Santa Marija

Patruna ta' Hal Ghaxaq

Il-Knisja Gdida

Meta Ħal Għaxaq sar parroċċa għalih, aktar u aktar kibret il-kburija li l-Għaxqin kellhom bil-knisja tagħhom. Imma l-kappella ta’ Santa Marija kienet żgħira u primittiva wisq. Għalhekk l-Għaxqin bdew jaħsbu biex ikollhom knisja oħra, li tagħmel unur lir-raħal tagħhom.

Is-sena eżatta ta’ meta bdiet tinbena din il-knisja l-ġdida f’Ħal Għaxaq, ma nafuhiex, iżda x’aktarx li kien madwar l-1645. Nafu li fil-5 t’ Awissu 1655 il-knisja tlestiet u ġiet imbierka u ddedikata lill-Ommna Marija Santissima mtella’ s-sema.

Bħal kappella ta’ qabilha, il-knisja l-ġdida kienet tħares lejn il-Gudja. Għall-ewwel il-knisja żammet l-istess faċċata tal-kappella l-qadima, imma għall-bidu tas-seklu 18 din il-faċċata ġiet mibdula. Kien hemm il-ħsieb li tiġi b’ żewġ kampnari; fil-fatt sas-sena 1709 il-kampnar tax-xellug kien lest. Iżda l-kampnar l-ieħor, għalkemm mibdi, baqa’ qatt ma tlesta. Ir-raġuni aktarx li bdiet tinbet fi qlub il-poplu Għaxqi x-xewqa li tinbena t-tielet knisja tiegħu – il-knisja li għandna llum.

Għal dak iż-żmien it-tieni knisja ta’ Santa Marija kienet tagħmel ġieh lir-raħal. Madankollu din damet biss 78 sena, għax fl-1733 tqegħdet l-ewwel ġebla tat-tielet knisja parrokkjali f'Ħal Għaxaq – il-knijsa li għandna llum, li tħabbatha ma’ l-isbaħ knejjes ta’ Malta.

Il-Knisja tal-Lum bl-istatwa Titulari Grazzi lis-Sur Wayne Bonello

Il-Knisja li Ghandna Llum

Fl-20 ta’ Diċembru 1733 l-Isqof Fra Paolo Alpheran de Bussan qiegħed l-ewwel ġebla tat-tielet knisja f’Ħal Għaxaq- il-knisja li għandna llum. Skond ir-rit Ruman l-ewwel ġebla kienet tkun taħt il-pilastru tan-naħa ta’ l-Evanġelu.

Ma nafux eżatt min kien il-perit ta’ din il-knisja. Iżda kemm it-tradizzjoni, kif ukoll il-kittieb storiku Achille Ferris isostnu li l-Perit kien Sebastiano Saliba. Il-knisja hija forma ta’ salib latin bi stil barokk qawwi fiha. Il-bieb ta’ barra iħares lejn iż-Żejtun.

Il-50 sena ta’ xogħol, tbatija u sagrifiċċju raw il-frott tagħhom fil-jum tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja, nhar il-Ħadd, 2 ta’ Mejju 1784, meta l-Isqof Mons. Vincenzo Labini mdawwar bil-kleru u l-poplu Għaxqi, ikkonsagra l-Knisja l-ġdida u ddedikaha lill-Verġni Marija Mtellgħa s-Sema.

Taghrif mehud mill-web site:- http://www.kunsillghaxaq.com/

Knisja Parrokkjali Santa Marija Assunta

Hal Ghaxaq kien ilu zmien jaghmel parti mil-limitati tal-parrocca taz-Zjetun. Biz-zmien ir-rahal beda jikber u l-Ghaxqin bdew javvicinaw lill-Isqof Baldassare Cagliares biex Hal Ghaxaq isir parrocca. Delegazzjoni ta' tmint irgiel avvicinatu meta kien fil-kappella ta' Hal Bisbut fl-20 ta' Mrzu, 1626. Huma wrew xewqithom ghat-tieni darba fit-8 t'April 1626, u l-Isqof assigurahom li jilqa' t-talba taghhom. Dan sehh fit-22 t'April ta' l-istess sena meta Hal Ghaxaq sar parrocca ghalih. L-Ewwel kappillan kien Dun Mattew Scriha.

