Introduzzjoni - Il-Purcissjoni tal Gimgha l-Kbira fil-Belt Valletta

Jinghad illi il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mill-knisja ta Giezu fil-Belt Valletta ilha tezisti minn qabel l-1673. F' dan iz-zmien insibu illi diga kienet tinkludi fiha akkumpanjament muzikali, u iktar min vara wahda.Ghall-bidu ta din il-purcissjoni kienu jerfghu il-vari il-haddiema tad-dwana li kienu meqjusa bhala benefatturi minhabba l-fatt li kienu jerfghu xi armar fl-imhazen taghhom.

Illum il-gurnata din il-purcissjoni kibret sew u hija fost l' iktar wahda popolari f' Malta. Jihdu sehem fiha iktar minn 350 ruh, li dawn jinkludu fratelli u persunaggi, reffiegha, bandisti tal- Soc. Fil. Nazz. La Vallette, il-paggi Antonjani u il-kor li jimxi mal-Monument.

Zewg faturi li jigbdu hafna nies lejn din il-purcissjoni huma is-serjeta u dinjita li wiehed isib waqt il-purcissjoni kollha, b'mod specjali hdejn il-Vara l Kbira. Il-pass tal bandisti li eventwalment jigi mehud ukoll mill-pass tar reffiegha u t-toroq dritti tal Belt Valletta joholqu ambjent uniku ghall din il Purcissjoni tant mistennija minn bosta Maltin. Fattur iehor uniku f'din il-purcissjoni huma l-mod ta kif titqassam il-purcissjoni, b'tali mod illi kull vara tieqaf f'kantuniera. Dan huwa possibli minhabba l istruttura tal-Belt Valletta.

Is-sett ta vari tal-Gimgha l-Kbira li nsibu f'din il purcissjoni huma fost l-isbah li nsibu fi gziritna. Dawn huma sett ta 8 vari li juru; Kristu fl-Ort, Kristu Ifflagellat mal-kolonna, Kristu Inkurunat bix-xewk, Ir- Redentur, Il-Veronika, Il-Vara l-Kbira, l-Mounment u d-Duluri.  


Il-Vara ta Kristu Fl-Ort

L-ewwel vara ta Kristu fl-Ort li kellna gol-Belt Valletta kienet biss korp imlibbes bir-ras, l' idejn u s-saqajn jizzarmaw. Min xi kitbiet tal-1712 li nsibu fl-arkivju nafu illi din il-vara kienet imlibbsa b "tunika nfurrata vjola, mant u hziem ta l-istess lewn." Din il vara kellha biss figura wahda, dik ta Kristu.

Fl-1729-30 saret vara ohra ta l-Ort, xoghol fil kartapesta ta Saverio Laferla. Din il-vara kienet izzanznet fl-1 ta Frar 1743, li kien habat l-ewwel Gimgha tar-Randan. Dak in-nhar kien sar pellegrinagg penitenzjali lejn il-knisja tal-Kapuccini fil-Furjana. Jinghad illi din-vara kellha anglu kbir maghha izomm f'idejh salib u kalci. Jider li dan l anglu ma kienx ta kwalita tajba u kien gie irrestawrat fl-1879 u fis-snin ta wara. Dan l-anglu kien eventwalment imbidel fl-1939 biex sar l-anglu li hemm illum xoghol ta Wistin Camilleri.


Kristu Marbut mal-Kolonna u L-Ecce Homo

 

It-tieni statwa tal-Passjoni tiffigura Kristu marbut mal kolonna u ifflagellat. Jinghad illi l-ewwel statwa kienet tinsab fuq il-lemin tal-kwadru tad-Duluri fil-Kappella tal-Kurcifiss. Din l-istatwa hu mahsub li hija xoghol Frate Umile, l-istess artist li hadem il-Kurcifiss Mirakoluz.

L-istatwa li naraw illum hija wahda mill-isbah statwi tal-Gimgha l-Kbira li nsibu f'Malta. Din hija xoghol ta Pietru Pawl Azzopardi mill-Belt. Din l-istatwa saret skond l-abbozz li kien gie approvat mill-Arcikonfraternita. Kellha tkun lesta sa xahar qabel ir-randan tal-1831, u fil-fatt f'Marzu ta l-1831 il-Marbut kien lest.

 


L-ewwel vara ta l-Ecce Homo kienet turi lil Kristu bilwieqfa hdejn kolonna u zewg personaggi Lhud li l-ucuh taghhom hadmitom Suor Maria De Domenicis. Fl-1737 dan l-Ecce Homo jider li kien irrestawrat flimkien ma statwa izghar li kienet titella fuq il-pulptu hdejn il-predikatur waqt il-Priedka tal-Passjoni. Din l-istatwa jider li kienet mizmuma b' ghozza kbira u ta spiss hareg f' pellegrinaggi penitenzjali. Fl-1682 ittiehed f' pellegrinagg lejn il-knisja tal-Kappucini fil-Furjana. L-istess gara fl-1714, meta fl-14 ta Jannar b' ordni ta l-Isqof sar talb specjali ghax-xita. Terga fl-14 ta April ittiehed ukoll f' purcissjoni penitenzjali flimkien ma l-istatwa ta Sant Antnin lejn il Knisja ta San Publiju fil-Furjana. 

Qabel l-1773 dan l-Ecce Homo inbidel biex saret il-vara li ghandna illum. Din il-vara hija xoghol mill-isbah fl-injam ta artist mhux maghruf.


