Santa Marija

Patruna ta' Hal Ghaxaq

Hal Ghaxaq

Hal Ghaxaq huwa rahal imbieghed mill-Belt Valletta 4 mili (6.4Km). Ghal snin shah kein jghamel sehem mill-matrici ta' Santa Katerina V.M. taz-Zejtun u dam hekk sakemm in-nies tieghu talbu lil-knisja taghhom tigi maghmula parrocca taht it-titlu ta' Santa Marija Assunta.

Dan ir-Rahal, bhal dak ta' Hal Gharghur ghaliex huwa mbieghed mill-Belt, baqa' jzomm dak kampanjola. Hafna min-nies ghadhom jghixu fuq l-agrikultura u t-trobbija ta' l-annimali filwaqt li xi whud minnhom ghazlu impjieg.

Huwa jinsab imdawwar bil-hdura minn kullimkien; bl-ghelieqi miksija bl-ucuh, bl-irziezet li jfakkruna fil-hajja rurali Maltija u fl-ahharnett fil-bini modern li tiela' gmielu biex jghamel kuntrast ma' dak ta' zmien bikri.

Afghas hawn biex tara mappa ta' Hal Ghaxaq dettaljata.

Popolazzjoni

L-ewwel statistika ta' nies li ttiehdet ta' da ir-rahal hija ta' l-1626, meta Hal Ghaxaq infired miz-Zejtun u twaqqaf parrocca ghalih. Hawn sar maghruf li kellu 77 dar u kienu joqoghdu fihom 340 ruh. L-Istess ghadd ta' djar kien hemm fl-1646, imma erbatax-il sena wara talla' l-ghadd gmielu ta' 1,009 abitanti. Fl-1767 l-ghadd tad-djar baqa' fejn kien ghaliex bhalma qed naraw, la naqsu u lanqas zdiedu, izda l-popolazzjoni marret lura wisq ghaliex instab 352 ruh. Il-mard u t-Torok kellhom sehem kbir f'dan in-nuppas bhalma kellhom fi bnadijiet ohra. L-1,166 ruh 232 dar kienet statistika ta' l-1830, ghalkemm wiehed u ghoxrin sena wara kien hemm 1.059 ruh. Tistaghgeb kemm kien hemm tibdil fil-popolazzjoni minn zmien ghal iehor. Is-sena 1890 kienet rizq ghal Hal Ghaxaq ghaliex kellu 310 djar u l-1,420 ruh. Fl-1901 kellu 1,518-il ruh, fl-1911 kellu 1,765; fl-1921 kellu 1,629 ruh.

Minn din l-istatistika sa dik li harget fl-1961, instabet popolazzjoni ta' 2,902 abitanti, Fl-1985 kellu 3,649 ruh. Ghaxaq snin wara, jigifieri fl-1995 kellu popolazzjoni ta' 4,081 ruh. Illum 2008 ghandu poplazzjoni ta' 4,500 persuna.

Referenza:- Bliet u Rhula Maltin L-Ewwel Volum Kitba tas-Sur Alfie Guillaumier mahrug minn Klabb Kotba Maltin fis-sena 2002

Taghrif

Kif Beda Ismu GHAXAQ

Dan ir-rahal ikun ta' kultant il-htija ta' bosta ghajdut, ghaliex bhal H'Attard u

Hal Balzan u xi rhula ohra li jgib bhala ismu kunjom wahda mill-familji Maltin.

Min bdieh dan ir-rahal, il-familja Axiaq jew Asciak kif sikwit insibuh miktub. Li bhalu f'Malta ghandna bosta, jew xi natura partikulari tat isimha lill-ewwel familja li kienet tghammer hemm?

