MUSEUM San Giljan

Mghallem O li kieku d-dinja kollha timxi wara l-Evangelju tieghek

Sit BIL-MALTI fuq il-qaddisin

Idhol f'dan is-sit Xhieda ta' Zmienna, ta' Robert Aloisio

http://www.freewebs.com/qaddisin

St Jeanne Jugan

Iktar minn mitt sena wara...

Il-Fundatriċi tal-Little Sisters of the Poor iddikjarata qaddisa

imsejħa 'l-Madre Tereża ta’ żmienha'



 

Forsi ftit minna semgħu b’Jeanne Jugan imma żgur smajna bil-Little Sisters of the Poor, li hija waqqfet fi Franza fl-1842. Jugan, li f’ħajjitha kienet minsija anki mill-istess ordni tagħha, illum 11 ta’ Ottubru, se tieħu r-rikonoxximent mistħoqq meta se tiġi ddikjarata qaddisa, fil-Vatikan mill-Papa Benedittu XVI. Ħafna jsejħulha l-“Madre Tereża” tas-seklu dsatax. Kienet tgħin lix-xjuħ foqra u tieħu ħsiebhom f’darha stess. Jugan twieldet f’belt żgħira fi Franza fl-1792 u trabbiet fil-faqar. Fi tfulitha kienet taqla’ x’tiekol billi tħit u taħdem fil-kċina u iktar tard ħadmet ta’ seftura. Kien fl-1839 li Jeanne, ta’ 47 sena, daħħlet għandha l-ewwel residenta, Anne Chauvin, armla għamja u marida. Tat sodditha lil Chauvin u hi marret torqod fis-suffett (attic). U malajr tnejn mill-ħbieb tagħha bdew jgħinuha tieħu ħsieb bosta xjuħ li ma setgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom.

Sentejn wara Jugan kienet eletta madre ġenerali tal-kongregazzjoni żgħira tagħha. Sa Diċembru 1843, is-sorijiet kienu qed jieħdu ħsieb madwar erbgħin anzjan. Iżda propju f’dan ix-xahar beda l-gwaj. Qassis bl-isem ta’ Auguste le Pailleur, li kien direttur spiritwali ta’ tnejn mis-sorijiet, beda jindaħal ftit ftit fil-kongregazzjoni tagħhom. Ftit ġimgħat wara li s-sorijiet reġgħu eleġġew lil Jugan, Pailleur bl-awtorita tiegħu biss iddikjaraha l-elezzjoni nulla, u għażel hu soru ta’ 23 sena biex tkun il-madre ġenerali flok Jugan. Iżda kien għadu mhux kuntent u ddikjara lilu nnifsu superjur ġenerali, ħa l-kontroll sħiħ tal-ordni, u lil Jugan bagħatha tittallab il-karita. Barra dan, iffalsifika d-dokumenti biex juri li kien hu li waqqaf il-Little Sisters.

 

Tant Jugan kienet imwarrba, li n-novizzi li kienu deħlin ġodda, ma kellhomx idea li dik il-mara li kienet ilha tgħix hemm għal-aħħar 27 ta’ ħajjitha kienet il-fundatriċi tagħhom. Kellhom jgħaddu għexieren ta’ snin biex il-verita ssir magħrufa, meta l-madre ġenerali li kien għażel Pailleur qalet fuq is-sodda ta’ mewtha li Jugan fil-fatt kienet il-vera fundatriċi. Iżda d-dubji damu biex ġew iċċarati. Fl-ewwel edizzjoni tal-Catholic Encyclopedia, ippubblikat fl-1913, insibu hekk: “Little Sisters of the Poor, an active, unenclosed religious congregation founded at St. Servant, Brittany, 1839, through the instrumentality of Abbé Augustin Marie le Pailleur.” Kien biss fis-sena 2000 li l-Little Sisters għamlu din il-kjarifika fil-Catholic Encyclopedia: “Jeanne Jugan is truly our foundress, not the priest mentioned in the article. Father le Pailleur was in fact involved in the early phases of the work, but he was not the founder. In fact, as time went on, he removed Jeanne Jugan from the office of superior, forced her into oblivion, and then manufactured and propagated a false story about the origins of our congregation.”

Illum, is-sorijiet li jlaħħqu 2,700, fuq l-eżempju tal-Fundatriċi qaddisa tagħhom, jieħdu ħsieb iktar minn 13,000 persuna anzjana fi 32 pajjiż. Is-sorijiet jistrieħu fuq il-ġenerozita ta’ ħaddieħor, l-istess kif Santa Jeanne kienet tmur bieb bieb fit-toroq ta’ Franza b’"basket tat-tallaba" biex tkun tista’ żżomm id-dar tagħha. F’Malta, il-kunvent tal-Little Sisters jinsabu il-Ħamrun.

Delegazzjoni ta’ 4,000 ruħ li b’xi mod missew mal-ħidma ta’ dawn is-sorijiet huma mistennija jkunu hemm għaċ-ċelebrazzjoni tal-lum fi Pjazza San Pietru. Se jkunu spalla ma’ spalla ma’ mitejn soru, waħda minn kull dar li l-Little Sisters għandhom għall-anzjani fil-bżonn. Mistoqsija min-National Catholic Reporter, kif tħossha f’din l-okkażjoni, Little Sister Constance Veit, soru Amerikana fid-dar ta’ Baltimore qalet: “Inħossni kburija li Jeanne Jugan hija ommna u li se tkun rikonoxxuta universalment. Inħoss ukoll li l-foqra u l-anzjani issa għandhom il-mudell li jeħtieġu.” Little Sister Gonzague, li taħdem f’Kansas tgħid, “Qatt ma kont naħseb li se tiġi ddikjarata qaddisa. Tant kienet umli u qatt ma daqqet trombi. Iżda dan ankra l-kongregazzjoni tagħna fl-ispirtu tal-umilta u tas-satra ta’ Ġesu. Dan hi għexitu. Alla kienet qiegħed jaħdem f’dawk is-snin ta’ ħajja moħbija.”

 

Sister Veit qalet li l-kanonizzazzjoni ġiet fi żmien tajjeb għall-Istati Uniti tal-Amerika li qegħdin ifittxu li jġeddu sistema tal-kura tas-saħħa li “tħalli ħafna uġigħ”. “Disgħa minn kull għaxra tar-residenti tagħna qegħdin fuq il-Medicaid, li tkopri biss nofs l-ispejjeż tal-kura. In-nofs l-ieħor irridu naraw kif se nġibuh... Inħossu li hemm bżonn riforma kbira fil-kura tas-saħħa f’pajjiżna.” Santa Jeanne kienet temmen li x-xjuħija hija stadju tal-ħajja li jixraqlu rispett u mħabba. Is-solitudni hija l-ikbar faqar għall-anzjani iżda l-imħabba tas-sorijiet tista’ ttaffi dan il-faqar. Illum is-Sorijiet iż-Żgħar tal-Foqra jipprovdu nursing care professjonali lill-morda, attivitajiet varji, u kura spiritwali. Parti importanti tal-ministeru tagħhom hija li jakkumpanjaw lil min ikun qiegħed imut. Meta dan jiġri, soru dejjem tkun mal-persuna moribonda, iżżommilha idha, titkellem u titlob magħha. Mhijiex ħafifa taħdem mal-anzjani imma Santa Jeanne tat dan il-parir lis-sorijiet tagħha: "Tinsew qatt li l-foqra huma l-Mulej Ġesu nnifsu. Meta tkunu qed tgħinu lill-fqir, għidu fikom infuskom: ‘Dan qiegħda nagħmlu għal Ġesu tiegħi.’"

 

Robert Aloisio

9 ta' Marzu: San Domenico Savio

Domenico twieled f’Riva, fl-Italja, nhar it-2 ta’ April, 1842. Missieru Carlo kien haddied u kien ihobb hafna lil ibnu. Kull filghaxija kien jistaqsih x’talab matul il-jum. Wahda mit-talbiet spissi kienet tkun biex Alla ma jhallix lill-genituri tieghu jimirdu. Domenico kien ihobb imur ma’ missieru ghal xi passiggata fil-kampanja u kienu jieqfu jitolbu quddiem xi nicca.

Ta’ 5 snin kien diga jmur il-quddiesa tal-Hadd ma’ missieru u meta  kiber izjed sahansitra kien jasal il-knisja qabel il-kappillan u jsibha ghadha maghluqa! Beda jaghmilha ta’ abbati meta kien ghadu zghir hafna tant li lanqas kien ilahhaq ma’ l-artal u l-missal bilkemm kien jifilhu. Darba wahda mar jiekol ghandhom habib ta’ missieru. Dar-ragel qabel l-ikel ma raddx is-salib. Domenico nduna u ma riedx jiekol.

Fl-Ghid ta’ l-1849, ghamel l-Ewwel Tqarbina fil-post imsejjah Castelnuovo. Dakinhar ghamel erba’ weghdiet :

1.   li jqerr u jitqarben spiss;

2.   li jhares il-hdud u l-festi kmandati; 

3.   li l-hbieb tieghu ikunu Gesu u Marija;                  

4.   li ahjar imut milli jaghmel id-dnub.

Darba shabu tal-klassi gabu ruhhom hazin fil-klassi meta l-ghalliem hareg ftit, u anke tefghu is-silg gol-hiter. Meta gie lura  l-ghalliem u staqsa min, shabu wahhlu f’ Domenico. Hu ma qal xejn ghax kien jaf li jekk jikxef lil shabu kienu jitkeccew mill-iskola. Meta l-ghalliem sar jaf il-verita, induna kemm Domenico kien tifel tajjeb, hu ddecieda li jibaghtu ghand Don Bosco, fl-Oratorju f’Turin. Domenico dahal hemm ta’ 12-il sena u kellu jaghmel hemm 3 snin.

