Randan 2006

Nhar il-Gimgha 31 ta Marzu 2006, kulhadd gera lejn il-Knisja ta Giezu hekk kif xterdet l-ahbar illi persuna barranija kissret il-kurcifiss tar-Randan u zewg gandlieri tal-prima li kienu armati ghal dan iz zmien. 

Kien waqt il-quddies tas- 6.15, ftit minuti wara l-omelija, meta din il-persuna qamet min postha, telghet mit-tarag li hemm wara l-artal u waddbet ghal-isfel tnejn mis-sitt gandlieri tal-prima u kurcifiss li kellu aktar min 300 sena, migjub mill-Art Imqaddsa. Sfortunatament kemm il-Kurcifiss kif ukoll il-gandlieri sofrew hsarat kbar. Dak il-hin fil-knisja qam paniku kbir sakemm din il-persuna giet marbuta min xi irgiel li kien hemm u gew il-Pulizija.

Il-programm li kien imhejji ghal dik il-gurnata baqa ghaddej normali fejn fit-8 harget il-quddies bit talb specjali quddiem il-Kurcifiss Mirakoluz bhal ma jsir kull nhar ta Gimgha fil-Gimghat tar Randan.

                                        

 

Matul is-sena dan il-kurcifiss gie irrestawra mis-Sac. Charles Vella. Issa rega gie armat ghall-granet tar-Randan fuq l-artal maggur.