Iltqajt ma' awtur wiehed bissli qal illi Hal Ghaxaq ismu hu gej minn kunjom ta' familja. Dan ukoll naqas li jghid minn kienet din il-familja u qataghha hesrem li billi dan il-kunjom hu komuni f'Malta, bilfors kellu jkun hu li bdieh galadarba inzertaw jixxiebhu kemm fl-istruttura tal-kelma kif ukoll fil-hoss. Hafna nies llum; u anki d-dinja kollha hekk issejhilhom. Qed jiguni quddiem ghajnejja l-pittur Mattia Preti li hu maghruf bhala l-Kalabriz u Michelangelo Merisi li propju. Tbieghed fl-istorja biex taraw kif in-nies aktar kienet maghrufa b'laqamha milli b'kunjomha. Ghaliex fl-ahhar mill-ahhar il-kunjom x'inhu, mhux laqam? Laqam biex jingharfu bih tnejn ta' l-istess isem. Xi whud tismaghhom isemmulek li tkellmu ma' bniedem mit-tali rahal, habib taghhom bla ma jkunu jafu x'kunjomu. Ikunu jafu x'jismu u le x'kunjomu-jafu biss li hu minn Hal Ghaxaq. Issib bosta didijiet ta' Maghmudija antiki fejn issib imnizzel l-isem u l-laqa, bla ma ssib il-kunjom. Darba wahda sibt wiehed minn rahal fejn kien jaf x'jismu u laqmu bla ma kien jaf x'kunjomu.

L-Istemma u l-Motto

L-Istemma ta' dan ir-rahal hi:- tliet faxex hodor orizzontali f'kamp tal-fidda

 

Il-Motto tieghu hu:- Laeta Sustineo li bil-lingwa Nazzjonali tfisser Hienja Nzommu 

 

 

Referenza:- Bliet u Rhula Maltin L-Ewwel Volum Kitba tas-Sur Alfie Guillaumier mahrug minn Klabb Kotba Maltin fis-sena 2002

Ismijiet tat-toroq

Zoni madwar Hal Ghaxaq

  • Bir id-Deheb (Well of Gold)
  • Ħas-Saptan (Saptan Town)
  • Il-Miksur (The Broken)
  • Tal-Barrani (Foreigner's Village)
  • Tal-Ġebel (Rocks' Village)
  • Tal-Millieri
  • Tal-Qattus (Cat's Village)
  • Tal-Wilġa (Open Field's Village)

Toroq Principali

  • Dawret Ħal-Għaxaq (Għaxaq By-Pass)
  • Triq G.M.Farrugia (G.M.Farrugia Street)
  • Triq il-Belt Valletta (Valletta Road)
  • Triq il-Ġistakor (Tail-Coat Street)
  • Triq il-Garakol (Garakol Street)
  • Triq il-Gudja (Gudja Road)
  • Triq il-Milwa (Skein Street)
  • Triq iż-Żejtun (Zejtun Road)
  • Triq San Filippu (St. Philip Street)
  • Triq Santa Marija (St Mary Street)
  • Vjal il-Labour (Labour Avenue)

Toroq ghal Qaddisin

  • Misraħ San Filippu (St. Philip Square)
  • Misraħ San Ġorġ (St. George Square)
  • Misraħ Santu Rokku (St. Rocco Square)
  • Pjazza Santa Marija (St. Mary Square)
  • Sqaq il-Kappillan (Chaplin Alley)
  • Sqaq San Filippu Nru1 u Nru.2 (St. Philip Alley No.1 and No.2)
  • Sqaq San Pawl (St. Paul Alley)
  • Sqaq San Pietru (St. Peter Alley)
  • Sqaq Santa Marija Nru.1 sa Nru.4 (St. Mary Alley No.1 to No.4)
  • Sqaq ta' Loretu (Our Lady of Loreto Alley)
  • Triq il-Knisja (Church Street)
  • Triq il-Kunċizzjoni (Immaculate Conception Street)
  • Triq is-Sagra Familja (Holy Family Street)
  • Triq San Bastjan (St. Sebastian Street)
  • Triq San Filippu (St. Philip Street)
  • Triq San Ġorġ (St. George Street)
  • Triq San Ġorġ Preca (St. George Preca Street)
  • Triq San Ġużepp (St. Joseph Street)
  • Triq San Karlu (St. Charles Street)
  • Triq San Pawl (St. Paul Street)
  • Triq Santa Marija (St. Mary Street)
  • Triq Santa Tereża (St. Theresa Street)
  • Triq Santu Rokku (St. Rocco Street)
  • Triq ta' Loretu (Our Lady of Loreto Street)
  • Triq tas-Salib (Cross' Street)