Darba kien hemm tnejn minn shabu li kellhom xi jghidu. Kienu diga refghu l-gebel biex jitfghuhom lil xulxin. Izda Domenico dahal f’nofshom, hareg is-salib u qallhom: ‘Itfghu l-gebel issa’. Huma ma ridux, u b’dan il-mod Domenico rnexxielu jaghmilhom hbieb mill-gdid.

Darba meta mar lura fl-Oratorju wara l-vaganzi tas-sajf, Domenico hassu mdejjaq hafna ghax ried isir qaddis u hass li kien ghadu ’l boghod. Don Bosco qallu li biex isir qaddis ghandu jghin lil-shabu jghixu hajja tajba. Mhux l-ewwel darba, kienu jkunu qed jilaghbu u Domenico jmur fuq xi wiehed u jghidlu: ‘Immorru nqerru nhar is-Sibt ?’Meta kien jisma’ xi hadd jidghi kien ifahhar ‘l Alla biex ipatti u meta jkun jista’, jikkoregi bil-ghaqal. Darba sema’ ragel jidghi - mar fuqu u qallu:

‘Tista’ tghidli liema hi t-triq ghall-Oratorju?’

‘Jiddispjacini, ma nafx.’

‘Ma tistax taghmilli pjacir iehor hux?’, qallu Domenico.

‘Mela le!’

‘Tergax tidghi.’

Ir-ragel baqa’ skantat lejh u wieghdu li jipprova ma jergax. Domenico kien jaghmel il-gid b’hafna modi. Kien jghallem il-katekizmu lit-tfal iz-zghar; bena altar ghal shabu billi biegh il-kotba li kellu; qatta’ l-kotba meta ra lil shabu jaqrawhom u nduna li kien fihom stampi hziena - u qallhom li Alla tana ghajnejna biex xi darba naraw lilu.

Biex izomm ruhu ferhan kien juza zewg affarijiet: il-qrar u t-tqarbin. Lil {esu Ewkaristija kien ihobbu wisq. Darba kien ghaddej is-Sagrament fil-Vjatku u hu nizel gharkubbtejh izda hdejh kien hemm fizzjal li baqa’ bil-wieqfa. Mar fuqu u tah il- maktur tieghu. Dak ma kellux x’jaghmel hlief jinzel gharkubbtejh bhall-ohrajn. Darba ohra wara tliet sighat ifittxuh, Don Bosco sabu fil-knisja jitlob lill-{esu Ewkaristija. Kien ihobb hafna lill-Madonna, tant li waqqaf ghaqda ma’ shabu ta’ l-oratorju li semmieha ‘Il-Kumpanija ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni’.

Kien jaghmel hafna sagrificcji, fosthom li jorqod bla gverta u anke jiekol hobz niexef. Fi zmien qasir mitulu tnejn minn shabu: Gavio Camillo u Massaglia. Domenico Savio miet ftit wara, fl-eta qasira ta’ 15-il sena, nhar id-9 ta’ Marzu 1857. Minkejja li l-hajja ta’ Domenico kienet mimlija faqar, xoghol u tbatija, izda kienet ukoll mimlija ferh tal-qdusija. Darba kiteb lil siehbu: ‘Hawnhekk nippruvaw inkunu qaddisin billi nkunu dejjem ferhanin u naqdu d-dmirijiet taghna.’

19 ta' Marzu: San Guzepp

 

L-isem Guzeppi bil-Lhudi huwa 'Josef' li gejja minn 'Jasaf' li tfisser tkattar. L-ewwel zewg personaggi li jiktbu fuq dan il-Qaddis huma San Mattew u San Luqa. Wara San Guzepp intesa jew ahjar twarrab xi ftit mill-kittieba biex jispikka aktar Gesu. San Guzepp rega beda jissemma fir-raba' seklu minn San Gwann Grizostmu u San Gilormu u Santu Wistin. San Gilormu enfasizza fuq il-Verginita ta' Marija, allura biex jiccara dan il-punt, semma l-Kastita ta' Guzeppi. Santu Wistin tkellem fuq il-qdusija, iz-zwieg tieghu. Rega twarrab San Guzepp fis-sekli ta' wara, u kien propju fit-13 il-seklu meta rega' ssemma minn San Tumas, li kiteb fuq iz-zwieg qaddis ta' Guzeppi u Marija u fuq il-Verginita taghha. Kiteb fuqu wkoll l-J.Gerson (1363 - 1429). L-Arcisqof ta' Cambrai kien ghamel trattat fuq it-12 il-Glorja ta' San Guzepp fl-1495. San Bonaventura, il-kittieb Frangiskan tant maghruf, kiteb fuqu wkoll. San Bernard ta' Siena ghamel studju wkoll billi ha hsieb jghaqqad il-kitbiet ta' qabel biex it-taghlim jingabar fi ktieb wiehed. Isidoro Isolari ghamel trattat ta' Teologija Guzeppina fis-seklu hmistax: "Summa de Donis S.Joseph".

AKtar studju fuq dan il-qaddis insibu f;dawn l-ahhar sekli. Fit-8 ta' Dicembru ta' l-1870, San Guzepp gie iddikjarat Patrun tal-Knisja Universali u giet maghzula il-gurnata ta' 19 ta' Marzu, biex tkun iddedikata lilu. Dan sar mill-Beatu Papa Piju IX. Fuq San Guzepp kitbu wkoll San Piju X, Papa Benedittu XV, Piju XI u Piju XII. Il-Papa Piju XII iddedika l-ewwel ta' Mejju lil San Guzepp bhala Patrun tal-Haddiema. Il-Beatu Gwanni XXIII, fid-9 ta' Mejju 1960, kien qal li San Guzepp huwa l-ezempju, il-mudell li jsolvi l-problemi taghna tax-xoghol u fl-ittra tieghu tad-19' ta' Marzu 1961, dan il-qaddis gie meqjus bhala dak li jhares il-Koncilju Vatikan II.                        

Fit-Testment il-Gdid                                                                           

Skond San Mattew (Kap.1,v.20,) San Guzepp gej mir-razza ta' David. Ukoll skond San Luqa (Kap.2,v.4) jidher car li Guzeppi gej minn din ir-razza. Skond San Mattew (Kap.1,v16) missieru huwa Gakobb, u skond San Luqa (Kap.3,v 23). Gheli huwa evidenti li missieru huwa kif qal San Luqa, Gheli, ghax dan qaluh in-nies ta' Gerusallem stess. Kien il-Kustodju msejjah minn Alla biex jiehu hsieb lil Gesu u lil Marija. Kien ragel zghazugh qaddis u mhux xih kif huwa pprezentat f'hafna stampi u statwi tieghu. L-artisti jpinguh xih biex tidher izjed il-Verginita ta' Marija. Ghalkemm kienu mizzewgin, it-tnejn baqghu vergni. (Matt.1,v. 18-21)
San Guzepp huwa l-Missier legali ta' Gesu. La Marija hija ommu vergni, hekk ukoll Guzeppi huwa Missieru Kast. Missier ghax ir-ragel ta' Omm Gesu, u kast ghax ma kellux x'jaqsam ma' l-Inkarnazzjoni. San Guze[pp jissemma wkoll meta mar ma' Marija l-Egittu biex isalvaw lil Gesu u meta Gesu intilef fit-tempju u wara tlett ijiemsabuh. Xejn izjed ma' nafu fuq il-hajja ta' Guzeppi. Kieku kien ghadu jghix meta Gesu miet fuq is-salib, kieku ma kienx jghid lil Gwanni biex jiehu hsieb lill-Madonna.                                                                                   

Spiritwalita                                                                                      

Il-Vangelu jesprimi l-qdusija ta' dan ir-ragel b'kelma wahda li kien "Gust" (Matt.2,v 19).
Allura kien innocenti, pur, kast, virtuz. Rett, mimli setgha biex jeghleb il-passjonijiet tieghu, u kellu bilanc tajjeb bejn dak li hu uman u dak li hu Divib. Kellu fidi qawwija u dan narawh fit-twemmin tieghu lejn martu li ma hargitx tqila minnu. Il-Fidu u t-tama offrewlu ferh, ottimizmu u mhabba. L-imhabba ddominatlu hajtu.                  

