
Hawn Malta fl-imghoddi fost it-tfal subien kont spiss issib lil xi wiehed delettant tal-Knisja. Dan kien jarma artal zghir ta’ l-injam jew knisja zghira fuq xi gradenza jew f’armarju fid-dar tieghu. Erhilu mbaghad jigbor it-tfal tal-girien u flimkien jghaddu sighat shah jilaghbu b’din il-knisja, ifasslu pjaneti tal-karti u jimitaw il-funzjonijiet kif jaraw fil-knisja. Fil-granet tal-Gimgha Mqaddsa mbaghad ma kienux jonqsu l-vari tal-Gimgha l-Kbira u d-damask iswed. Dawn id-drawwiet ghalkhemm kien hemm xi zmien li fih naqsu xi ftit; illum, specjalment dik ta’ l-armar tal-vari tal-Gimgha l-Kbira regghet qabdet. L-armar li qed taraw illum f’dan il-post, ghalkemm inhadem ftit snin ilu, fl-1987, pero jaf l-origini tieghu il-fatt li Tarcisio Giusti kien girien u midhla mas-Sur John Bezzina li dan min-naha tieghu kien ghal snin twal jarma sew presepju kbir fil-Milied, kif ukoll sett ta’ vari tal-Passjoni fi zmien il-Gimgha l-Kbira. Dan kollu hajjar lil Tarcisio biex fl-1986 ikellem lis-Sur Nazzareno Gauci miz-Zejtun biex jahdimlu sett ta’ vari tal-Gimgha l-Kbira fuq dawk li hemm fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu (Ta’ Giesu) tar-Rabat Malta. Minn din il- knisja tohrog l-eqdem purcissjoni tal-Passjoni li nsibu f’Malta, organizzata mill-Arcikonfraternita ta’ San Guzepp. Qabel ma jibda s-sett tal-vari, insibu l-Process ta’ Gesu li nhadem fuq idea originali ta’ Tarcisio stess. Fin-nofs insibu kopja tas-Sepulkru li hemm fil-Katidral l-Imdina li hu tassew sabih u artistiku. Biex il-grajja tal-fidwa tkunkompluta fl-ahhar vara nsibu kopja ta’ l-Irxoxt li hemm fil-kolleggjata ta’ San Pawl. Hemm ukoll il-mejda ta’ l-Appostli. Din hija kopja tal-mejda li kien jhejju l-Lhud ghall-ikla tal-Ghid li qed tintrama kull sena fil-kunventa ta’ San Frangisk tar-Rabat. B’Hekk irnexxielu jigbor flimkien id-drawwiet marbutin mal-festi tal-Gimgha l-Kbira u l-Ghid il-Kbir kif jigi celebrat fir-Rabat u l-Imdina. Din is-sena hija l-ghoxrin sena li Tarcisio qieghed jarma dawn il-vari, u kull sena jzid xi haga gdida. Kif qed taraw din il-Wirja hija ta livell artistiku gholi sew fix-xoghol tal-vari kif ukoll f’dak kollu li hu disinn u armar. Biex tidhlu aktar fl-ispirtu ta’ din il-grajja qaddisa tal-Ghid, matul il-wirja jinstema kummentarju haj li juri kif sehhet din il-grajja tal-fidwa taghna.