Il-Knisja ta' dan ir-rahal kienet qadima hafna. Kienet diga' mibnija fl-1511 skond ma jidher minn kitba li tinqara fuq barra t-tribuna tal-knisja, Mons. Dusina jghid li hija kienet nieqsa minn oggetti ta' htiega, u waslet f'qaghda aktarx hazina. Fin-naha tax-xelluga ta' din il-knisja kien hemm knisja ohra ddedikata lil San Girgor Papa.

Wara li saret parrocca, l-Ghaxqin taw bidu ghal zieda ta' kappelli li tlestew billi kif kienet l-gdida ttellghet fuq l-istess lok fejn kien hemm l-ohra. L-ewwel gebla taghha tqieghdet solennement fl-20 ta' Dicembru 1733, mill-Isqof Alferan u tlestietfl-1760. Ittellghet bil-gbir tal-poplu fuq il-pjanta ta' Sebastjan Saliba. Habriku ghat-tlugh taghha l-Kappiollan Dun Toni De Giovanni u l-qassis Dun Marcel Mallia, li r-ritratti taghhom maghmulin fl-1796 qedghin fis-sagristija. Ghen hafna ghat-tlugh taghha finanzjarjamnet, Dun Guzepp Calleja, patri ta' l-Oratorju ta' San Filippu Neri ta' l-Isla.

Il-Kappillan Dun Kleardu Mamo ta bidu biex temmha ghal kollox. Il-faccata tal-kor minn gewwa giet skolpita bi flus Wigi Montebello minn Haz-Zebbug fl-1773. Devoti ohra ghenu lill-Knisja billi taw bidu ghall-artali ta' l-irham. Il-Knisja parrokjali fiha kor, zewg kappelluni, kursija u zewg sagristiji.

Hija mtellgha fuq ordni mhallat. Hija twila 158 pied, u wiesgha mill-kappelluni 108 piedi u mill-kursija 27 pied. Fiha ghaxar artali u ghandha koppla, li fil-gnieb taghha ghandha zewg kampnari sbieh, mghammra b'hames qniepen. Il-kbira giet maghmula f'Genova minn Andrea Maggiolo, swiet 8,600 skud u ngiebet hawn Malta f'Mejju ta' l-1862 u giet ikkonsagrata mill-Isqof Pace Forno fit-30 ta' Lulju ta' l-istess sena. Zewg qniepen ohra saru fl-1851 f'Genova mill-fabbrika ta' Buzzoli, li wahda minnhom saret bi flus is-sacerdot Mallia li ga semmejna, u saret minflok ohra miksura, u l-ohra mill-Kappillan Dr Dun Tumas Naudi. Dawn iz-zewg qaniepen gew ikkonsagrati mill-Isqof Sant fil-kuritur tal-knisja Kon-Kattidrali ta' San Gwann. Qanpiena ohra (it-tielet) saret bi flus il-Kappillan Dun Mikelang Brincat. Il-knisja giet solennement ikkonsagrata mill-Isqof Labini fit-2 ta' Mejju, 1784 u d-dedikata lil Marija Mtghella s-Sema bir-Ruh u l-Gisem.

F'din il-Knisja jinsab meqjum il-gisem tal-martri San Fidiel moghti mill-Papa Piju VI. Fil-genb ta' l-artal hemm lapida zghira ta' l-irham li fiha hemm il-kelmiet "Fidelis, Fidelis". Il-Lapida giet migjuba mal-gisem tal-qaddis mic-cimiterju ta' Santa Ciriaca ta' Ruma tixhed li tabilhaqq dak hu l-isem propju tal-qaddis.

Fil-kwadru ewlieni, Santa Marija attribwit lil Frangisk Zahra, gie maghmul fl-1745 bi flus Dun Gwann Zammit. Frangisk Zahra pinga ukoll l-kwadri li juru l-Madonna tal-Karmnu, tar-Ruzarju, Sant' Andrija u San Guzepp. Iz-Zewg kwadretti tal-Irxoxt u l-Qalb ta' Gesu huma xoghol Rokku Buhagiar li pitter ukoll l-Inkwadru ta' l-Agunija.