Iz-Zwieg Ebrajk                                                                           

Iz-zwieg ma kienx isir bhalma nafuh ahna. Iz-zwieg kien jinvolvi principalment lil missirijiet ta' l-gharajjes. Jekk il-missier ikun mejjet, jigi involut l-iben il-kbir. Ir-rabbi iffisaw l-eta minima li fiha wiehed ikun jista jizzewweg. Tnax il-sena ghall-bniet u tlettax ghas-subien. L-gharajjes kienu jigu mlaqqghin mill-genituri. Missier l-gharus kien jaghti  certa somma lil missier l-gharusa (tissejjah mehar) ghax peress li issa, l-familja ta' l-gharusa tkun se titlef persuna utli ghax-xoghol, l-gharus ipatti ghal dan it-telf permezz tas-somma moghtija.
Go Elfavtina, l-Egittu, instab dokument ta' firma taz-zwieg ta' tnejn min nies li jghid hekk: "Hija l-mara tieghi u jien zewgha, mil-lum ghal dejjem". Anke San Guzepp kien iffirma l-patt tieghu hekk biex jiehu l-Marija. Mal-firma tal-kuntratt ix-xebba ssir gharusa tar-ragel li hadd hlief il-mewt ma tista tifridha minnu. Izda skond id-drawwa Ebrajka, iz-zwieg kien ikun komplut meta r-ragel ihalli d-dar tal-genituri tieghu u jinghaqad ma' martu; dan kien isir xi sena wara l-firma tal-kuntratt. Il-festa tat-tieg komplut tiehu xi gimgha u tibda billi l-gharusa tmur f'dar l-gharus. Din tidhol b'mant fuq wiccha li jitnehha mill-gharus fil-kamra taz-zwieg. L-gharusa tkun ikkumpanjata minn hafna xebbiet li fil-Vangelu jissejhu vergni (Matt.25, v.1-13) u dawn joqghodu jkantaw kant ta' mhabba. Anke l-gharus u l-gharusa kienu jridu jkantaw u skond il-profeta Geremija l-kant ta' l-gharajjes kien l-izjed mistenni.
Meta l-Madonna harget tqila kienet ghadha ghamlet biss l-ewwel pass taz-zwieg. U dan jispjegah car hafba San Mattew (Matt.1,v.18) li kiteb id-drawwiet Ebrajki bla ma spjegahom. U jkompli San Mattew (Matt1,v.24) "U qam kif qallu l-anglu tal-Mulej u ha lil martu ghandu".
U issa li rajna l-kobor ta' dan il-qaddis xieraq naraw ghala llum huwa prottetur u patrun ta' diversi kategoriji ta' nies.                                                                   

San Guzepp - Patrun ta' Kulhadd                                               

Protettur tal-Vergni                                                                          

Hija haga sabiha li San Guzepp ikun il-prottetur tal-Vergni. L-innocenza ta' Gesu u l-mara bla mittiefsa kienu protteti minnu. San Frangisk de Sales jghid, "Il-purita ta' dan il-qaddis hija aqwa minn ta' l-angli, ghax bhalma x-xemx tkomlpi ssebbah il-bjuda tal-gilju bir-raggi taghha, ghal ftit jiem, hekk ukoll Guzeppi, mhux ghal ftit jiem biss izda ghal tletin sena shah, gie msebbah bir-raggi tax-Xemx tal-Gustizzja li hu Gesu, u tal-Qamar misterjuz li ha r-raggi mix-xemx, jigifieri l-Madonna". Dan zgur igeghilkom tkabbru d-devozzjoni lejn dan il-Qaddis hekk pur.                             

Prottetur tal-Familja                                                                   

Jekk il-pedament tad-dar mhux sod, id-dar facli tiggarraf. Jekk il-pedament taghha mhux sod, is-socjeta tkun bla sinsla. Il-Pedament tas-socjeta hija l-familja.
L-infedelta fiz-zwieg minn dejjem kienet tezisti, imma llum saret haga komuni ferm. Iz-zwieg qeghdin inqisuh bhala xi avventura. Imissna nisthu! Kemm il-darba smajna bi rgiel mizzewga li jmorru ma' nisa ohra, jew nisa mizzewgin li jmorru ma' rgiel ohra. Lanqas rispett lejn uliedhom ma jaghtu xi kultant, basta jiehdu pjacir huma. Nixtieq nigbed l-attenzjoni wkoll biex nghid illi l-imhabba mhux ta' min joqghod jilghab maghha. Din bhall-bahar, zaqqu ratba u rasu iebsa. Jekk tilghab maghha taghmilhielek, imbaghad zgur jinqalghu problemi.kbar illi b'xejn ma' ssolvihom.
Ghalhekk il-familja trid lil xi hadd biex jindukraha. U min hu izjed ta' ezempju mill-Qaddis San Guzepp. Intom rgiel mizzewga u ommijiet, jekk tridu li t-tfal taghkom jitilghu tajjeb, jekk tridu li fil-familji taghkom tirrenja l-paci u l-imhabba, poggu l-protezzjoni tal-familja taghkom taht San Guzepp, bhalma Alla pogga l-Familja Mqaddsa taht il-harsien ta' dan il-Qaddis. "Quem constituit Dominus super familiam Suam".                                               

Patrun tal-Haddiema                                                               

Kif jaf kulhadd, dan il-Qaddis kien mastrudaxxa, skond kif jghidu l-kittieba tal-Kotba Mqaddsa. Ghalhekk gie maghzul biex ikun il-Patrun tal-haddiema, ghax huwa mudell li ta' min wiehed ikun jixbhu. Ghex hajja ta' fidi kbira. Dan narawh minn kif hemm miktub fil-Vangelu.
Illum bosta mill-haddiema, forsi mhux tort taghhom, jippreferu joqghodu jahdmu l-gimgha kollha bis-Sibt u l-Hadd, u forsi ssib min jaghmillek sahra zejda, meta x-xoghol jitlob is-sahra. Min ma jkunx jista' jaghmel sahra, jipprova jsib xi part-time job. Ghalkemm il-flus huma importanti ghall-familja, wiehed irid joqghod attent li ma jmurx iwarrab lill-familja u jippreferi l-flus.
Hawn hafna kazi ta' familji mifrudin sempliciment minhabba f'dan il-punt. San Guzepp ma kellux reghba ghall-flus, harstu kienet li jghajjex lill-familja tieghu. Il-haddiema llum iridu jitghallmu jghaqqdu t-talb max-xoghol.        

Patrun tad-Djar Religjuzi                                                          

Huwa xempju tal-poverta, kastita u ubbidjenza. Il-familja Mqaddsa hija mudell tal-fraternita ta' hajja religjuza. Hafna djar Religjuzi poggew lil San Guzepp bhala missier taghhom. Dan il-Qaddis huwa l-Patrun ukoll ta' l-iskejjel Insara li jedukaw liz-zghazagh u t-tfal. Kien jindokra 'l-ibnu b'imhabba kbira, li mhux se jinsa lilna li b'herqa u b'fiducja qeghdin insejhulu biex jindukrana.
Hafna nies illum m'ghadhomx paxi f'qalbhom ghax ma jhobbux bis-serjeta, isibuha difficli biex jobdu dak li forsi ma tantx idoqqilhom f'widnejhom, u m'ghandhomx ghaqda fil-familja taghhom.
San Guzepp kien ragel pacifiku ghax kien jaf ihobb, jobdi u kellu l-ghaqda fil-familja tieghu. Fil-fatt, jekk naqraw il-passaggi tal-Bibbja fejn jissemma San Guzepp, nindunaw li dan dejjem obda dak li talbu Alla. Hares il-familja li kienet fdata lilu b'serjeta kbira. u dejjem oserva l-ligi Lhudija.                                                     

Patrun ta' l-Agonizzanti                                                    

Kien missier puttativ ta' Kristu, li harsu, helsu mill-mewt ta' Erodi. Hu jhares u jehles lina bl-istess mod, mill-qerda infinita ta' l-infern, jekk ahna nirrikoru lejh bl-akbar fiducja. Hu miet mewta qaddisa ghax hdejh kien hemm Gesu u Marija.
Ghalhekk huwa jidhol ghalina fis-siegha ta' mewtna biex hdejna wkoll ikun hemm Gesu u Marija.

Awtur: Patri Martin Mamo

28 ta' April: San Pietru Chanel

San Pierre Chanel twieled f'Couet, fi Franza fl-1803. Bhat-tfal kollha, Pierre kien ihobb hafna jilghab ma' shabu u fost il-loghob tieghu kien hemm dik li jimita lill-qassisin. Shabu kienu jiehdu pjacir joqoghdu jisimghu l-priedki tieghu. Il-familja Chanel kienet familja ta' bdiewa u Pierre ta' 7 snin diga` kien jghin fix-xoghol tar-raba'. Kien jiehu hsieb ukoll ta' l-annimali li kellhom. Qabel ma jerhilha ghall-ghelieqi kull filghodu, ommu dejjem kienet tistaqsih jekk kienx qal it-talb ta' filghodu u mbaghad taghtih il-lunch. Hekk kien jitlaq ferhan lejn l-ghelieqi flimkien mal-kelb tieghu li kien jghinu jiehu hsieb l-imriehel. Meta kien jasal il-hin ta' l-ikel kien dejjem jaghti mill-ikel tieghu lil dak il-kelb li tant kien ghal qalbu.

F'Couet ma kienx hemm skola izda fix-xitwa meta l-hidma fl-ghelieqi kienet tbatti, kien imur fl-eqreb skola, xi 3 mili 'l boghod mir-rahal. Kellu 7 snin meta beda jmur l-iskola. Ghall-bidu sabha iebsa izda iktar tard tghallem jikteb u jaqra sew. Meta Pierre kien jirgha l-imriehel, sikwit kien jghaddi mir-rahal ta' Cras. Il-kappillan tal-post spiss kien jinnutah u ntlaqat mill-generozita` u s-sincerita` tieghu. Darba sejjahlu u staqsieh jekk kellux ix-xewqa li jsir qassis. Pierre wiegbu li dik kienet l-akbar xewqa tieghu. Il-kappillan hatfu fil-kelma u mar ghand il-genituri tieghu li min-naha taghhom kienu kuntenti hafna b'din ix-xewqa ta' binhom. Pierre beda jattendi l-iskola primarja ta' Cras u l-kappillan innifsu kien jghallmu l-Latin. Kellu hdax -il sena.

Ta' sittax -il sena dahal is-sekondarja. Kien student serju, attent u popolari u mahbub hafna minn shabu. Kien dejjem ferriehi u generuz. Hames snin wara dahal is-seminarju. Ordna qassis ta' 24 sena. Sab ruhu f'parrocca batuta hafna u fit-tliet snin li ghamel bhala kappillan, Fr Pierre rega' qajjimha mill-gdid. Kien ihobb b'mod specjali lit-tfal. Kien jghallimhom il-katekizmu bl-akbar hegga u t-tfal qatt ma kienu jixbghu jisimghuh. F'dak ir-rahal ma kienx hemm skola u Fr Pierre habrek u fetah tnejn, wahda ghas-subien u ohra ghall-bniet.

