
Il-fratellanzi kienu jiehdu sehem shih fil-hafna purcissjonijiet li kienu jsiru barra u gewwa l-knisja Arcipretali taghna. Dawk li kienu jsiru gewwa l-knisja kienu jorganizzawhom il-Fratellanzi tas-Sagrament, tar-Ruzarju, tac-Cintura u tad-Duluri. Tas-sagrament kienu jiehdu sehem kull tielet Hadd tax-xahar (‘tat-Terza’). Tar-Ruzarju kienu jaghmlu wahda kull l-ewwel Hadd tax-xahar (‘tal-Prima’), filwaqt li dawk tac-Cintura kienu jaghmlu l-purcissjoni taghhom fir-raba’ Hadd (‘tal-Quarta’). Dawk tad-Duluri kienu jaghmlu gewwa sitta biss. Hawn qed nitkellmu mill-fratellanzi Mostin ta’ sittin/sebghin sena ilu u izjed ukoll.
Insemmu hawn il-purcissjonijiet li kienu johorgu barra u li kienu jiehdu sehem fihom is-sitt fratellanzi. Dawn kienu hmistax, barra l-Gimgha l-Kbira. Sebgha minnhom kienu purcissjonijiet ewkaristici, u kienu jinkludu t-tnejn ta’ nhar Corpus u dawk tal-Hadd u tal-Hamis ta’ l-Ottava ta’ Corpus, tal-Qalb ta’ Gesu`, tat-
Tre Re u ‘tat’Terza’ meta kienet tahbat nhar Santa Marija. It-tmienja l-ohra kienu dawk ta’ Santa Marija, tar-Ruzarju, tal-Ward, tac-Cintura, tad-Duluri, tas-Salib, ta’ San Guzepp u ta’ San Pacifiku. Ghal xi zmien dik tal-Ward inbidlet f’dik ta’ Marija Regina. Kull fratellanza kien ikollha madwar hmistax-il zewg fratelli u wara kull purcissjoni kienu jimxu ghadd ta’ nies sewwa jitolbu, drawwa qaddisa li baqghet, ghalkemm b’nies inqas, fil-ftit purcissjonijiet li ghadhom johorgu barra.
Matul is-sena din is-sezzjoni ha tkun aggornata b'dawn l-attivitajiet gewwa il-Mosta.
L-ahhar purcissjoni ‘Tat-Terza’ ta’ nhar Santa Marija. Il-Hadd, 15 ta’ Awissu 1965
The last procession ‘the Terza’ on
The confraternities used to take part in the many processions held inside and outside
It is worth mentioning the six external processions in which the six confraternities used to take part. These were fifteen apart from the Good Friday procession. Seven of these processions were eucharistic processions and these included: the two processions on the feast of
This section will be continuously updated during the year.
|
Click above for more information. |
|