Postijiet ta' Interess

Skola Primarja

Dan ir-Rahal ckejken ghandu wkoll l-iskola tieghu fejn it-tfal ikunu jistghu jitghallmu bhal tfal ohra. Fl-Estimi Generali ta' l-1920/ il-Gvern kien ivvota s-somma ta' £4,900 sabiex biha tibda tielgha din l-iskola. L-iskola Primarja ta' Hal Ghaxaq tinsab fi Tirq tal-Gudja wahda mit-toroq fic-centru u principali tar-rahal. Dan l-ahhar giet ir-rangata is-Sala principali ta' l-iskola.

 

 

Qabar Bir

Waqr ir-rqattigh tat-trinek fil-blat ghas-sisien ta' l-iskola ta' Hal Ghaxaq fuq it-triq tal-Gudja, f'ghalqa msejha "Ta' San Filep", instabu ghadd ta' oqbra f'ghamla ta' bir. Wiehed minnhom kien mizmum tajjeb hafna u kien fih qabda fuhhar u ghadam uman.

L-Ghadam uman kien migbur bl-irkejjen tac-cella u dan juri li kienet uzata bhala l-kannierja meta l-oqbra gew zvujtati. Il-fuhhar ukoll kien imferrex 'l hawn u 'l hinn qisu xi hadd terghu bla razan.

Oqbra Puniki

Waqt il-qtugh ta' trinka fl-art maghrufa bhala "Ta' Karax", xi haddiema nifdu go qabar f'ghamla ta' spiera kwadra. Fih sabu garra ckejkna, buqar imkisser ta' Zmien Puniku u skeletru ta' ragel. Dan instab fl-1959. Mixhut ma' l-art tal-midfna nstab in-nofs warrani ta' skeletru ta' moghza jew naghga zghira. Ghalkemm l-ghadd ta' oqbra mikxufa f'dawn il-gzejjer huwa kbir, is-sejba ta' fdal ta' annimali huwa rari hafna. Fih kien hemm tliet urni tal-mejtin. Wahda minnhom kien fiha fdal mahruq ta' skeletru ta' ragel. It-tliet urni nstabu b'xifirhom miksi bis-sjetti, u zewgt imsiebah kbar kienu qeghdin fuqhom

Hdejn il-Knisja ta' Santu Spirtu nstab qabar Puniku fis-sena 1969. Is-Sur F.S. Mallia, li kien Direttur tal-Muzew, skava l-lok u fih sab urna, zewg buqari, platt u musbieh.

Referenza:- Bliet u Rhula Maltin L-Ewwel Volum Kitba tas-Sur Alfie Guillaumier mahrug minn Klabb Kotba Maltin fis-sena 2002