Izda mohhu kien fuq il-hidma missjunarja. Fl-1831 dahal patri ma' ordni gdid maghruf bhala s-Socjeta` ta' Marija li kien jaghmel hafna hidma missjunarja. Fl-1836 is-Socjeta` giet afdata il-missjonijiet fil-gzejjer tal-Pacifiku. Patri Pierre nghazel superjur ta' grupp ta' patrijiet li kellhom imorru jxandru l-Vangelu f'dawn l-artijiet. Wara vjagg iebes ta' ghaxar xhur, il-grupp inqasam u Patri Pierre mar fil-gzira ta' Futuna. Il-pagani tal-post u s-sultan taghhom Niuliki ghall-ewwel laqghuhom tajjeb. Izda dawn in-nies kienu ghadhom primittivi hafna. Kienu sahansitra saru kannibali wara li guh kbir kien hakem il-gzira taghhom.

Ftit taz-zmien wara, meta l-missjunarji tghallmu l-lingwa u kisbu l-fiducja tan-nies, is-sultan beda jghir u jibza'. Beda jibza' li l-fidi Nisranija kienet se ttelliflu l-privileggi tieghu bhala qassis il-kbir u sultan. Fl-ahhar, meta ibnu wera x-xewqa li jitghammed, is-sultan intela' b'rabja kbira u baghat xi nies biex joqtlu lill-patri. Fit-28 t'April 1841, tliet snin wara l-wasla tieghu, tliet irgiel dahlu fl-gharix tieghu, wiehed tah daqqa ta' bastun fuq mohhu, iehor dahhallu vlegga u l-ahhar wiehed qasamlu rasu b'daqqa ta' mannara. Ta' 37 sena sar l-ewwel martri tal-kontinent ta' Oceanja. Ghalkemm lilu qatluh il-fidi Nisranija ma mititx mieghu kif kienu hasbu l-ghedewwa tieghu, tant li f'hames snin in-nies kollha ta' Futuna saru Kattolici. Id-demm imxerred ta' Patri Pierre Chanel kien sar zerriegha ta' Insara godda. Il-Papa Ljun XIII iddikjarah Beatu u Protomartri tal-Oceanja fl-1889 u l-Papa Piju XII iddikjarah qaddis fl-1954.

4 t'Awissu: San Gwann Maria Vianney

Maghruf mad-dinja kollha bhala l-“Kurat t’Ars”, San Gwann Marija Vianney twieled nhar it-8 ta’ Mejju 1786 f’Dardilly, ftit mili ‘l boghod minn Lyons fi Franza. Ta’ 27 sena dahal is-seminarju izda billi ma setax jaqbad il-Latin ma setax jifhem x’kienu jghidu l-ghalliem jew iwiegeb ghall-mistoqsijiet taghhom. Wara l-ewwel term talbuh jitlaq. Kien imdejjaq u dizappuntat ghall-ahhar. Qassis li ghenu hafna f’hajtu, Dun Balley, ghenu jkompli jistudja. Imma Vianney wehel fl-ezami ta’ qabel l-ordinazzjoni. Izda f’ezami privat li sarlu hareg car li l-kwalitajiet morali tieghu kienu jpattu bil-kbar ghal kull nuqqas li seta’ kellu fil-memorja jew fil-hila akkademika. Gie ordnat qassis fl-1815. Tliet snin wara ghazluh kappillan ta’ Ars, rahal imwarrab, fejn il-fama tieghu ta’ konfessur u direttur tal-erwieh ghamlitu maghruf mad-dinja kollha.

Ghall-Knisja fi Franza Ars kien qisu s-Siberja. Meta baghtu Ars, il-Vigarju Generali qallu: “Ma tantx hemm imhabba f’dik il-parrocca - inti trid titfa’ xi ftit fiha.” L-ewwel ma pprova jaghmel kien li jibni kuntatt mal-merhla tieghu. Dahhalha f’rasu li jzur kull dar fil-parrocca. Kien jimxi fl-ghelieqi, dejjem bil-brevjar f’idu u bil-kappell (li kwazi qatt ma kien jilbsu) taht ghabtu, jitkellem mal-bdiewa fuq l-ghalqa, it-temp, il-familja biex jirbah ir-rieda tajba taghhom. Fuq kollox kien jitlob hafna. Il-hajja tieghu kienet wahda ta’ penitenza kbira. Is-sodda tieghu kienet l-art ghax malli wasal Ars qabad is-saqqu u tah lil xi hadd dil-bzonn. Kien idum bla ikel ghal hafna granet. Il-ftit ikel tieghu kien patata, kultant bajda mghollija u speci ta’ kejk catt iebes maghmul minn dqiq, melh u ilma. Izda dan il-faqar kien izommu ghalih. Id-Dar t’Alla  riedha sabiha. Beda billi bi flusu xtara artal gdid u hu nnifsu zeba’ l-hitan tal-knisja. Tal-hwienet kienu jibqghu mbellhin jaraw qassis liebes suttana zmattata, zarbun goff u kappell qadim, jordna l-iktar oggetti ghaljin mill-hwienet taghhom. L-aqwa biss kien tajjeb bizzejjed ghall-knisja ta’ dan ir-rahal zghir.

Fiz-zmien ta’ wara r-Rivoluzzjoni Franciza, l-injoranza religjuza kienet fl-aqwa taghha. Il-Kurat ghamel minn kollox biex jiggildilha. Izda l-priedki kienu ta’ prova kbira ghalih: il-memorja tieghu  kienet batuta wisq. Kien iqatta’ ljieli shah fis-sagristija zghira tieghu jipprova jitghallem bl-amment l-omelija tal-Hadd. Gieli dam 7 sighat biex jitghallimha. L-omelija kien iwassalha b’hegga kbira, hafna drabi b’vuci u b’ton gholi, b’tali mod li kien ikun ghajjien mejjet meta jasal fi tmiemha. Darba meta staqsewh ghaliex kien jghajjat hafna waqt li jippriedka wegibhom li “meta nippriedka nkun qed inkellem lil nies li jidhru torox jew reqdin, izda fit-talb nitkellem ma’ Alla li mhuwiex trux.” Kuljum fis-sitta ta’ filghodu kien ilaqqa’ t-tfal fil-knisja biex jghallimhom il-katekizmu. Hadem kemm felah u rnexxielu li jipperswadi lin-nies iqaddsu l-jum tal-Hadd li qabel ma wasal hu kien jum ta’ xoghol bhall-granet l-ohra. Il-Kurat fetah skola b’xejn ghall-bniet li iktar tard saret boarder. Iktar tard beda jdahhal biss tfal abbandunati bhala boarders. L-ikel kien jigi bil-Providenza.

Imdorri bl-ehrex penitenzi, ibbumbardjat b’eluf ta’ penitenti u attakkat mix-xitan (tant li darba haraqlu s-sodda), dan il-qaddis kbir wera pacenzja kbira. Kien jaghmel l-ghegubijiet, fosthom li johrog ix-xjaten min-nies, kien mahbub mill-folol, izda baqa’ jzomm semplicita` tat-tfal. Darba  l-isqof wasal bla mistenni f’Ars u libbes il-muzzetti ta’ kanonku lill-Kurat li xejn ma hassu komdu bih u l-hin kollu jissielet biex inehhih. Ma ghaddewx wisq granet qabel ma bieghu u kiteb lill-isqof biex jirringrazzjah ghax daqshekk kellu bzonn flus biex ilesti opra tal-Knisja. Jibqa’ meqjus sal-gurnata tal-lum bhala x-xbiha hajja tal-qassis umli marbut biss mal-Qalb ta’ Gesu`.

Kien jisma’ l-qrar ta’ nies minn mad-dinja kollha ghal 16-il siegha kuljum. Hajtu kienet mimlija b’opri ta’ karita` u mhabba. Anke midinbin kbar kienu jikkonvertu sempliciment bil-kelma tieghu. Ir-rahal minsi ta’ Ars sar maghruf ma’ kullimkien bl-eluf ta’ pellegrini li bdew gejjin, tant li kellu jitwaqqaf booking office specjali f’Lyons biex jikkontrolla t-traffiku lejn dan ir-rahal zghir. Izda il-Kurat kemm -il darba kien ittentat li jhalli Ars. Sforz l-umilta` tieghu kien ihossu li ma jisthoqqlux ikun kappillan. Halla r-rahal tliet darbiet izda dejjem rega’ lura. Fl-1851 talab lill-isqof biex jirrizenja. Kien jghid: “Ma tafx x’jigifieri tghaddi mill-kura tal-erwieh ghat-tribunal ta’ Alla.

Miet fl-4 t’Awissu 1859 u gie kanonizzat fl-1925 mill-Papa Piju XI u erba’ snin wara fil-festa tieghu ntghazel mill-Knisja bhala l-qaddis patrun tal-qassisin.

9 t'Awissu: Santa Edith Stein (Santa Tereza Benedetta tas-Salib)

minn kitba ta' Patri Piju Sammut

"Ghanja fil-gherf u fil-kuragg!" Dawn kienu l-kliem li uza Papa Gwanni Pawlu II biex jaghti definizzjoni ta' Edith Stein - is-soru Terezjana li giet maqtula fil-kamp tal-koncentrament f'Auschwitz fl-ahhar gwerra dinjija u li l-Hadd 11 ta' Ottubru se tigi kanonizzata fil-Pjazz ta' San Pietru.

