Nicec f`Rahal Gdid

Wirt Missirijietna


 

Rahal Gdid hu post li lejn l-ahhar tas-seklu dsatax u kompla fis-seklu ghoxrin, zviluppa hafna u illum hu wiehed mill-akbar fil-gzejjer taghna u sar ic- centru tax-Xlokk ta` Malta.

F`Rahal Gdid insibu tifkiriet ta` zminijiet differenti ta` Malta, l-aktar ta` zminijiet tal-qedem u anke bini li jmur lura ghal zmien l-Ordni. Rahal Gdid ghandu tahlita ta` bini, izda l-bicca l-kbira jmur lura ghas-seklu ghoxrin u n-nicec u statwi li insibu f`dan ir-rahal huma marbuta ma` dawn iz-zminijiet.

L-eqdem nicca li insibu hawnhekk hi dik li tinsab fi Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid, kantuniera ma Triq il-Gdida, dik iddedikata lill-Madonna ta` Lourdes. Minhabba l-pozizzjoni principali taghha, din in-nicca dejjem gawdiet devozzjoni kbira, mhux biss man-nies li joqghodu dawk l-inhawi, izda ukoll ma hafna nies u haddiema li jaghdu minn quddiema kuljum, specjalment dawk li ikunu fi triqthom lejn it-Tarzna, li ghal hafna snin din kienet l-unika triq li twassal t u ghal Kottonera u it-tarzna. Kienet l-unika triq li taghqad in-naha tal-Marsa ghall-Kottonera.

            

Minhabba f`hekk din in-nicca tkun dejjem armatha bi fjuri u mixghula. Fl-1875 din l-istatwa kienet diga meqjuma f`dan il-post ghaliex l-Isqof Carmelo Scicluna, taha l-indulgenzi.

Meta il-parti tan-naha ta`isfel ta` Rahal Gdid beda jikber gmielu, Dun Franseco Xuereb beda jahseb biex jibni knisja f`dawn l-inhawi biex jaqdi l-htigijiet religjuzi tan-nies ta` dawn l-akwati. Diga kien hemm devozzjoni marbuta ma din in-nicca, ghalhekk iddecieda li l-knisja li tkun iddedikata lill-Madonna ta` Lourdes, fil-fatt hekk ghamel. Din il-knisja hi it-tieni parrocca f`Rahal Gdid.

Il-Parrocca ta` Rahal Gdid qabel ma giet iddedikata lil Kristu Re kienet iddedikata lil Qalb ta` Gesu`. Nicca li hi monument ta` dawk iz-zminijet ta` meta l-Parrocca kienet iddedikata lil dan it-titlu hi in-nicca li hemm vicin hafna l-knisja l-qadima , dik ta` Santa Ubaldeska. Din hi nicca storika hafna u tixhed il-qedem ta` l-inhawi , wirt Rahal Gdid ta` dak iz-zmien. L-Isqof Dom Mauro Caruana fl-1918 rabat maghha l-ghoti ta` l-indulgenzi. Din in-nicca storika qeghda f`kantuniera bejn Triq is-Sultana u Triq Santa Ubaldeska.

Nicca ohra li qadima hafna hi dik li hemm fi Pjazza Ant. De Paule ezatt quddiem il-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re. Din in-nicca hi iddedikata lil Kristu Kurcifiss. Dwar din in-nicca ftit li xejn nafu dwarha, imma ilha zmien meqjuma hawnhekk fejn fil-vicinanzi taghha kien hemm logga qadima li giet mibnija mill-Gran Mastru stess, imma fl-1967 tnehhiet parti minnha u kompliet taqa s-sena ta` wara bil-maltemp. Minkejja li ilha snin id-devozzjoni lejn din in-nicca , qatt ma naqset u ghada hemm hajja sa llum.

Dawk iz-zminijiet kienu jinghataw l-indulgenzi ghal dawk li jitolbu jew jaghmlu talba quddiem xi nicca jew xbieghat li kellhom certa devozzjoni, b`hekk tghin ukoll biex il-poplu jibqa jghozz u jzomm id-devozzjoni lejn dak il-qaddis.

F`Rahal Gdid ftit insibu minn dawn in-nicec li maghhom hemm marbuta l-ghoti ta` l-indulgenzi. Fost dawk insibu dik l-istatwa zghira li insibu fil-pjazza ta` Rahal Gdid iddedikata lil San Frangisk (1898) . Insibu ukoll fi Triq il-Foss , statwa ta` San Guzepp (1901) u nicca ohra li tinsab fi Triq it-Tarzna u Santa Monika dik iddedikata lil Kuncizzjoni (1909).

