San Gorg Preca u Rahal Gdid


San Gorg Preca u Rahal Gdid 

 

Is-sena 2007 hija sena specjali ghal Malta u l-aktar ghas-Socjeta` tal-M.U.S.E.U.M., ghax din qieghda tfakkar il-mitt sena mit-twaqqif taghha, u wkoll ghax l-istess Fundatur taghha, il-Beatu Gorg Preca ser jigi ddikjarat qaddis mill-Papa Benedittu XVI f`Gunju ta` din is-sena.

 

 

Il-Bidu

Kien Gunju 1908 meta Dun Gorg, flimkien ma’ Eugenio Borg u Karmenu Callus, zaru lill-Kanonku Dun Karm Bologna, ir-rettur tal-Knisja ta’ Santa Ubaldeska, biex jitolbuh jifthu qasam tas-subien f’Rahal Gdid. Dan kien jaf sewwa lil Dun Gorg u accetta bil-qalb. F’Settembru ta’ dik is-sena laqqghu ghall-ewwel darba lit-tfal subien fil-Knisja ta’ Santa Ubaldeska 

 

 

Gannina Cutajar u l-ewwel MUSEUM tan-nisa f’Malta

 

 

Ir-rabta ta’ Dun Gorg ma’ Rahal Gdid hija kbira ghax kien hu stess, f’Jannar ta’ l-1910 li ghazel tfajla minn dan ir-rahal biex taghti bidu ghall-Museum tan-nisa. It-tfajla, Gannina Cutajar, kienet toqghod fid-dar ta` missierha f`dar kbira li ghadha hemm sal-lum, 44, Misrah Paola. Missierha kien jinnegozja l-inbid. Minhabba li huha, Karmenu , kien membru tas-Socjeta tal-M.U.S.E.U.M., Dun Gorg kien jafhom sewwa lil din il-familja. Meta kien jigi Rahal Gdid biex izur il-Qasam tal-lokal, kien imur ghand il-familja Cutajar, fil-pjazza, u kien jara lil Gannina, tfajla bil-ghaqal u haseb li hi tista tghinu jaghti bidu ghas-sezzjoni femminili tas-Socjeta.

 

    

Id-dar ta missier Gannina f`Misrah Paola. Dun Gorg kien imur spiss hemmhekk

 

 

 

 

Il-Mahzen ta` l-Imbid ta missiera li aktar tard saret l-ewwel kamra tad-Duttrina minn Gannina

 

 

Gannina ikkoperat ma` Dun Gorg u accettat dak li xtaq. U fil-fatt, Rahal Gdid hu l-ewwel rahal li fih infetah Qasam tal-M.U.S.E.U.M. tan-nisa. Il-mahzen ta` missierha, Gannina malajr biddlitu fl-ewwel klassi fejn tghallem il-katekizmu. Fi zmien meta l-mara kienet ghadha medhija l-iktar fil-hajja tad-dar, Dun Gorg fehem l-importanza tan-nisa u harrighom biex jorganizzaw il-fergha taghhom halli jiehdu sehem f’din il-hidma mehtiega fil-Knisja. Ghallimhom anki biex johorgu jghallmu u jitkellmu fil-pubbliku, ifasslu s-Sajdiet Musewmini u l-laqghat ghan-nisa. Gannina kien ghad kellha sittax-il sena meta bdiet tghallem f’dawn il-laqghat. Dun Gorg kien jemmen fid-dinjita u l-hila tal-mara. Ghalih il-mara kellha rwol importanti fil-Knisja u fil-pajjiz.

It-tfal ta` l-Ewwel Tqarbina dehlin fil-Knisja ta` Sant`Ubaldeska

 

 

“Is-Salib tal-Marsa ”

Wahda mill-aktar grajjiet importanti fil-hajja ta` Dun Gorg u tas-Socjeta tieghu hi l-grajja tas-Salib tal-Marsa meta waqt li kien gej Rahal Gdid biex ikellem lil Gannina kellu dehra fejn fiha ra tifel ta’ madwar tnax-il sena qed igorr karettun zghir mghobbi bid-demel. Dan it-tifel ordna lil Dun Gorg biex jghinu u hu minghajr ma hasibha hafna, ghamel hekk u mbotta flimkien mat-tifel. Dun Gorg stess jghid li dak it-tifel ta` tnax-il sena kien Gesu` li qallu biex jghinu. Meta sehhet din id-dehra, hu stess jghid li kien gej Rahal Gdid. Kien jigi spiss, specjalment ghand il-familja Cutajar u biex izur il-Qasam tas-Subien li dak iz-zmien kien ukoll f`Misrah Paola, ezatt quddiem id-dar ta Gannina.

 

 

 

Il-Gublew tad-deheb tal-Museum (1957)

 

Is-Socjeta` tal-Museum bdiet fl-1907 u hamsin sena ilu, fl-1957, Dun Gorg, il-Fundatur, kien ghadu haj. Biex jitfakkar dan l-avveniment importanti tal-Gublew tad-Deheb, saru diversi attivitajiet, fosthom Pontifikal fil-Kon-Katidral ta` San Gwann imexxi mill-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi.

Dawn il-festi ghalqu b`laqgha specjali il-Hadd filghaxija fil-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re f`Rahal Gdid. Tkellmu diversi persuni, fosthom il-Kappillan tal-Parrocca, is-Superjur Generali tal-M.U.S.E.U.M., Ewgenju Borg , li ukoll qed jistudjaw il-hajja tieghu ghal qdusija. Tajjeb ukoll insemmu li t-tieni Superjur Generali Cikku Saliba kien joqghod Rahal Gdid fi Triq l-Arkata, hdejn il-Museum tas-Subien.