Min hi din il-mara? X'inhu s-sigriet taghha? Kif tista' tghina halli nghixu hajja isbah?

Hajja f'familja Lhudija

Edith Stein twieldet fil-1891 gewwa familja Lhudija li kienu ghadhom kemm emigraw minn Lublinitz, l-Polonja minhabba x-xoghol. Siegfried Stein kien jinnegozja fl-injam. Dak in-nhar li twieldet kien Jum It-Tpattija - il-Jum li fih l-Lhud jiccelebraw festa importanti : Alla jsaffi l-poplu tieghu mid-dnubiet kollha u bhala sinjal ta' dan, bodbod jigi offrut lill-Jahweh u bodbod iehor jigi mitluq fid-dezert wara li l-Qassis ikun stqarr fuqu l-hazen kollu ta' ulied Izrael. Interessanti!

L-ugiegh deher kmieni fil-hajja taghha. Missierha miet meta hija kellha sena u nofs minhabba xemxata li ha fuq ix-xoghol. Ommha hadet f'idha x-xoghol tar-ragel. Edith, iz-zghira minn sitta hajjin, kellha karattru difficli. Rasha iebsa jekk ma tghaddix taghha kienet taghmel xenati kbar. Kienet ukoll brava hafna, tant li kienet tixrobhom il-kotba. Minn mindu kienet ckejkna, kienet tip li trid tifli kollox u ma toqghodtx kwieta qabel ma tasal ghall-gheruq tal-affarijiet.

Ghalkemm l-ambjent tal-familja kien religjuz hafna, u ommha kienet mara devota, meta kellha tlettax il-sena Edith hasset li ma ghandhiex titlob aktar ghax ma baqghetx temmen f'Alla. Baqghet hekk ghal aktar minn tmien snin.

Intant l-iskola kienet sejra tajjeb hafna. Ta' dsatax il-sena, dahlet fl-Universita tal-belt fejn kienet tghix - Breslau. Minn hemm ghaddiet ghall-Università ta' Göttingen. Mill-psikologija ghaddiet ghall-filosofija. Kienet wahda mill-ftit nisa li kienu jmorru l-Università dak iz-zmien. Hawnhekk iltaqghet ma' Edmund Husserl, filosofu importanti tal-bidu tas-seklu. Dan Husserl kien beda moviment shih ta' hsieb li kien jinsisti fuq il-fatt li jezistu veritajiet oggettivi. Fil-hajja mhux taghmel dak li trid u dak li joghgbok, bhallikieku l-kriterju li jmexxini hu l-pjacir jew mohhi, imma hemm verità akbar u barra minni, li tiddetermina l-moralita tal-haga fiha nnifisha. Edith hassitha f'postha f'dan l-ambjent. Kellha mohh filosofiku u analitku qawwi. "It-tfittxija tas-sewwa hi l-passjoni wahdanija tieghi! "

Hawnhekk tiltaqa' mal-Professur Max Scheler. Lhudi li ikonverta ghall-Knisja Kattolika, dan ibbaza l-filosofja kollha tieghu fuq il-fidi. Hija l-fidi fi Kristu li tghamilna bnedmin. Dan ir-ragunament ixxokja lil Edith li kienet ghadha thoss lil Alla l-boghod mis-sistema mentali taghha. "Nies li kont nghamilha maghhom ta' kuljum, nies li jiena kont nammira, kienu qed jghixu f'din id-dinja gdida..."

Intant fil-1914 faqqet l-ewwel gwerra dinjija. Flimkien ma' xi whud minn shabha, Edith marret tghin bhala nurse tar-Red Cross gewwa sptar fl-Austrija. Ommha qaltilha car u tond li ma ridithiex tmur "ghaliex dawn is-suldati mhux biss huma morda imma huma mimlija qamel." Edith ddecidiet : "Mela immur bla permess tieghek!" Rieda ta' l-azzar li ma tinzel ghal ebda kompromess fejn tara car...

Imhabba b'Imhabba

Fil-1917 tmur wara l-professur 'taghha' Husserl fl-università ta' Freiburg. Mhux talli hekk, talli dan Husserl impressjonat bl-intelligenza taghha u bil-karattru taghha ("Kollox fiha hu veru" stqarr darba ma' siehbu) jahtarha assitenta tieghu. Intant iggib id-dottotat fil-filosofija bit-tezi taghha fuq l-mod kif ahna nhossu l-ugiegh ta' l-iehor - "The Problem Of Empathy".

L-istess sena imut fil-gwerra, il-habib taghha Adolf Reinach. Meta hija marret biex tirranga u tigbor il-karti ta' dan l-professur assistent maghha, baqghet imbelha bl-attegjament seren tal-mara zghazugha tieghu, Anna. Stenniet li se ssib mara rassenjata u mfarrka. Issib mara mimlija tama fis-setgha tas-Salib : "dan ifejjaq u jaghti l-hajja lil kulhadd." Dan kien l-ewwel xaqq serju fil-sur tan-nuqqas ta' fidi taghha.

Erba' snin wara dan is-sur iggarraf ghal-kollox. Kienet ghand il-hbieb taghha Theodor u Hedwig Conrad-Martius. Dawn hargu ghal-lejl u hija u tqalleb il-kotba li kellhom fl-istudju taghha, qabdet il-Ktieb tal-Hajja miktub minn Santa Tereza ta' Gesù. Baqghet imsammra. Kompliet taqra sa' sbih il-jum. Malli spiccatu, stqarret : "Din hi l-verità!" Fl-ahhar sabet dak li kienet ilha s-snin tfittex...

Hames xhur wara, fl-ewwel tas-sena 1922, Edith tghammdet fil-Knisja ta' San Martin gewwa Bergzabern. Ghazlet Tereza bhala isimha l-gdid! Kellha tletin sena. Malli ommha saret taf, infaqghet tibki. "Ma rrid nghid xejn kontra tieghu (Gesù)," qaltilha. "Forsi kien ragel tajjeb. Imma ghaliex ghamel lilu nnifsu Alla?!" Edith kellha tghix il-fidi taghha wahedha. Wahda biss minn hutha, Rosa, aktar tard saret nisranija.

Hafna minna jsibu s-sodda mifruxa. Jitwieldu u jikbru insara bla ma qatt japprezzaw dak li ghandhom. Edith kellha tfittex. Fittxet u sabet. X'sabet? Sabet li Alla biss jaghti sens lill-hajja. Sabet f'Gesu Kristu xi hadd li jista' jimla' l-qalb. Tant li mill-ewwel wara l-maghmudija xtaqet tidhol soru tal-klawsura. Meta tkun sibt tezor, tkun tixtieq tghozzu!

Imma d-direttur taghha, il-Kanonku Schwind, ta parir li ahjar l-ewwel issir midhla sewwa tal-hajja nisranija. Bdiet tghallem f'kullegg tal-bniet gewwa Speyer u fl-istess hin taqleb ghal-Germaniz ix-xoghlijiet tal-Kardinal Newman u tal-Patri Teologu Dumnikan San Tumas ta' Akwinu. Kompliet tikteb ukoll, u saret midhla sewwa tal-problematika tal-mara. Il-mara, kienet tirraguna Edith, ghandha vokazjoni differenti minn dik tar-ragel. Hi mibnija halli tkun omm, vergni u siehba. Ghalhekk l-edukazzjoni tal-bniet ghandha tkun differenti, aktar taqbel mal-kwalitajiet distinti tal-mara. L-istess fuq ix-xoghol. Il-mara ghandha tghix hajjitha ta' mara li hi. Il-mara taghder aktar u thoss aktar. Kelma qawwija hafna anke illum fejn insibu kultura shiha li trid taghmel mill-mara ragel, kultura li dahlet il-mewt fil-guf tal-omm.

Bdiet tircievi hafna inviti halli titkellem f'diversi lagqhat u seminars. Il-mod profond u originali kif kienet tipprezenta l-vokazzjoni tal-mara nisranija fis-socjetà kontemporanja kien jimpressjona. Sabet ruhha titkellem f'hafna ibliet l-Germanja, l-Austrija u l-iSvizzera.

Tahdita Bil-Lejl

Fil-1933 Adolf Hitler lahaq Kancillier tal-Germanja. Il-persekuzjoni, l-ewwel fina u mohbija u imbaghad kattiva u miftuha kontra l-Lhud issa qabdet ritmu aktar sfrenat. Il-bibien kollha bdew jinghalqu ghall-Edith. Ghalkemm ixxukjata u mugugha hafna minhabba din is-sitwazzjoni politika, Edith rat f'dan ukoll l-id providenzjali ta' Alla. Indunat li Alla qed isejhilha halli bhal Regina Ester tirriskja hajjitha ghal-gensha. Indunat ukoll li issa tista' twettaq il-holma li kienet ilha ggor hdax il-sena. Issa setghet tidhol Soru Terezjana.

Il-hajja gdida taghha fil-Karmelu ta' Kolonja, l-Germanja kienet tahlita ta' ferh u taqbida. Ferh ... "xi mindaqqiet tant kienet tidhak bil-qalb, li d-dmugh kien jinzel minn ghajnejha." Taqbida ghaliex ma' kienet imdorrija issajjar, tnaddaf u tahsel! Mhux facli tibdel l-orjentament ta' hajtek ta' erbghin sena.

Imma kienet kuntenta. Il-provincjal talabha tkompli tikteb. U hija hekk ghamlet. Interessanti ghal min 'ghandu ghajnejn biex jara' hu l-fatt li l-ahhar ktieb taghha jismu : Ix-Xjenza tas-Salib. Studju fuq San Gwann tas-Salib. Is-salib hu l-alfabet tan-nisrani. Hu biss jghamlek nies. Fil-vestizzjoni hadet l-isem ta' Swor Tereza Benedetta tas-Salib jew Swor Tereza Imbierka mis-Salib.

