24.05.2008
Hamrun Spartans - Sliema W.
17.05.2008
Paola H. - Hamrun Spartans L. 2-0
10.05.2008Hamrun Spartans - Naxxar L. 2-1
(Aaron Mangion, Clive Schembri)07.05.2008
Birkirkara - Hamrun Spartans 0-1
(Mel Agius)04.05.2008
Hamrun Spartans - Pieta H. 1-3
(Aaron Mangion - pen.)30.04.2008
Mellieha - Hamrun Spartans 1-3
13.04.2008
San Gwann - Hamrun Spartans 0-2
(Ayrton Micallef, Aaron Mangion)30.03.2008
Hamrun Spartans - Valletta 0-3
22.03.2008
Hamrun Spartans - Rabat Depiro 0-1
08.03.2008
Hamrun Spartans - Melita 3-1
(Glenn Azzopardi, Mel Agius, Justin Pullicino)
17.02.2008
Sliema W. - Hamrun Spartans 1-0
09.02.2008
Hamrun Spartans - Paola Hibs 0-2
20.01.2008
Naxxar L. - Hamrun Spartans 2-2
06.01.2008
Hamrun Spartans - Birkirkara 0-1
16.12.2007
Hamrun Spartans - Mellieha 4-1
(Clive Schembri, Glenn Azzopardi, Ayrton Micallef, Mel Agius)Comment by Stefan Sultana
Wara zewg telfiet identici ta' 0-2 kontra Furjana u Pieta', fejn il-prestazzjoni ma kinitx wahda negattiva izda fejn sfortunatament ma tantx konna effettivi fl-attakk, irritornajna ghar-rebh b'wirja tajba hafna kontra Mellieha, tim li kien ghadu gej minn diversi rizultati posittivi u li sa qabel il-loghba tal-lum kienu biss 3 punti tahtna. Telfa llum kienet tpoggi lil Mellieha punti indaqs maghna.
Izda llum hrigna tajjeb mill-ewwel u wara li ftahna l-iskor wara ghaxar minuti, zidna gowl iehor ezatt qabel il-half time li prattikament ghalaq il-loghba. Fit-tieni taqsima komplejna niddominaw u minkejja li ghamilna 5 sostituzzjonijiet zidna zewg gowls ohra biex Mellieha skurjaw il-gowl tal-bandiera fl-ahhar minn penalty.
B'dawn it-tliet punti tlajna sew fil-klassifika u nqtajna definittivament (nisperaw) mit-timijiet ta' taht. Il-loghba li jmiss tintlaghab tliet gimghat ohras, fis-6 ta' Jannar kontra B'Kara.
02.12.2007
Pieta H. - Hamrun Spartans 2-0
18.11.2007
Hamrun Spartans - Floriana 0-2
04.11.2007
Valletta - Hamrun Spartans 0-0
Comment by Stefan Sultana
Tlifna l-ewwel zewg punti ta' l-istagun. Ma kinitx l-ahjar loghba taghna u ghalhekk fallejna milli nakkwistaw it-tliet punti.
Fl-ewwel taqsima konna tajjeb, hloqna 4 jew 5 cansijiet ta' skor izda ma rnexxilniex niskurjaw. Fit-tieni taqsima l-andament tal-loghba nbidel. Fejn fl-ewwel taqsima Valletta bilkemm resqu lejn il-lasta taghna, fit-tieni taqsima huma kienu ahjar minna u sahansitra kienu sfortunati li laqtu l-lasta hames minuti mit-tmiem u nistghu nqisu ruhna fortunati li ma hrigniex tellifin.
issa jmissna ma' Floriana fit-18 ta' Novembru, fil-5.15pm gewwa l-ground tal-Luxol. Loghba difficli, l-aktar wahda difficli s'issa u li minna rridu noqoghdu attenti li ma nohorgux b'idejna vojta.
