Sliem Lilek Mimlija bil-Grazzja





Home

Storja

Il-Knisja Parrokjali

Il-Festa u x-Xbihat Titulari

Ritratti

Links

Guestbook

taħt mantarek stkennu missirjietna

 

 

Merħba f’dan is-sit elettroniku dedikat lill-Beata Verġni Marija Annunzjata, Padruna u Omm Ħal Tarxien.

L-għan ta’ dan is-sit hu li jservi ta’ tislima lill-Annunzjata u jagħti ħarsa lejn it-Tempju dedikat lilha miżmum b’għożża kbira mill-poplu ta’ Ħal Tarxien li tul iż-żmien ħa ħsieb jindukrah u jsebbħu dejjem aktar b’opri artistiċi mill-aqwa biex jagħti ġieħ lil Alla permezz ta’ Ommu Marija.

J’Alla dan is-sit ikun turija ċara ta’ l-imħabba ħajja fi qlub it-Tarxiniżi li jqimu lil Marija bħala l-iprem ġilju bajdan tat-Trinità Qaddisa u bħala warda ta’ l-ogħla ġmiel tal-ġenna li minnha ried jitwieled u minnha ried jitgħajjex is-Sultan tas-Sliem, hekk nitolbuha tgħajjex lilna bil-grazzja t’Alla.


Kull korrispondenza għandha tiġi ndirizzata fuq dan l-indirizz: lunzjata@di-ve.com

Grazzi.

 









© Cleavon Vella MMV    

Create a free website at Webs.com