Il-Germanja kompliet sejra fil-programm taghha li tohloq it-tielet saltna. F'dan ir-Reich ma kienx hemm post ghal-Lhud u ghad-dghajfa. Il-Lhud bdew jigu deportati, hwienet maghluqa, drittijiet michuda. Biex tevita hafna inkwiet lis-sorijiet shabha, fil-bidu tas-sena 1938, xi hbieb tal-kunvent hadu bil-karozza bil-lejl lil Swor Tereza Benedetta gewwa l-Olanda, fil-Monasteru ta' Echt. "Kienet firda iebsa ghal-kulhadd".

Ma haditx hafna zmien halli tidra. Sorijiet godda, spirtu gdid, ambjent ta' hajja gdid. "Dak li qeghdli s-salib fuq dirghajja irnexxielu jghamilhuli hafif u helu!"

It-Tieg tal-Haruf

Imma l-qarnita tan-Nazi ma damitx ma' ppenetrat gewwa l-Olanda wkoll. U anke hawnhekk bdiet 'it-tisfija'. Swor Tereza Benedetta aktar bdiet thoss l-urgenza li toffri lilha nnifisha lil Qalb ta' Gesù bhala tpattja b'risq paci vera. San Pawl kien qal li n-nisrani huwa msejjah "halli jtemm f'gismu dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu ghall-gisem tieghu li hu l-Knisja." Din is-soru Lhudija hasset li din hi l-vokazzjoni taghha. Vokazzjoni ta' mhabba.

Id-daqqa tal-mannara waslet malajr. F'Lulju 1942 fil-knejjes kollha kattolici inqrat Ittra Pastorali miktuba mill-Isqfijet fejn ikkundannaw l-mod barbaru li bih kienu qed jigu ttrattati l-Lhud. Il-Reichskommissar Seyss-Inquart mill-ewwel irritalja. Il-Kattolici-Lhud kollha jridu jigu deportati fi zmien gimgha.

Kien il-Hadd. Filghaxija. Is-sorijiet Terezjani kienu qed jaghmlu s-siegha meditazzjoni li jaghmlu dejjem. Waslu l-SS u arrestaw lil Swor Tereza Benedetta u lill-ohtha Rosa. "Ejja mmorru ghall-gensna!" kienu l-ahhar kliem li qalet fil-Karmelu. Minn hemm tefughhom fuq vagun li s-soltu kienu jgorru l-annimali. Seba' t'ijiem wara waslu kollha Auschwitz gewwa l-Polonja.

Kien filghodu kmieni. Dawk li kienu ghadhom b'sahhithom warbuhom ghax-xoghol iebes u esperimenti tal-medicina. Dawk li kienu dghajfa u morda gaghluhom jinzghu, tawhom hwejjeg ohra u mexxuhom mill-ewwel ghall-gharajjex specjali li kienu mimlijin pajpijiet tal-gas.
L-ahhar xena li rat din is-soru kien l-ugiegh. Mietet iggasjata. Gisimha gie mormi f'fossa komuni!

Kellha hamsin sena.
Fl-ahhar setghet tgawdi "l-Haruf" li tant habbha.

17 ta' Settembru: San Robertu Bellarmino

San Roberto Bellarmino, (1542-1621), qassis u studjuz Taljan, kien wiehed mill-mexxejja ewlenin ta’ dik li tissejjah il-Kontro-Riforma, jigifieri l-hidma biex il-Knisja Kattolika tiggedded, bi twegiba ghall-Protestanti.

Roberto Francesco Romolo Bellarmino twieled f’Montepulciano, fit-Toskana, nhar l-4 ta’ Ottubru 1542. Missieru kien magistrat u zijuh kien il-Papa Marcell II. Ghalkemm ma tantx kien tajjeb ghal-loghob, ma’ shabu kien popolari hafna. F’zghozitu kien dilettant kbir tal-muzika u kien ikanta u jdoqq il-vjolin. Izda l-akbar delizzju tieghu kien li jaghmel ix-xbieki ghall-kacca, li kien jiftahar li qatt ma jitqattghu.

Roberto dahal mal-gizwiti u sar qassis fl-1570. Sahhtu kienet tinkwetah hafna u kien ibati sikwit b’ugighat ta’ ras. Darba dahal f’kappella f’Firenze u talab ’l Alla, “Thallinix immut, ghax irrid nghix u nahdem ghal zmien twil ghall-kawza tieghek.” Id-dehra tieghu lanqas ma kienet tigbdek. Kien qasir, imhatteb, rasu kemmxejn kbira u mniehru twil. Lahaq professur tat-teologija fl-Universita ta’ Louvain u kiseb fama ta’ wiehed li jaf jitkellem tajjeb. Ix-xoghol ewlieni tieghu kien id-De Controversiis (Disputi fuq il-Kontroversji tal-Fidi Nisranija) (1568-93). Il-mod kif huwa spjega l-po zizzjoni tal-Knisja kien tant car u jaghmel sens li baqa’ jintuza fis-sekli ta’ wara. Bellarmino qatt ma waqa’ f’tghajjir jew insulti, anzi l-ghedewwa tieghu ammettew kemm kien oggettiv u kemm kien jikkwotahom preciz. Kellu sehem kbir ukoll fir-revizjoni tal-Vulgata, il-Bibbja bil-Latin, li harget fl-1592.

Minkejja dan ix-xoghol kollu huwa kien isib hin biex iqawwi lil shabu u jqarar. Qatt ma nqata’ ghalih wahdu izda kellu diversi hbieb billi kellu karattru helu. Izda s-sigriet ta’ hajtu kienet l-ghaqda li kellu ma’ Alla, specjalment permezz tat-talb. Meta lahhquh Rettur tal-Kullegg Ruman, huwa rari kien johrog minn kamartu biex ikun dispost ghal kulhadd. Hemm kien idur bil-morda b’imhabba ta’ missier. Meta kien jara xi patri ghajjien dlonk kien jibaghtu vaganza u kien jaghmel is-servizz tieghu hu stess. Mieghu nnifsu biss qatt ma wera hniena: kien iqum kuljum fit-tlieta ta’ filghodu biex ikollu aktar hin jitkellem m’Alla, u jsum darbtejn fil-gimgha.

Mahtur kardinal kontra qalbu fl-1599 (in-nies bdew isejhulu “l-{izwita l-Ahmar”), Bellarmino serva ta’ arcisqof ta’ Capua ghal tliet snin, mill-1602 sa l-1605. Wara mar lura Ruma fejn issokta bl-istudji tieghu. Ammiratur tax-xjenzat kbir Galileo, huwa ddefenda d-dritt tieghu li jippubblika l-kitbiet tieghu dwar is-sistema solari. Wara li kien qassam gidu f’hajtu lill-foqra, Robertu miet fqir nhar is-17 ta’ Settembru 1621.

San Roberto Bellarmino kien iddikjarat qaddis fl-1930 u Duttur tal-Knisja s-sena ta’ wara. Jinsab midfun fil-Knisja ta’ San Injazju, gewwa Ruma hdejn il-qabar ta’ San Alwigi, li kien il-Prefett Spiritwali tieghu meta kien fil-Kullegg Ruman. Il-festa tieghu ssir nhar is-17 ta’ Settembru.

22 ta' Settembru: Il-Beatu Vincenz Scicluna Hernandez

Vicente Sicluna Hernandez (1859-1936)

Ø      Twieled f’Valencia, Spanja

Ø      Iben Vicente Sicluna Carmona bin l-emigrant Malti Lawrenz Scicluna Fenech.

Ø      Il-familja tiegħu originat minn Ħal Ghaxaq, Malta.

Ø      Sar qassis fl-1884, wara li ggradwa fl-arti u fit-teologija.

Ø       Fl-1903 inħatar kappillan ħabrieki ta’ Navarres fejn baqa’ sa ma miet.

Ø      Kien jgħaddi sigħat twal quddiem is-sagrament

Ø      Kellu karattru sabiħ u kien jieħu d-dmirijiet tiegħu bis-serjeta

Ø      Kien ġeneruż ħafna, dejjem lest li jgħin lil min iħabbatlu. Kellu attenzjoni specjali għall-morda.

Ø      Kien jgħallem lit-tfal jaqraw u jiktbu, kif ukoll il-Latin.

Ø      Kien predikatur magħruf tant li kienu jsejħulu “fomm tad-deheb”.

Ø      Kien esiġenti ħafna fit-tagħlim tal-katekiżmu, kif irrakkuntaw uħud li rðevew l-ewwel tqarbina mingħandu

Ø      Kien imfittex ħafna għall-pariri spiritwali.

Ø      Xi qassisin kienu jmorru għandu biex jagħtihom pariri dwar l-omeliji.

Ø      Malli Spanja saret Repubblikana, “ħafna nfexxew fih biex juru l-mibegħda tagħhom lejn il-Knisja.”

Ø      Don Vicente, qassis anzjan ta’ 77 sena, ma staħbiex fid-djar tan-nies biex ma jikkomprometti lil ħadd, iżda nħeba f’dar abbandunata.

Ø      Iżda fi sbieħ il-jum tat-22 ta’ Settembru 1936, il-milizzji qabduh waqt li kien ħiereġ minn dik id-dar. Kien safa ttradut minn nies li kien jafdahom.