Kazini

Kazin tal-Banda Santa Marija

Fic-centru tal-pjazza ewlenija tar-rahal ta' Hal Ghaxaq wiehed jinnota bini gdid, sinjur u sabiha fl-iskultura fil-lavur tal-gebla maltija. Dan il-bini li qabel kien dar privat tl-familja Pace gie mghoti lis-Socjeta taghna fit-30 ta' Marzu 1987 minn Carmela Pace, Madalen Spiteri u Maria Antonia Farrugia. Il-bini tal-Palazz Kazin tal-lum tas-Socjeta Muzikali Santa Marija A.D.1873 jinsab fic-centru tal-Pjazza tar-Rahal. Il-Bini tlesta fl-4 t'Awwissu tas-sena 2002 izda min gewwa Palazz bhal ma ghandna din is-socejta zgur baqalu ftit u jekk il-Bambin irrid ser ngawdu l-ftuh ufficjali fit-30 ta' Lulju 2009. Il-Kazin Santa Marija jkun miftuh kuljum flghaxija biex fih jiltaqaw il-hbieb u l-ammiraturi tas-socjeta imsemmija. Barra minhekk din is-Socjeta toffri tghalim tal-muzika b'xejn lil allievi. Il-kazin Santa Marija huwa responsabbli ghal Fesa Titulari ta' Santa Marija li ta' kull sena ssir bi kbir fil-15 t'Awwissu. Fi hdan is-Socjeta hemm bosta sezzjonijiet importanti li jghatu sehemhom ghal festa Titulari dawn huma l-Ghaqda tan-Nar li ghandha il-post taghha li barra mir-rahal ta' Hal Ghaxaq, is-sezzjoni zghazagh stillieri, sezzjoni nisa, kummisjoni banda, kummisjoni Radju Marija Assunta u l-Ghaqda Armar Festa Titulari Ghaxaq. Ta' min jghid ukoll li s-sede ta' l-Ghaqda mhux dejjem kien fejn nafuh illum. It-Triq Gio Marija Farrugia li tmiss mal-Kazin kienet giet miftughha kif nafuha illum, biex is-sede ta' l-ghaqda msemmija kollha zewg faccati. Illum il-gurnata s-sede u l-bini huwa ferm importanti u li jghamlu unur lil Hal Ghaxaq.

Il-Kulur ta' l-ghaqda huwa ikhal u l-arma hija Stilla b'sitt ponot.

Kazin tal-Banda San Guzepp

'Meravilja' l-isem tas-sede ta' l-Ghaqda Muzikali San Guzepp A.D. 1874 li jinsab ukoll fil-pjazza tar-rahal ta' Hal Ghaxaq. Dan il-Bini gdid u sabih fl-iskultura Maltija gie inawgurat ufficjalment il-Hadd 28 ta' Mejju 2000 gimgha qabel il-Festa tal-Patrijarka San Guzepp li issir fl-ewwel Hadd ta' Gunju li hija responsabbilta ta' l-istess kazin. Gie inawgurat mill-E.T. President ta' Malta Dott. Guido Demarco. Il-Bini beda tiela fis-sena 1985 wara li l-kumitat haseb u hass il-htiega ta' kazin ahjar. Il-Kazin San Guzepp ikun miftuh kuljum biex fih jilqa' lil Partitarji Guzeppini. Barra minhekk joffri it-tghalim ta' muzika lil allievi bla hlas ukoll. f'din is-socjeta ukoll wiehed jista ssib bosta sezzjonijiet biex flimkien issawwru u jahdmu ghal festa ta' San Guzepp. B'hekk f'Hal Ghaxaq ta' min jghid li igawdi zewg kazini mill isbah f'pjazza maestuza b'tempju Marjan mill-isbah, li kollha flimkien jghamlu unur lil Hal Ghaxaq u l-Ghaxqin.

 Il-Kulur ta' l-ghaqda huwa Ahdar u l-arma hija Ajkla. 

Centri tal-Politika

Fil-Pjazza ta' Hal Ghaxaq jinsab il-Kazin Laburista li huwa id-dedikat lil Dominku Mintoff. Faccata tal-Kappella San Filippu Neri jinsab il-Kazin tal-Partit Nazzjonalista.

Ghaxaq F.C.

Fi Triq Santa Marija Ghaxaq jinsab il-Kazin tal-Futboll tar-Rahal ta' Hal Ghaxaq. Fih jilqa lil Ghxqin kollha u jithargu il-plejers tat-tim tal-futbol ta' Hal Ghaxaq.

Klabb tal-Bocci

Fi pjazza Santu Rokku jinsab mwaqqaf il-klabb tal-bocci ta' Hal Ghaxaq.