Knisja Arcipretali Santwarju Mosta.
    Gimgha il-Kbira fil-Mosta. - Good Friday in Mosta.


 
Knisja Arcipretali Santwarju Mosta.
NAVIGATION
Good Friday in Mosta
Spiritual thought
Fourth Centenary
Religious Functions (1)
Religious Functions (2)
Statues (1)
Statues (2)
Statues (3)
Statues (4)
Altar of Repose
Easter
Past Photos
Filathely






    
Il-Gimgha il-Kbira f'Malta - Good Friday in Malta.

Malta bdiet tiehu r-ruh minn meta gew fostna l-kavallieri ta' San Gwann.  Il-Kavallieri giebu maghhom bicca mis-salib u xewka mill-kuruna tax-xewk ta' Kristu.  Dawn kienu meqjumin hafna fil-knisja, illum Konkatidrali ta' San Gwann.  Fis-seklu sbatax, f'Malta bdew isiru l-ewwel purcissjonijiet bi statwi li jfakkru l-misteri tal-passjoni ta' Kristu.  Dawn bdew fiz-zewg knejjes tal-Frangiskani Minuri tar-Rabat u tal-Belt.  Warajhom, dahlu fit-tliet ibliet tal-Kottonera.  Imbaghad bdew jigu organazzati f'xi knejjes Parrokjali ta' l-Irhula.

 

The Order of Saint John brought and improved traditions related with Good Friday.  The traditional Good Friday processions began in Malta in the seventeenth century and these where first organised in Rabat and Valletta.  Afterward they began to be orgainised in various villages around Malta.

Illum inhossuna konvinti li l-gurnata l-izjed adatta ghall-purcissjoni tal-Passjoni hi nhar il-Gimgha l-Kbira.  Imma fl-imghoddi, ma kienx hekk.  Il-gurnata l-izjed komunu kienet Hamis ix-Xirka.  Kienu purcissjonijiet devoti aktar minn ta' zmienna imma attraenti anqas.

 

Ghamlu zmien itawlu hafna barra.  Imma, imbaghad, b'ordni ta' l-Isqof ma kellhomx idumu izjed mit-tmiena ta' fil-ghaxija.  Ghalhekk bdew johorgu izjed kmieni.  Ir-rit liturgiku tal-passjoni u l-mewt ta' Kristu kien isir fil-ghodu, bl-adorazzjoni tas-salib.  Ma' dik il-liturgija, kienu jispiccaw il-visti tas-sepurklu, permezz ta' purcissjoni solenni s-sagrament kien jitnehha mill-artal tar-ripozizzjoni.  F'nofs inhar, kienet tibda l-priedka msejha tat-tliet sighat.  

Xi purcissjonijiet kienu jsiru l-Erbgha tat-tniebri jew Hadd il-Palm.  Imbaghad, fl-1879, l-Arcisqof Carmelo Scicluna ried jirriforma l-purcissjonijiet.  Hu ordna li jibdew isiru fil-gurnata tal-Gimgha l-Kbira f'Malta kollha kemm hi, u mhux f'gunata ohra.  Din minghajr diffikulta ntghogbot. 

 

Illum, il-Gimgha l-Kbira tilfet il-karattru liturgiku ta' l-imghoddi.  Saret pageant attraenti li jehtieg preparazzjoni u spejjez biex jigu organizzati.



Il-Vari tal-Gimgha il-Kbira fil-Mosta - Good Friday Statues in Mosta.

Barra mill-festi kbar li taghmel ta' kull sena, f'gieh il-Patruna Glorjuza taghha Marija Assunta, il-Mosta tfakkar ukoll b'ghozza, il-passjoni u l-Mewt ta' Sidna Gesu` Kristu b'wahda mill-aktar purcissjonijiet devoti u popolari li jsiru fil-gzejjer taghna matul il-Gimgha Mqaddsa.  Il-Purcissjoni ssir nhar il-Gimgha l-Kbira u tibda hierga ghall-habta tal-5:00pm. dritt wara li tintemm il-funzjoni liturgika fil-knisja Arcipretali.

 

The procession on Good Friday makes its way through the streets of Mosta starting around 5:00pm.  This annual procession involves about 500 people all performing various roles within a pageant to commemorate the Passion and Death of Jesus.

 

L-ewwel purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-Mosta saret bit-thabrik u l-hegga ta' Girgor is-sagristan tar-Rotunda, fl-1866, meta kienet ghadha kemm tlestiet mill-bini r-Rotunda.  Dik is-sena kienu hargu biss zewg vari, dik ta' Kristu fl-Ort u Kristu Marbut mal-Kolonna. Tliet snin wara zdiedu l-Vara ta' Kristu mghobbi bis-Salib u tal-Vara il-Kbira.  Aktar tard dahlu l-Vari ta' Kristu Nkurunat bix-xewk, il-Veronika, il-Monument u d-Duluri.   Dawn l-ahhar erba' vari kienu maz-zmien inbidlu ma vari aktar artisici li ghadna naraw illum.  Tajjeb li nghidu li dawn il-vari ghall-habta ta' l-ewwel nofs tas-tletinijiet tas-seklu li ghadda kien pittirhom il-pittur Guze` Briffa u zejjinhom bid-deheb.  Din id-dekorazzjoni tad-deheb ma tantx kienet intlaqghet tajjeb.  Ghalhekk regghu tpittru b'sengha kbira minn Rafel Bonnici Cali.   

Il-vari tal-Passjoni tal-Parrocci tal-Mosta huma msemmijin hafna ghall-fatt li sitta minnhom huma xoghol mill-isbah ta' Karlu Darmanin.  Il-vari jinhargu fil-knisja meta joqrob l-ewwel Hadd tal-passjoni u jigu esposti ghall-qima tan-nies fil-knisja monumentali taghna.  Il-vari huma maghammrin b'sett ta' bankuni tal-gewz mill-isbah, li barra mill-iskultura li zzejjinhom, nistghu nghidu li huma xoghol mill-ahjar ta' diversi mastrudaxxi Mostin.  Imbaghad, nhar Hamis ix-Xirka, l-istess reffiegha ta' kull vara jiehdu hsieb il-vari jigu mzejnin b'bukketti ta' fjuri.  L-istili originali ta' dan it-tizjin flimkien ma dawk il-brazzi ta' madwarhom huma karatteristika partikolarment Mostija f'din il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.

 

 

Most probably this tradition dates back to 1866.  The first procession had only two statues.  These were Christ in the Garden of Olives and Christ's scourging at the Pillar.  Three years later Christ carrying the cross and Christ's crucifixion were added.  Subsequently four other statues were added.  These were Christ crowned with thorns, the Veronica, the burial of Christ and our lady of sorrows.  These last four were later replaced.  In 1952 the statues were artistically re-painted by Chev. Rafel Bonnici Cali.

On the eve of Passion Sunday the statues are taken into the parish church and displayed on walnut platforms beautifully sculptured with emblems relating to yhr passion and death of Christ.  These platforms together with other embellishments that adorn the statues were executed over the years by various carpenters from Mosta.

 



CLICK HERE to go to the Home Page




2005Copyright©

Make a free website at Freewebs.com