Ø      Waqt li kien qiegħed jiġi mkaxkar u meħud biex jiġi ffucillat semgħuh ifaħħar lil Kristu. Huwa ġie ffucillat f’Bolbiate, fejn l-għada ndifen fic-cimiterju tar-raħal, wara li l-kadavru tiegħu għaddewh biż-żufjett mit-toroq ta’ Bolbiate.

     Il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjarah beatu nhar il-11 ta’ Marzu 2001, flimkien ma’ 73 martri oħra li nqatlu f’Valencia fl-1936.

 Preżenti all-beatifikazzjoni kien hemm grupp ta’ Maltin minn Ħal Ghaxaq.

      233 Spanish Martyrs Beatified
Largest Number Ever Honored in One Ceremony

VATICAN CITY, MAR. 11, 2001 - John Paul II today beatified 233 martyrs of the 1930s Spanish religious persecution, emphasizing that they died for the faith, not for politics.

It was the most numerous beatification in history. It recalled a 19th-century event, when Pius IX raised 206 Japanese martyrs to the altars. Beatification represents the last stage before a possible canonization.

"They were men and women of all ages and conditions: diocesan priests, men and women religious, fathers and mothers of families, lay youths," the Pope said of the newly beatified. "They were killed for being Christians, for their faith in Christ, for being active members of the Church. According to the evidence in the canonical processes for their declaration as martyrs, before dying, all of them forgave their executioners."

Among the 30,000 pilgrims in St. Peter's Square were many of the martyrs' close relatives, some of whom wept openly during the ceremony.

The Holy Father explained in the homily: "All these new blessed and many other anonymous martyrs paid with their blood the hatred of the faith and Church, unleashed with the religious persecution and outbreak of the civil war, that great tragedy lived in Spain during the 20th century."

"The new blessed raised to the altars today were not involved in political or ideological struggles, nor did they wish to enter these," the Pope emphasized. "They died only for religious reasons."

"Now," he continued, "with this solemn proclamation of martyrdom, the Church wants to recognize in those men and women an example of courage and constancy in faith, aided by the grace of God. They are for us models of consistency with the truth professed and, at the same time, an honor for the noble Spanish people and the Church."

"May their blessed memory remove any form of violence, hatred and resentment for ever from Spanish soil!" the Pope exhorted. 
                          

4 ta' Ottubru: San Frangisk ta' Assisi

Twieled f’Assisi, l-Italja u tghammed bl-isem ta’ Giovanni, fl-assenza ta’ missieru, Pietro Bernardone. Meta dan wasal Assisi wara li rnexxa fin-negozju tieghu fi Franza, bil-ferh li kellu ghas-success li ghamel, semma lit-tifel Francesco. Ghalkemm missieru kien negozjant ghani, Frangisku ftit li xejn ircieva edukazzjoni formali.

Bhala zaghzugh, Frangisku kien jghix hajja tad-dinja u ma kien jimpurtah minn xejn. Meta nqalghet il-gwerra bejn Assisi u l-Perugja, huwa gie maqbud u mizmum bhala prigunier ghal aktar minn sena. Fiz-zmien li ghadda fil-habs, Frangisku sofra marda gravi li wasslitu biex jibdel hajtu. Meta ra kemm gisem il-bniedem hu dghajjef  u kemm ix-xalar u t-tbahrid kien kollu bla sens, Frangisku ddecieda li jiddedika hajtu ghall-ohrajn. Fl-1206 sema’ l-kurcifiss tal-knisja ta’ San Damjan jkellmu u jghidlu biex jibni mill-gdid il-knisja tieghu. Huwa hadha litteralment u beda jirranga l-Knisja ta’ San Damjan li kienet kwazi ggarfet.

Beda jghin lil-lebruzi (imgiddmin) u l-foqra. Il-bidla fil-karattru ta’ Frangisku u l-infiq li kien qed jaghmel ghall-karita`, irrabjaw lil missieru. Dan cahad legalment lil Frangisku bhala ibnu u ghalhekk tilef il-wirt kollu. Frangisku ma ddejjaq xejn, anzi minnufih mar xehet fuqu coqqa fqira u ddedika tliet snin shah ghall-kura tal-lebruzi u ta’ l-imwarrbin fl-inhawi tal-muntanja Subasio.

Frangisku kien devot hafna ta’ Marija. Huw rrestawra l-kappella mgarrfa li kienet ddedikata lil Santa Marija Degli Angeli. Fl-1208, waqt li kien qed jiehu sehem fil-quddiesa, Frangisku sema’ lehen jghidlu biex johrog barra ghall-berah tad-dinja, u skond il-Vangelu ta’ San Mattew (10, 5-14), hu ma kellu jzomm xejn ghalih izda jaghmel il-gid kullimkien.

Meta fl-istess sena rega’ mar Assisi, Frangisku beda jippriedka u fforma madwaru tnax-il dixxiplu. Dawn kellhom ikunu l-ewwel Frangiskani (ta’ l-Ewwel Ordni) -pijunieri ta’ l-ordni li waqqaf Frangisku. Dawn id-dixxipli ghazlu lil Frangisku bhala s-superjur taghhom. Fl-1210 huma vjaggaw sa Ruma u kisbu l-approvazzjoni tar-regola taghhom mibnija fuq il-Vangelu, minghand il-Papa Innocenz III. Fl-1212 Frangisku accetta lil Klara, soru minn Assisi, biex taghmel parti minn din l-ordni gdida. Permezz taghha Frangisku waqqaf l-Ordni tal-Klarissi (jew tan-Nisa Foqra), iktar tard ikklassifikati bhala Frangiskani tat-Tieni Ordni. Frangisku pprova kemm -il darba jmur f’art tal-missjoni. Ippriedka fi Spanja u fl-Egittu izda ma tantx kellu success. Mar ukoll l-Art Imqaddsa, fejn dam sal-1220. Ix-xewqa tieghu kienet li jmut martri ghal Kristu u hass ferh spiritwali meta sema’ li hames patrijiet Frangiskani nqatlu fil-Marokk filwaqt li kienu qed jaqdu dmirhom. Meta mar lura f’pajjizu, Frangisku sab l-inkwiet fost il-patrijiet tieghu. Huwa rrizenja minn superjur u ghadda xi snin ifassal it-Tielet Ordni tal-Frangiskani, it-Terzjarji.

Fil-Milied tal-1223, Frangisku kien fl-eremitagg ta’ Greccio, fejn ghamel l-ewwel presepju haj ta’ Betlem b’persuni u annimali biex ifakkar b’mod li jidher u li jinhass il-faqar u l-umilta` tal-inkarnazzjoni. Nhar is-17 ta’ Settembru 1224, wara 40 jum ta’ sawm, filwaqt li kien qed jitlob fl-gholja La Verna, huwa hass ugigh imhallat ma’ ferh kbir. Fuq gismu feggew il-pjagi, bhal dawk li kellu Gesu` Msallab. Frangisku ttiehed lura f’Assisi fejn ghadda l-bqija ta’ hajtu f’ugigh kbir u kwazi ghama ghal kollox. Kien f’dan iz-zmien li kiteb Il-Kantiku tal-Hlejjaq, li fih ifahhar lil Alla mal u fil-holqien, isejjah lill-bnedmin biex jinghaqdu mieghu f’innu ta’ tifhir mal-holqien kollu, billi jghixu fil-paci u fl-umilta`.

Frangisku temm hajtu fil-knisja zghira ta’ Santa Maria degli Angeli, il-Porzjunkola, nhar it-3 ta’ Ottubru 1226. Il-Papa Girgor IX iddikjarah qaddis fl-1228. Fl-1979, il-Papa Gwanni Pawlu II ipproklama lil San Frangisk bhala l-qaddis patrun tal-ekologisti u l-ambjentalisti. Fl-arti sagra l-emblemi ta’ San Frangisk huma l-lupu, il-haruf, il-hut, l-ghasafar u l-pjagi. Il-Knisja taghmel it-tifkira tieghu fl-4 t’Ottubru. Flimkien ma’ Santa Katerina ta’ Siena, huwa wkoll il-qaddis patrun tal-Italja.

 

 

1 ta' Dicembru: Charles de Foucauld

3. Fit-13 ta’ Novembru 2006 il-Papa Benedittu XVI ibbeatifika lil Charles de Foucauld. Min jaf kemm-il darba wara quddiesa u tqarbina, immeditajna fuq dak li nkunu għadna kif irċevejna bil-għajnuna tat-talba ta’ dan il-Beatu:

 

4. “Missier, f’idejk nintelaq jiena, agħmel minni dak li jogħġbok. Niżżikħajr għal dak kollu li tagħmel bija: jien lest għal kollox, nilqa’ kollox….”

 

5. Min kien dan Charles de Foucauld? Żgur li mhux xi eroj tas-seklu l-ieħor. Kellu karattru li jaf ikun diffiċli, kellu esperjenzi sbieħ u oħrajn qarsa, ħawwad, għamel atti stupidi. Imma min qatt ma ħawwad xi waħda?

 

6. Charles twieled fil-15 ta’ Settembru 1858, fi Strasburgu (Franza), minn Elisabeth u Edouard. Ta’ 6 snin, hu u oħtu Marie, kienu diġà tilfu ’l ommhom u ’l missierhom, u rabbieh nannuh. Aktar ma t-tifel beda jikber, aktar beda jistaqsi kif Alla daħal f’ħajtu b’mod daqshekk krudil. Kien jistaqsi u jwaħħal f’Alla.