Mons. Karmenu Bonnici ghamel id-diskors principali, u fl-ahhar tkellem Dun Gorg innifsu. Ghal din l-okkazjoni il-Parrocca  ta` Kristu Re kienet mahnuqa bin-nies, mhux biss bil-membri tal-Museum u qassisin, imma wkoll ghadd kbir ta` nies ohrajn li mlew l-akbar Knisja ta` Malta hekk kif kienu jafu li Dun Gorg ser ikun prezenti fil-Parrocca ta` Rahal Gdid u li kien ser jitkellem.

Fid-diskors tieghu, Dun Gorg tkellem dwar is-Socjeta` li hija xoghol ta` Alla u fakkar il-grajjiet ewlenin tas-Socjeta` u kemm il-membri taghha ghandhom ragun li jirringrazzjaw lil Alla ghall-grazzji li ta lil kull wiehed u wahda minnhom.

Din il-laqgha specjali inghalqet b`kelmtejn minn Mons Bonnici.  

 

Ikklikja fuqu biex tara aktar ritratti esklussivi ta` meta San Gorg Preca gie fil-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re. Dawn ir-ritratti qed jigu uzati bil-permess gentili tas-Socjeta` tal-Museum. 

 

 

Zjajjar fl-oqsma ta’ Rahal Gdid

 

Dun Gorg kien spiss jigi Rahal Gdid biex izur l-Oqsma (hekk jissejhu c-centri tal-Museum) kemm tan-nisa kif ukoll ta’ l-irgiel. L-ewwel kien imur fil-Museum tan-nisa li hemm fi Triq Santa Monika, fejn ghadu sal-lum. L-ewwel kien ilaqqa’ t-tfal u jkellimhom dwar Alla u wara kien ikellem lis-socji. Wara li kien ilesti mill-Museum tan-nisa, kien jibqa’ sejjer ghand tas-subien u jaghmel l-istess haga.

Dun Gorg kien ukoll jitlob lis-Superjur biex jaghtih ftit helu, u wara li  jbierku kien jaghti lit-tfal minn dan il-helu.  Is-Superjur kien jaf x’ikun ser jitolbu Dun Gorg, ghalhekk kien dejjem jerfa’ borza kbira bil-helu biex meta jigi u jitolbu jkun jista jtih minnha.

Il-laqgha ta’ Dun Gorg mal-membri rgiel ta’ Rahal Gdid, dak iz-zmien il-Qasam kien fi Triq Sammat, kienet isir fil-kappella u fis-Sajf kienu jitilghu fuq il-bejt u jaghmel il-laqgha maghhom hemmhekk. Ma kienx jonqos lanqas li xi nies li kienu jkunu jafu li Dun Gorg gie il-Museum, kienu jistennewh barra biex meta johrog, ikellmuh jew jiehdu xi parir minghandu, ghax Dun Gorg f`hajtu kien maghruf bhala qaddis, kif il-Knisja Universali ser tikkonferma proprju din is-sena.

 

 

Sajdiet

 

Ma kienx jonqos ukoll li Dun Gorg jaghmel laqghat ghan-nies fil-berah. Dawn il-laqghat kienu jissejhu “Sajdiet Museumini”, u hafna nies kienu jigu bi hgarhom meta kienu jisimghu li Dun Gorg ser jaghmel laqgha minnhom. Dawn il-laqghat kienu jsiru  gieli fil-pjazza in-naha ta’ fuq, fejn illum hemm ic-Centru tas-Sahha, inkella kienet issir in-naha ta’ Lourdes, fejn hemm in-nicca tal-Madonna. Meta s-Sajda Museumina kienet issir fil-pjazza ta Rahal Gdid, il-membri kienu jgibu l-bankijiet mill-Knisja Parrokjali minhabba n-numru kbir ta’ nies li kienu jmorru, specjalment meta kien ikun ser jaghmel din il-laqgha Dun Gorg innifsu. 

 

    

                               

 

 

 

 

 

Zammit Endrich

 

Biex Dun Gorg jigi ddikjarat beatu (9 ta’ Mejju 2001) kien hemm bzonn ta’ miraklu li jkun sehh wara mewtu. Il-Providenza riedet li dan isir fuq persuna li kienet toqghod Rahal Gdid. Charles Zammit Endrich, sakemm kellu sbatax –il sena kien imur il-MUSEUM ta’ l-Isla, imbaghad hareg u zzewweg lil Iris u kellhom tlett itfal u kien joqghod Rahal Gdid. Huwa fieq mirakoluzament minn distakk fir-retina ta’ l-ghajn ix-xellugija nhar it-3 ta’ Frar 1964, wara li kien pogga taht l-imhadda lazz taz-zarbun ta’ Dun Gorg u talab lil Dun Gorg flimkien ma’ socju mill-Isla. It-Tabib Censu Tabone, iktar tard President ta’ Malta, kien iccertifikah imfejjaq.

 

Id-Dar fi Triq Bormla fejn sehh il-miraklu fuq retina ta` l-ghajnejn li wassal biex Dun Gorg jigi iddikjarat Beatu mill-Papa Gwanni Pawlu II fis-sena 2001

 

 

U llum

 

Dun Gorg illum ghadu haj fiz-zewg oqsma tas-Socjeta tieghu, fis-socji, zghazagh u tfal li jimlew dawn ic-centri. Jalla t-taghlim ta’ Dun Gorg jibqa’ jdawwal lill-poplu ta’ Rahal Gdid, lill-poplu Malti u lill-bnedmin kollha. “Mghallem O li kieku d-dinja kollha timxi wara l-Evangelju tieghek.”

Create a Free Website