Il-Veronika u r-Redentur

Nafu illi fis-sena 1710-1711 kien sar xi hlas lil Tommaso Fava talli ghamel statwa tal-Veronika. Din l istatwa kienet imlibbsa qmis bajda, tunika vjola, u mant ta l-istess kulur. Barra il-maktur li kienet izomm din il-vara kellha ukoll maktur madwar rasha.

Il-vara li naraw illum saret fl-1737 minn Mastro Saverio Laferla u inzebghet darbtejn mir-Rev. Carlo Dimech. Il-Maktur li izzomm f'idejha tbiddel kemm il-darba. Nafu li mill inqas tpitter fl-1830 minn Annibale Farrugia, fl-1940 minn Carmelo Sapiano, fl-1957, Oscar Testa u fl-1965 Raffaele Bonnici Cali. Ir-Raggiera ntaljata fil-fidda tider l-ewwel darba fl-inventarju tal-1796.


L-ewwel vara ta Gesu Redentur fil-Belt Valletta kienet imlibbsa bid-drapp. Din il-vara kienet turi lil Kristu imlibbes vjola u mhazzem bi hziem ta drapp.

L-ewwel statwa tal-kartapesta kienet xoghol ta Mastro Saverio Laferla. Fl-1830 jidher li din l-istatwa inbidlet ma ohra ta Mastro Salvatore Psaila wara li ta Laferla kienet kwazi inqerdet ghall kollox b'xi nar. Fl-1889 insibu li saret statwa ohra izda ma nafux min ghamilha. Jider illi din l-istatwa m'intoghgbitx. Giuseppe Dimech kien lest illi jaghmel vara ohra bil-kundizzjoni li dik li kellhom il-fratellanza jehodha hu u jkun jista jaghmel uzu minnha.

Skond P.P. Castagna, Carlo Darmanin ghamel statwa tar-Redentur ghall-Kunvent ta Giezu tal-Belt u skond P. Gorg Scerri O.F.M.din l-istatwa illum tinsab fil-knisja ta San Gejtanu il-Hamrun. Jekk lil Giuseppe Dimech inghatatlu dik li ghamel Darmanin, u hu taha lil knisja tal-Hamrun ma nafux. Din li ghandna illum ma nafux min ghamila izda bosta isostnu illi hija xoghol ta Darmanin.


Il-Vara l-Kbira

L-ewwel vara tal-Kurcifissjoni jew ahjar il-Vara il-Kbira tal-Belt kient imlibbsa bid-drapp. Id-duluri kienet imlibbsa qmis bajdanija, tunika ta lewn vjola skur, mant infurrat bil-lama u zewg imkatar ma rasa. Fl-1712 kien ukoll ittiehed drapp vjola mbrokkat ta ventartal biex tbiddlet it-tunika. San Gwann kellu qmis ta lewn abjad u tunika hadra b'mant ahmar filwaqt li l-Maddalena kellha qmis bajda u tunika u mant vjola.

Fl-1729 kienu inbiddlu l-figuri tad-Duluri u San Gwann izda fit-18 t' April 1741 tlestiet il-vara l-gdida xoghol ta Mastru Saverio Laferla. Fl-1789 saru tlett raggieri tal-fidda u vasett (tal-balzmu) fl-injam argentat.

Fl-1854 saret vara ohra xoghol Mastro Salvatore Dimech, liema vara ghada titgawda sal lum.


Il-Monument u id-Duluri

L-ewwel darba li nsibu referenza ghal l-istatwa tal-Monument kien fl-1673 meta giet mizbugha minn Baldassare Ciantar. Minkejja il-faqar kbir fost il-poplu kawza tal-pesta ta l-1676, fl-1682 sar Monument gdid. Ghalkemm fl-1728 kienet saret vara ohra, fl-1766 inhasset l-htiega li jerga jiggedded  u bosta devoti ghenu fin-nefqa fosthom l-istess Isqof tad-Djocesi Mons. Bartolomew Rull.

Id-disinn tal-Monument li naraw illum huwa xoghol l-Prof. Dr. Nicola Zammit. L-angli huma xoghol mill l-isbah ta Mastro Carlo Darmanin u saru fl-1868, u regghu inzbghu mill l-istess Darmanin fl- 1885. Kienu irrestawrati fl-1937 minn Carmelo Sapiano u fl-1955 minn Giuseppe Caruana. Fl-1973 il-Monument kien rega gie imgedded, u r-rakkmu trasportat wara li kiem ixxarrab fil-maltemp ta l-1971. Mal-Monument jimxu erba` kanonci tal-Kollegjata ta San Pawl Nawfragu. Quddiem il monument timxi il-komunita tal-patrijiet frangiskani.

 

Il-Vara ta Marija Addolorata hija wahda mill isbah vari mis-sett u ta kull sena tigbed warajha eluf ta Maltin fil-Pellegrinagg Nazzjonali f'Jum id-Duluri. Din il-vara saret fl-1740 minn Saverio Laferla. Fl-1868 giet irestawrata minn Antonio Fenech u reget giet irrestawrata minn Giuseppe Carunana ta Bormla fl-1952. F' dan ir-restawr kien tbiddel il-pozizzjoni tal wicc. Fl-istess sena kienet ukoll saret tiswija, inata banju tad-deheb u tqieghedu l-fosos fic-cinturin, sadli, u stellarju. L-ahhar restawr sar fis-sena 2006 mis-Sac. Charles Vella.