l-Arcisqof bierek l-ilma, il-kor kanta l-Antifona “Signum Salutis” u l-Arcisqof qara l-“Oremus” fejn semma ghall-ewwel darba l-isem titulari tal-Knisja li hu tal-Madonna ta’ Fatima. Imbaghad bierek il-gebla waqt li l-kor kanta l-litanija tal-Qaddisin. Wara, il-parrinijiet, li kienu l-Konti Fournier u s-Sur Luqa Gauci, ghenu lill-Arcisqof biex jerfa’ l-gebla li wara li tahtha tpoggiet il-parcmina tat-tifkira, nizzluha f’postha u Mons Arcisqof Gonzi kahhalha, fost ic-capcip tal-folla prezenti. F’din il-gebla giet ingastata bicca gebla ohra li ngiebet minn Fatima, mill-post fejn fl-1917 il-Madonna kienet dehret lit-tliett itfal Lucija, Gjacinta u Frangisku.

 

 

Din hija l-ewwel parti tal-istorja tas-Santwarju Parrokkjali taghna. Inroddu hajr lis-Sur Saviour Friggieri tal-informazzi li ghaddielna.

Fi zmien qasir ser inkomplu naggornawha b’aktar ritratti u informazzjoni.  Nistednuk terga izzurna.