 

7. Ta’ 10 snin Charles mar jgħaddi l-vaganzi maz-zija Ines u hemm jiltaqa’ għall-ewwel darba mal-kuġina tiegħu Marie, ta’ 18-il sena. Kuġintu Marie kienet l-aktar persuna li fil-mument qegħda tifhmu, u minnha ra ħafna eżempji tajba. Magħha kien imur għall-quddiesa kull filgħodu, mingħandha kiseb devozzjoni qawwija lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, li aktar tard ikollha influenza deċiżiva f’ħajtu, u kienet hi li wriet lit-tfajjel Charles is-Salib li fuqu kien imdendel Dak li hu wkoll ħassu abbandunat.

 

8. Ta’ 15-il sena Charles irċieva l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma, imma moħħu kien band’oħra. Kien ittieħed mill-entużjażmu patrijottiku li kien ħakem lil pajjiżu f’dik il-ħabta fil-ġlieda tagħhom kontra l-Ġermaniżi li ħakmuhom għal xi żmien.

 

    Bejn l-1874 u l-1876 Charles kien jattendi boarding school immexxija mill-Ġiżwiti. Id-dixxiplina stretta xejn ma ħadmet favur iż-żagħżugħ, u beda jirribella kontra l-osservanza reliġjuża. Għalkemm tajjeb fl-iskola, xorta kien imdejjaq għall-mewt, sakemm il-patrijiet ma felħux aktar u bagħtuh lejn id-dar. Sfortunatament ftit kien hemm min qed jifhmu. Aktar tard f’waħda mill-ittri tiegħu kiteb: “Kont hekk ħieles, hekk żagħżugħ. Ma kienx għad baqa’ traċċa ta’ fidi fija.” Imma lil Alla qatt u qatt ma ċaħdu.

 

9.  Ta’ 18-il sena daħal fi skola militari. Ftit wara, meta Charles kien għadu anqas għalaq l-20, miet nannuh. Charles wiret somma kbira ta’ flus, u issa, il-Logutenet Foucauld taha għall-ħela u għall-pjaċiri kollha li wieħed jista’ jimmaġina - ikel fin, xampanja, tfajliet. Il-kurunell arrestah għal darba darbtejn, sakemm fl-aħħar kellu jissospendieh mill-pożizzjoni militari.

 

10. Waqt tbeżbiża miz-zijiet tiegħu biex jibża’ għal ġidu, Charles stqarr magħhom li xtaq iħalli l-armata biex jesplora l-Marokk. L-Afrika kienet taffaxxinah. Irriżenja mill-armata u ħalla ġidu f’idejn kuġinuh biex jamministrahom hu.

 

11. Fil-Marokk qatta’ 11-il xahar ta’ mixi u vvjaġġar, eluf ta’ osservazzjonijiet, u mapep tal-post. Wara żar ukoll l-Alġerija u t-Tuneżija sakemm ta’ 28 sena reġa’ lura lejn Franza, għajjien u ddiżappuntat bħal qabel, qisu xejn ma jista’ jissodisfalu l-qalb vojta tiegħu.

 

12. Charles kien għadu jfittex lil Alla, dak Alla li qatt ma ħallieh. Darba fil-għaxija fi knisja talab: “O Alla tiegħi, jekk inti teżisti, agħmel li jien nagħrfek.” Hawn jidħol fil-ħajja ta’ Charles figura oħra importanti,

 

13. Fr. Henry Huvelin, bniedem ta’ umiltà u qdusija kbira. Charles għażlu bħala d-direttur tiegħu. Kien Ottubru ta’ l-1886 meta ddeċieda li jmur ikellmu. Mar il-knisja minn kmieni u sab lil Fr. Huvelin fil-konfessjonarju. Charles qerr fit-tul. Kien ilu 13-il sena mbiegħed minn Alla. Mal-kelmiet “Jien naħfirlek dnubietek…,” Charles ħassu mimli b’ferħ u paċi kbir. Huvelin ħeġġu jersaq jitqarben ukoll. Ħassu jerġa’ lura għal tfulitu, l-iben li kien mejjet u reġa’ ħa l-ħajja, kien mitluf u nstab.

 

14. Charles qassam kollox lil tal-familja. Ma riedx aktar rabta ma’ ħwejjeġ ta’ din l-art - “Fil-mument li emmint li kien hemm Alla, fhimt li ma stajt nagħmel xejn aktar ħlief li ngħix għalih.”

 

15. Wara esperjenza mat-Trappisti, erħielha għall-Palestina fejn f’Nazaret kellu jaħdem bħala sagristan f’kunvent ta’ sorijiet Franġiskani fuq il-Muntanja Tabor. “Alla sabli dak li kont qiegħed infittex: faqar, solitudni, xogħol umli, imitazzjoni ta’ Kristu. Kemm jien kuntent. Qalbi issa għandha dak li ilha tfittex għal ħafna snin. Issa li baqa’ mmur il-ġenna.” Darba missjunarju Salesjan staqsieh: “Qed jingħadu ħwejjeġ fuqek. Nixtieq inkun naf jekk humiex veri.”  “Imma għaliex?”  “Jgħidu li int kellek pożizzjoni għolja fi Franza.”   “Jien kont biss suldat bħal ħafna oħrajn.”  “X’inhu s-sigriet tiegħek, Brother Charles?”  “Aktar kemm inqtajt minn kull ma kelli, aktar sibt ferħ.

 

16. Fl-1900, wara li għamel tiegħu il-motto Jesus caritas, imtela b’determinazzjoni li jirċievi l-Ordni Sagri, dak li qabel tant kien ħarab biex jibqa’ moħbi. Ried jimita ’l Ġesù li ħalla l-ħajja kontemplattiva ġewwa Nażaret biex jidħol fid-dinja għall-missjoni ta’ qadi.

 

17. Laħaq saċerdot fid-9 ta’ Ġunju 1901. L-Afrika ma nsiha qatt:

 

18. “Posti hu fid-deżert, hemm nixtieq inkun saċerdot u eremita, għax naħseb li dan ikun għall-ikbar glorja ta’ Alla, anki jekk nibqa’ waħdi, aktar u aktar jekk hu jibgħatli xi aħwa.”

 

19. Hu għażel li jmur l-Alġerija. Wasal Beni Abbes f’Settembru 1901. Sa 3 xhur wara, bil-għajnuna tas-suldati Franċiżi kien diġà bena dar ta’ eremitaġġ u kappella mit-tajn. Hawnhekk sab fedeltà kbira lejn l-Islam, imma ta’ l-inqas kien hemm l-armata. Kien jistedinhom għandu jieħdu xi ħaġa, jiġifieri xi daqxejn tè u xi ftit tamal.

 

20. Il-fqar kienu jiġu ħdejh, minn filgħodu sa filgħaxija, mal-200 kuljum, bejn fqar, morda, tfal, vjaġġaturi, ilsiera u suldati, u jibdew ġejjin mill-4.30am sa ma jidlam. F’kull min hu fil-bżonn, Brother Charles kien jara lil Ġesù Kristu.

 

21. Fl-1905 iċċaqlaq għal Tamanrasset, fl-Alġerija stess, post fqir u iżolat. “Hawn irrid nagħmel ir-rieda ta’ Alla,” kiteb, “u b’eżempju għalija inżomm biss lil Ġesù ta’ Nazaret. Mhux li kien jaqlagħli l-konverżjoni, li jagħmilni bħalma jixtieqni nkun — inħobbu, nobdih, nimitah.” Qalb it-tribù Tuareg, kien isostni ruħu l-aktar bl-Iskrittura, bl-Imitazzjoni ta’ Kristu u b’xi kitbiet oħra ta’ San Tumas t’Akwinu, San Ġwann Kriżostmu u Santa Tereża ta’ Avila.

 

22. Flimkien ma’ sieħbu Musulman, Paul Embarek, għadda l-aħħar snin ta’ ħajtu f’Tamanrasset. Is-Senoussi Libjani, għaqda politiko-reliġjuża Iżlamika, bdew javvanzaw biex jaħkmu kemm jifilħu mid-deżert tas-Sahara. Dalwaqt kien se jiġri d-demm. Charles beda jibni dar, fortizza żgħira, minħabba l-attakki mill-ħallelin.

 

23. Kien l-1 ta’ Diċembru 1916. Taħbita fuq il-bieb tal-fortizza, u Charles ħasbu l-pustier. Imma għarralu. Kienu s-Senoussi. Kaxkruh ’il barra u rabtulu jdejh ma’ saqajh. Żewġ suldati kienu resqin ’l hemm u biex ma joħolqulhomx tfixkil sparawlhom kiesaħ u biered.

 

24. Ma’ l-isparaturi, dak li kien għassa ma’ Charles, inħasad, tfixkel u spara hu wkoll. Hekk miet Charles de Foucauld, b’tir f’rasu. Ma’ l-art tal-fortizza kien hemm il-ktieb tan-noti ta’ Charles. Fuqu nstabu l-kelmiet:

 

25. “O Alla tiegħi, aħfer lill-għedewwa tiegħi, u agħmel li huma jsalvaw.” Anki t-testment tiegħu sabu:

 

26. “Irrid nindifen fejn immut...mingħajr tebut, f’qabar sempliċi, mingħajr irħama, u b’salib ta’ l-injam.” Charles de Foucauld miet kif kien għex: fil-kwiet, la eroj u lanqas martri, assassinat f’mument ta’ konfużjoni.

 

27. Hija l-fidi f’Alla li tiddistingwi l-ħajja ta’ de Foucauld. Hu emmen fil-mudell - Kristu - u fil-ktieb - l-Evanġelju.

 

Links

Ara personaggi ohra kbar ta' zmienna (tas-seklu 20) http://www.freewebs.com/lezzjonijiet/rolemodels.htm

http://www.freewebs.com/qaddisin/

Jekk taqra bit-Taljan idhol ukoll: http://www.santiebeati.it