Il-Kurcifiss ta l' injam kien gie solennament espost ghad-devozzjoni tal-poplu bejn wiehed u iehor 375 sena ilu, madwar is-sena 1630. Hekk kif gie mqieghed f' kappella fil-Knisja Frangiskana ta Giezu qajjem mill-ewwel mewga ta kommossjoni fost l'abitanti tal-Belt Valletta. Pellegrinaggi bla waqfien, talb specjali f'xi dizastru nazzjonali u talb ta ghajnuna kontra l'inkwiet tal-hajja ta kuljum, dawru din l opra ta fidi u arti; u kien bir-ragun li ghall-hiena li beda juri mal-poplu Malti beda jissejjah "mirakoluz" mill-ewwel mumenti li deher fl istorja religjuza ta pajjizna.
In-numru kbir ta quddies li thalla biex isir quddiemu, huma ukoll xhieda ta l'imhabba li sa min dejjem gibed lejh dan il-kurcifiss. Kif inhi xhieda sallum dik il-kwantita kbira ta xemgha li tixghel kull hin quddiemu. Fi zmien ir-Randan missirijietna minn dejjem fittxew il-wens taghhom f' riglejh. Nafu minn dokumenti tal-1705 li n-nies ma kenitx taqta minn quddiemu. U dan nistghu intennuh ahna llum ukoll.
Fir-realta dan il-kurcifiss huwa wiehed mill aktar espressivi, opra ta l aqwa skultur sagru ta zmienu, Frate Umile Pintorno min Petralia Soprana (Provincja ta Palermo), li kien wisq maghruf bhala venerabbli u beatu, ghat tjubija ta hajja li kien jghaddi.
Din ix-xbieha meqjuma bl' akbar ghozza f'din il-knisja ta Giezu fil-Belt Valletta turi l-wicc sabih ta kristu itturmentat bl ugiegh tal Passjoni, izda qatt mirbuh bhal ma juru il-fattizzi li juruh bhala bniedem kif ukoll Alla. Il-gisem ftit zbilancjat lejn in-naha tal-lemin jaghti sens drammatiku tal-mument krucjali tal "Consumatum Est" li l'artist ried juri fil-gbid tal-muskoli u il-legamenti ta l' id li jintlewew ghall-piz ta gisem mejjet.
Il-pjagi mdemmija fis-sider iridu bhal speci juruna dik il-qalb li tant habbet l' umanita, waqt li l pjaga maghmula mid-daqqa ta lanza turina xmara ta demm u ilma li tnaddaf lid-dinja. It-tbengil u l-pjaga li tider fuq l ispalla ix xellugija turi il-piz hekk qawwi tas Salib, li Hu ha fuqa - id dnubiet kollha ta l' umanita.
Ir-ras miksija b'xaghar sabih, qeda inklinata lejn il-lemin fejn jidhru tlett qattriet kbar ta demm li hargu mill-kuruna tax-xewk kbira li minnha tlett xewkiet jidhru ghaddejin mill-wicc u mill-kappell ta l' ghajnejn. Bi spiritwalita ta l' ghageb dan il wicc, issa bla hajja, jidher b' serenita fuqu, b xuftejh imbexxqa f' nofs tbissima, bl' ilsien jider bhal speci qieghed ilissen mahfra u paci. Ghalkemm dan il-kurcifiss jurina lil Kristu mejjet, flimkien ma sens ta tbatija kbira tohrog ghajta ta mhabba, konsolazzjoni u speranza.
Id-dettalji u il-perfezzjoni artistika ta kull kurcifiss ta Frate Umile kif ukoll il-qaghda difficli u fl' istess hin naturali tar-ras tal-kurcifiss kienu il-bidu tal-grajja sopranaturali li intrabtet sew mal-kurcifissi kollha ta dan l' artist ta fama qaddisa.
In-nies ta zmienu ma kienux jemmnu f'din il perfezzjoni artistika minghajr l' ghajnuna diretta mis-sema. Filfatt kienu jahsbu li l' artist Frate Umile kellu l' angli jghinuh. Mhux fis-sens li tohodlu min idu il-furmatur, imma fis-sens li juri fl iskultura, il-qawwa mistika li kien jghaddi minnha waqt dan ix-xoghol.
Mill-ghamla artistika u mid-devozzjoni li dawn il-kurcifissi jnisslu jidher car li mhumiex xoghol ta idejn ta bniedem wahdu. Minn hawn twieldu il-leggendi kollha li 'ras il kurcifiss' saret mill-angli. Leggenda maghquda max-xogholijiet kollha ta Frate Umile, leggenda mibnija fuq verita spiritwali.