Gianni Vella beda ix-xoghol tal-pittura tas-saqaf u l-Koppla tal-Knisja Parrokjali izda kull ma lahaq lesta kienu l-koppla li juru lil Assunta faccata tal-bieb il-kbir u is-seba' Doni ta' l-Ispirtu s-Sentu lesta ukoll is-saqaf u l-apsede tal-kor. Is-saqaf tal-kor juri lil Marija imdawra bl-angli u l-apsede turi lil Marja Regina. Fl-14 t'Awwissu 1965 propju lejliet s-solennita ta' l-Assunta inkixfet il-pittura tal-kursija, xoghol il-Kavalier Emmanuel Vincenzo Cremona. Il-pittura hija maqsuma fi tliet kwadri principali li juru t-Twelid tal-Madonna, it-Thabbira lill-Madonna mill-Arkanglu Gabriel u z-Zjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta. Fil-gnub tal-kwadru principali hemm figuri u simboli tal-Madonna ta' l-Antik Testment. Il-Kwadru tal-faccata fuq il-bieb il-kbir fin-nofs juri lill-Madonna tishaq ras is-serpent u fil-gnub juru lil Adam u lil Eva li huma tista' tghid unici f'Malta.

Il-knisja ta' Hal Ghaxaq hija mghammra b'att gmielu ta' statwi. L-Istatwa Titulari Artistika u Devota ta' Santa Marija hija xoghol mill-isbah fl-injam mill-iskultur maghruf Marjanu Gerada u saret u saret fl-1808 bi flus tas-Sur Giovanni Maria Farrugia, li zammha ghandu bi propjeta izda kien jislifha lill-parroca u wara l-festa kien jerga' jehodha lura ghandu. L-Istatwa kienet titella' processjonalment mid-dar ta' Farruggia fit-8 jew d-9 t'Awwissu ghal festa umbad l-ghada tal-festa keinet terga' tinzel processjonalment sad-dar din il-procedura damet erba' snin sakemm il-knisja accett li Farrugia jirregala l-istatwa lil Knisja li sehhet fl-1812. L-Istatwa giet tiswa 800 skud bejn wiehed u iehor 700 Euro. L-ghaxqin min dejjem habbew lil Sidna Marija u wara il-kapulavur ta' Marjanu Gerada f'Santa Marija riedu statwa ohra minn ghandu l-Istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju pero' Gerada talab wisq ghal din il-vara u l-Ghaxqin Marjani marru ghand alliev Xandru Farruggia li saret fis-sena 1828. Statwa ohra tal-Madonna ta' l-Ghajnuna li saret fl-1861 li hadiema Xadru ma ghadiex fil-knisja parrokjali izda tinsab fil-kappella ta' Santu Kristu. Statwa ohra interssanti u sabiha hija ta' San Guzepp li hadet post ohra antika li tinsab fil-Kazin tal-Banda San Guzepp. L-istatwa tal-lum waslet fir-rahal ta' Hal Ghaxaq fit-30 ta' Novembru 1932, f'kaxx75armar08.jpga migbuna b'zewg zwiemel bojod sal-pjazza ta' San Fillippu Neri fejn hemmhekk inkixfet u ingarret fuq l-ispalla sal-Knisja Parrokjali. L-istatwa harget ghal-ewwel darba f'Mejju tas-Sena 1933. F'Din il-Knisja kull Nhar Hadd il-Palm tohrog il-Purcissjoni bil-vara tal-Gimgha l-Kbira li saru hekk- il-Monument ingieb lest minn Ruma fl-1797, id-Duluri saret minn Karlu Darmanin fis-sena 1851 u hija l-ewwel xoghol tieghu. L-Imghobbi huwa qadim hafna. Dwar il-bqija saru mill-1831 sa l-1865 minn Mastru Peppi Vella mill-Belt Valletta.

Benefatturi maghrufa tal-knisja huma Dun Marcel Mallia u Dun Mikelang Farrugia, li da ta' l-ahhar ghamel minn flusu t-tapizzerija kollha tal-knisja.

L-Arcisqof Mikiel Gonzi kien issejjah din il-Knisja "DIN HIJA L-KATIDRAL TA' LVANT" u bir-ragun kien issejjah lil din il-knisja ghax hija mibni b'perfezzjoni mill-aqwa u bi still barokk mill-isbah.

Referenza:- Bliet u Rhula Maltin miktub mis-Sur Alfie Guillaumier mahrug minn Klabb Kotba Maltin L-ewwel Volum.

Ritratti