Aktar nicec tas-seklu ghoxrin huma dawk li hemm il-gewwa mill-pjazza inti u sejjer lejn Hal Tarxien . Dawk iddedikati lil San Pietru u San Pawl. Zewg statwi sbieh u li jikkumplimentaw lil xulxin. Vicin hafna taghhom (kantuniera ma Triq Sammat) insibu statwa ohra sabiha ta` l-istess zmien , ghal bidu tas-seklu ghoxrin, dik iddedikata lil Assunta (Santa Marija).

Nicca ohra sabiha hi dik li hemm fi Triq Haz Zabbar quddiem il-Gnien Lorry Sant, hi dik tal-Madonna tal-Karmnu.

Aktar nicec tas-seklu ghoxrin hija dik li hemm ta` Santa Rita, in-naha t`isfel ta` Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid.

Marco Montebello kien wiehed mill-aqwa skulturi bil-gebla Maltija ta` dak iz-zmien. Insibu hafna xogholijiet tieghu imferxin ma` Malta kollha u fil-knejjes taghna. F`Rahal Gdid insibu zewg statwi sbieh li jkompu isebhu dan ir-rahal u li huma fost l-isbah li nsibu fit-toroq ta` Rahal Gdid xoghol dan l-iskultur. Dawn huma dik tal-Madonna tal-Grazzja li tinsab fil-gemb tal-Knisja ta` Santa Ubaldeska fi Triq Santa Ubaldeska u ta` San Guzepp li tinsab fi Triq l-Arkata mal-bini tal-Museum tas-Subien.

Ta` l-istess kwalita` ta` xoghol izda li hi eqdem huma z-zewg xbihat ta` San Guzepp li tinsab f`kantuniera bejn Triq San Guzepp u Triq il-Karmnu . In-nicca ta` San Guzepp ghandha pilastri ta` stil Doriku fuq kull naha u fuqhom idur il-friz u l-gwarnicun, kollox maghmul b`simetrija kbira. L-istatwa ta` dan il-qaddis fiha xoghol fin hafna. Il-paneggi tal-libsa u l-mantell huma hfief u nsibuhom maghquda flimkien taht ix-xbieha tal-Bambin rieqed. L-istess xoghol fin u delikat jinhass fiz-zewgt ucuh, kemm ta` San Guzepp kif ukoll tal-Bambin.

In-nicca l-ohra li hi ukoll ta l-istess xoghol delikat hi dik ta` Sant Antnin tinsab f`kantuniera bejn Triq Ghajn Dwieli u sqaq imsemmi ghall-istess qaddis. Din hi nicca arzellata, b`pilastru Doriku fuq kull naha taghha. Fuq il-kwarnicun tan-naha ta` fuq u wkoll f`ta` taht, naraw dekorazzjoni sabiha tal-hadid. L-istatwa fiha ukoll xoghol fin u delikat, b`mod specjali fl-ucuh. Ma` l-ewwel daqqa t`ghajn wiehed jintebah mill-ewwel li hi statwa mahduma minn skultura tajjeb.

Hi ta hasra li fi Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid, ezatt quddiem dik ta` Santa Rita kien hemm nicca ohra li kienet unika ghal gzejjer Maltin minhabba li ma hawnx ohra iddedikata lil dan il-qaddis. Din hi f`gieh San Karlu Borromeo. Nicca li kienet imwaqqfa fis-seklu ghoxrin , imma illum din ma ghadiex tezisti minhabba li l-faccata fejn kien hemm din in-nicca giet imwaqqa biex hadet post bini iehor gdid li tela` dan l-ahhar. Xi kultant veru li l-progress igib rigress.

Minn din il-gabra ta` nicec li insibu f`Rahal Gdid naraw li ghandna patrimonju li tajjeb li nikkurawh u nibzghu ghalih. Wirt li hallewna missirijietna u ahna fl-obligu li nibzghu ghalih, halli dan il-wirt inkunu nistghu inwasluh lil uliedna li huma ukoll ghandhom id-dritt li jgawdu dak li ahna wrietna minghand missirijietna. Nibzghu ghal dan il-wirt storiku fil-gebla Maltija billi isir ix-xoghol ta` restawr professjonali fuqhom u nikkurawhom.

Create a Free Website