Din il-leggenda qanqlet lin-nutar Francesco Dos biex jaghti forma legali lil dak li kien jaf bih kulhadd. L-ghan ewlieni ta dan l-att notarili kien biex ghal dejjem tintwera l-provenzja mirakoluza ta dan il-Kurcifiss.
Kien nhar id-9 ta Settembru 1742, meta fis-satra tad-dar ta certu Francesco Romeo, fratell tal-kurcifiss, xih u qrib tmiem hajtu, in-nutar Dos jghidilna li dahhal fl'atti notarili tieghu grajja li kulhadd kien jaf bl'ghan li titwemmen aktar din il-grajja kurjuza.
Dan jghidilna li Francesco Romeo, madwar 45 sena qabel kien prokuratur tal-Fratellanza tal-Kurcifiss u ordna li jsir kurcifiss ghand Patri Frangiskan Taljan li inzerta kien Malta fi triqtu lejn it Terra Santa. Wara dan it-taghrif inizzel l istorja ta kif saret ir-ras. Dan jispjega kif ftit jiem qabel ma kellu jikkunsenja il-Kurcifiss, il Kurcifiss kien ghadu bla ras. Huwa jkompli jispjega kif wara li raqad sab ir-ras lesta fuq il-bank ta l'ghodda.
Meta n-nutar qal fl'1742, li Romeo ordna l' kurcifiss 45 sena qabel, il-kurcifiss jigi li sar fl'1697. Madanakollu dan ma jistax ikun ghaliex Frate Umile miet fid-9 ta Frar 1639, 58 sena qabel. U bejn l' istqarrija ghand in nutar fl' 1742 u l-mewt ta Frate Umile lahqu ghaddew 103 snin! Dan jurina illi din l-istorja ma jistax ikun li hija minnha u inholqot biss biex taghti iktar credibilita l istorja ta 'ras il-kurcifiss'.
Ghalkemm qabel il-Kurcifiss ta Giezu kien meqjuz bhala xoghol ta Frate Innocenzo minn Petralia, (l-istess artist li hadem il-Kurcifiss tal-Katidral) illum nafi illi il-Kurcifiss ta Giezu tal-Belt huwa xoghol ta Frate Umile minn Petralia.
Frate Umile kien Patri Frangiskan li twieled f' Petralia Soprana fl-1600. Haga illi zgur kienet tispicca ferm fil hajja qaddisa li kien jghix kienet zgur l-imhabba u d-devozzjoni li kellu lejn il-pjagi ta Kristu, u dan jidher car fil Kurcifissi kollha li ghamel. Minhabba d-dettal u l-mod perfett tar-ras il-Kurcifissi li ghamel twieldet il-leggenda li Frate Umile kellu l-angli jghinuh, billi jaghmlu "r-ras."
Madanakollu, nafu bic-cert li qabel ma kien jibda jiskolpixxi Frate Umile kien iqerr u meta darba dahal fuq Frate Umile patri iehor dan sabu jiskolpixxi u jimmedita bid-dmugh f' ghajnejh. L-Isqof Michele G. Balaguer Camarasa, wara li ra il-Kurcifiss qal illi ma jistax jikkumenta ghajr jghid illi Frate Umile kien ragel twajjeb u ta qdusija kbira.

Kien ilu jinhass il-bzonn illi isir restawr fuq il-Kurcifiss Mirakoluz ta Giezu biex jerga lura ghall l' istat originali tieghu. Dan ir-restawr sar min Samwel Bugeja bejn Lulju u Settembru tal-1978. Dawn li gejjin huma xi karatteristici li hargu waqt ir restawr.

Fl' istess zmien giet rinovata ukoll in-nicca fejn gew skoperti zewg pannelli ppitturati fil-gnub tan-nicca. Dawn kienu jinsabu imbarrati taht injam imsammar. Filwaqt li dawn is-sejbiet kienu ta sodisfazzjon kbir ghal kull min sar jaf bihom, dan il-fatt gie kkunsidrat bhala inspjegabli. Dawn il-pannelli huma pinguti bil-kuluri taz zejt u gholjin madwar sitt piedi. Jirraprezentaw il-Maddalena fuq naha u figura ohra femminili li tirraprezenta wahda min nisa twajba li kienu prezenti waqt il-Kurcifissjoni.
Il-pittura li turi l Maddalena hija superjuri ghall figura l' ohra. L-istil tal-pittura huwa dak ta Stefano Erardi. Jekk humiex xoghol ta Stefano Erardi jew ta Alessio Erardi, jew xoghol kombinat tat tnejn, wiehed ma jistax jghid b' certezza.