BORMLA
Id-devozzjoni lejn Sant' Andrija f’Bormla hija wahda antika hafna u ilha tezista mit-twaqqif tal-Parrocca. Dan il-fatt kien jixhdu lampier antik li kien thallas minn xi sajjieda sabiex jintuza ghall-artal ta’ Sant’ Andrija li jinsab fil-Kolleggjata ta’ Marija Immakulata. Tajjeb insemmu li gewwa Bormla wiehed isib fratellanza iddedikata lil Sant’ Andrija, li hasbet sabiex ikollha artal sabih u statwa tal-qaddis maghmula fl-injam. Il-pittura ta’ l-artal aktarx li hija xoghol Francesco Zahra, filwaqt li l-istatwa ta’ Sant’ Andrija hadimha l-iskultur Salvatore Psaila.
BIRKIRKARA
Fil-Knisja Bazilika ta’ Sant’ Elena ta’ B’Kara insibu wkoll fratellanza iddedikata lil Sant’ Andrija Appostlu. Din il-fratellanza hasbet sabiex matul is-snin ikollha artal sabih iddedikat lill-istess qaddis. Il-pittura ta’ dan l-artal jinghad li hija ta’ xi alliev ta’ Mattia Preti.
MOSTA
Fil-Mosta insibu kappella antika iddedikata lil Sant’ Andrija. Fl-artal principali tal-Kappella insibu kwadru antik ferm li jirraprezenta lill-Qaddis, aktarx li huwa xoghol ta’ Filippo Dingli. Matul is-snin, meta l-Mosta kompliet tikber, inbena Centru Parrokkjali sabiex jaqdi l-bzonnijiet spiritwali tal-familji ta’ dik iz-zona. Fil-fatt, ic-Centru gie msemmi ghal Sant’ Andrija. Mal-faccata tar-Rotunda tal-Mosta, wiehed jista’ jammira wkoll statwa ta’ Sant’ Andrija mahduma fil-gebel mill-iskultur Marco Montebello. Din saret fi zmien l-Arcipriet Bartilmew Bezzina.
HAL LIJA
Fir-rahal ta’ Hal Lija insibu wkoll Kappella iddedikata lil Sant’ Andrija Appostlu. Xi whud isostnu illi din il-Kappella kienet wahda importanti hafna meta Hal Lija kienet ghadha maghquda mall-matrici ta’ B’Kara. Fil-Knisja Parrokkjali l-antika iddedikata lis-Salvatur, insibu kwadru sabih tal-Qaddis. F’Hal Lija twaqqfet ukoll is-Socjeta’ Sant’ Andrija fl-1880 u din taghti s-sehem taghha fil-festa titulari tas-Salvatur.
ZURRIEQ
Kappella ohra li insibu madwar Malta iddedikata lil Sant’ Andrija hija dik taz-Zurrieq, fl-inhawi maghrufa bhala tax-Xarolla. Din il-kappella antika inbniet fl-1634 u ricentament giet irrestawrata. Il-kwadru tal-qaddis li kien fuq l-artal tal-Kappella jinsab fis-Sagristija tal-Knisja Arcipretali ta’ Santa Katarina V.M. F’din l-istess Knisja, insibu wkoll artal iddedikat lil Sant’ Andrija bix-xbieha tal-Qaddis impittra minn Mattia Preti. Fil-kappella medjavali tal-Lunzjata gewwa z-Zurrieq stess, insibu wkoll affresk li jirraprezenta lil Sant’ Andrija.
M'XLOKK
Il-qima lejn Sant’ Andrija gewwa M’Xlokk ghanda rabta diretta mas-sajjieda. Fil-fatt, thares il-bajja ta’ M’Xlokk insibu statwa mill-isbah ta’ Sant’ Andrija skolpita fil-gebel. Fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Pompei, insibu wkoll artal iddedikat lil Sant’ Andrija kif ukoll statwa ta’ l-istess qaddis.
GHAWDEX
Il-kult ta’ Sant’ Andrija Appostlu fil-gzira Ghawdxija huwa wiehed antik ukoll. Fix-Xlendi, insibu statwa tal-gebel ta’ Sant’ Andrija thares il-bajja. Fir-rahal t’Ghajnsielem, ezattament fil-Knisja l-antika, wiehed jista’ jammira kwadru mill-isbah tal-Qaddis, xoghol ta’ Giuseppe Cali. Fir-Rotunda tax-Xewkija iddedikata lil San Gwann il-Battista insibu statwa sabiha ta’ Sant’ Andrija li giet mahduma mid-ditta ‘Insam & Prinot’ fl-1906. Statwa ohra ta’ Sant’ Andrija tinsab fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Santa Margerita gewwa s-Sannat. Din hija xoghol ta’ Wistin Camilleri.
Meta wiehed isemmi l-gzira t’Ghawdex ma jistax ihalli barra r-rahal tal-Fontana, fejn Sant’ Andrija huwa meqjus bhala t-tieni protettur ta’ dan ir-rahal wara l-Qalb ta’ Gesu’. Fil-fatt, fil-Knisja Parrokkjali insibu artal iddedikat lill-istess qaddis u statwa artistika li nhadmet fl-1909.
OHRAJN
Artali ohra iddedikata lil Sant’ Andrija Appostlu insibuhom fil-Knejjes Parrokkjali taz-Zejtun, Hal Qormi (S. Gorg) u tas-Siggiewi. Pitturi ohra ta’ Sant’ Andrija insibuhom fil-Kattidral ta’ Santa Marija t’Ghawdex, fil-Kon-Kattidral ta’ San Gwann, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Tarxien, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija taz-Zebbug Ghawdex, kif ukoll f’diversi soqfa impittra fosthom dawk tal-Bazilika tax-Xaghra Ghawdex, tal-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija tal-Qrendi, u dik ta’ Hal Ghaxaq.