20.10.2007
Hamrun Spartans - San Gwann 2-1
(Ryan Bonello, Aaron Mangion)Comment by Stefan Sultana
It-tielet rebha minn daqstant partiti. Certament li ghal tim li ghadu tiela minn Section B ma setax ikollna bidu aktar posittiv. Konna ahjar mill-avversarji taghna ghalkemm batejna xi ftit biex ftahna l-iskor li gie ezatt fil-hin mizjud moghti mir-referee fl-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima hrigna ahjar u wara li ghamilna l-iskor 2-0 ikkontrollajna l-loghba. Anzi, sahansitra skurjajna gowl iehor li r-referee ikkonvalida izda mbaghad, ma nafx ghasl liema raguni, minghajr l-intervent ta' l-assistent, hassru. San Gwann skurjaw il-gowl tal-konsolazzjoni fl-ahhar minuta u ma regawx kienu perikoluzi sat-tisfira finali.
Il-loghba li jmiss issa tkun kontra Valletta fl-4 ta' Novembru. Nittama li nkomplu fuq din il-mixja pozittiva li qbadna. Ghad fadal hafna loghob u ma nistghux inserrhu rasna. Nigbru punti kemm nifilhu sa timiem l-ewwel round u mbaghad naraw fejn inkunu.
30.09.2007
Rabat Depiro - Hamrun Spartans 0-1
(Ryan Bonello)Comment by Stefan Sultana
Loghba bilancjata li giet deciza b'gowl minn sostitut fl-ahhar 10 minuti tal-loghba. Ghalkemm ma tantx kienet loghba sabiha, kienet missielta miz-zewg timijiet u meta dehret riesqa lejn rizultat ta' draw, irnexxielna niskurjaw il-gowl tar-rebha wara azzjoni tajba. Rabat ippruvaw jaghmlu reazzjoni u kellhom biss okkazjoni wahda li pero' fallew ghal ftit.
Fl-ewwel taqsima ghalkemm Rabat kellhom aktar inizjattiva, qatt ma kienu perikoluzi filwaqt li ahna ersaqna vicin li niskurjaw f'zewg okkazjonijiet li fallejna ghal ftit. Fit-tieni taqsima l-andament kien simili hafna qabel finalment gie l-gowl li tana l-vantagg tliet punti ohra ferm importanti.
It-tieni rebha minn daqstant loghbiet. Bidu tajjeb li pero' ma jridx jimlielna rasna. Kienu zewg loghbiet fejn fihom stennejt li konna se niehdu t-tliet punti u fil-fatt hekk ghamilna, bi ftit tbatija aktar milli stennejt, specjalment fit-tieni loghba kontra Rabat.
16.09.2007
Melita - Hamrun Spartans 2-3 (Ayrton Micallef 2, Jacob Rakban)
Comment by Stefan Sultana
Stagun lura f'Section A, fejn jixirqilna wara 4 staguni. Bdejna b'rebha li meta wiehed jara r-rizultat jahseb li kienet rebha difficli.
Nassigurakom, li sa 5 minuti mit-tmiem, bl-iskor ghadu 3-0 ghalina, ma kontx kuntent bir-rizultat bl-ammont ta' cansijiet li hloqna u fallejna fit-tieni taqsima. Imma l-futbol hija vera loghba mprevedibbli. Sa dak il-hin Melita bilkemm kienu resqu lejn il-lasta. Tkeccewlhom 2 plejers u bi 11 kontra 9, sofrejna zewg gowls fl-ahhar 5 minuti biex fit-3 minuti moghtija zejda mir-referee, bilkemm flaht inkompli nara l-loghba.
Sa l-ahhar 5 minuti kienet wirja ferm tajba fejn mexxejna l-ballun tajjeb u hloqna bosta okkazjonijiet ta' skor. Kuntent bil-mod kif lghabna sa dak il-hin. Fuq l-ahhar 5 minuti ahjar ma nikkummentax. Fl-ahhar mill-ahhar l-importanti li gibna tl-tliet punti. Importanti li bdejna b'rebha.