Il-Purcissjonijiet tal-Gimghat tar-Randan jew "i venerdi di Marzo" jafu l-origini taghhom mill-Fratellanza tas-S.S. Sagrament tal-Parrocca tal-Porto Salvo, wara il-Bulla Pastoris aetemi li l-Papa Grigor XIII hareg fl-1573 u li kienet taghti indulgenzi specjali lill-imsehbin fil-fratellanzi tas-Sagrament li kienu jaghmlu dawn l-istazzjonijiet.
Il-Fratelli kienu jimxu wara standard iswed, u il-patrijiet wara s-salib tal-kleru. Warajhom kienu jimxu zewg daqqaqa bil-vjolin flimkien ma xi erba` kantanti li matul it-triq kienu ikantaw il-Miserere. Fil-Purcissjoni kienet tohrog ukoll vara tal-Madonna, aktarx id-duluri. Jekk inhu hekk, nistghu nghidu li din kienet l-ewwel vara tad-duluri li harget fit-toroq tal-Belt taghna.
L-istazzjonijiet jew il-purcissjonijiet tar-Randan b` funzjoni specjali u purcissjoni lejn il-knisja bdew isiru minn meta twaqqfet l-Fratellanza tal-Kurcifiss (1646) il-quddiem. Dan x'aktarx li beda jsir wara li l-purcissjonijiet mill-knisja tal-Porto Salvo kienu inqatghu.

Fl-istatut ta l-1647 insibu taghrif dettaljat dwar kif kienu jsiru dawn il-purcissjonijiet u kif kienu jilbsu il-fratelli. Bhala purcissjonijiet jissemmew li kienu jsiru b mod solenni dawk tat-3 ta Mejju, festa tas-Sejbien tas-Salib, ta l-14 ta Settembru, festa ta l-Ezaltazzjoni tas-Salib, il-Gimghat ta Marzu ta matul r-Randan u l-Gimgha l-Kbira. F`dawn il-purcissjonijiet il-fratelli ma setghux jilbsu ilbies sinjur bhal ghenuq, crieket, ingwanti u kmiem barranin. Dawk illi kineu jonqsu milli jattendu kienu obbligati ihallsu xemgha ta kwart ghas servizz ta l-Artal tal-Kurcifiss.
L-ilbies jikkonsisti f' kunfratija ta drapp rozz ta ebda htiega li jinhasel, twila sa fuq il-pala tas-sieq, u bil-kapocc li jghatti r-ras. Bhala hziem, habel li mieghu tiddendel kuruna tar-ruzarju, muzzetta ta kulur l-irmied u sandli f`riglejn hafjin. F`id ix-xellugija jgorru salib ta l-injam lewn il-qastan twil erbat ixbar li jzommuh fuq l-ispalla tax-xellug u fl-id l-ohra xemgha safra ta hmistax-il uqija.
Fil-Gimghat kollha ta Marzu in-nies kienet tiffrekwenta l-knisja iktar mis-soltu, minkejja t-tarag twil li ghandha. Fl-artal tal-Kurcifiss fil-ghodu kmieni kienet issir quddiesa kantata bl-epozizzjoni tas-S.S. Sagrament ezatt kif kien isir fil-Bazilika tal-Qabar ta Kristu f`Gerusalem.
Fil-ghaxija mbaghad issir il-priedka skond il-misteru kontemplat f`dik il-gimgha u wara issir l-purcissjoni. Biex in-nies tilhaq tingabar kienu jdoqqu it-trattamenti bil-muzika. Jigifiri d-daqq ta xi sinfonija; u dan minkejja li Gesu ikun ghadu espost. Haga li ma kienet tixraq xejn tant li fl-1738 dan kellu jitnehha.

Dwar dawn il-priedki kien intlhaq ftiehim li darba taghzel il-predikatur il-komunita tal-Patrijiet u darb`ohra l-Fratellanza. Il-Purcissjoni kienet issir wara l-priedka u wara li tkun spiccat ukoll dik tal-kwarezimalista ta San Gwann biex in-nies tilhaq tkun tista tiehu sehem. Dawn il-purcissjonijiet kienu jinvolvu spiza mhux hazin ghall dak iz-zmien b`mod specjali minhabba il konsum tax-xemgha. Ghalhekk kien isir gbir fit-toroq, barra dak fil-knisja u n-nies tinghatalhom kuruna.
Fl-1778 kien gie deciz li l-knejjes stazzjonali ikunu stabbli. Kristu fl-Ort jidhol fil knisja tal-Maddalena, il-Marbut f`Sant Ursola, l-Ecce Homo f`Santa Katarina, l-Imghobbi u l-Veronika f`tal-Griegi u l-Gizwiti, il-Vara l-Kbira f`Santu Rokku u d-Duluri f`San Gakbu. Madanakollu gieli sar xi tibdil skond il-htiega anke minhabba ix-xita.
Fis-seklu taghna l-istazzjonijiet kienu hekk; l-Ort jieqaf Sant Ursola, il-Marbut f`Santu Rokku, l-Ecce Homo f`Sant Ursola, l-Imghobbi u l-Veronika f`San Pawl, il-Vara l-Kbira f`Santu Rokku u d-Duluri fil-Gizwiti. Din l-ordni inzammet sakemm l-istazzjonijiet inqatghu ghall kollox u baqa biss l-istazzjon tad-Duluri b`waqfa fil-knisja tal-Monnasteru f`Sant Ursola. Kull darba li kienet tieqaf il-vara quddiem il-knisja li tkun, kienu jidhlu biss il-kleru u l-fratelli.

Fil-bidu tas-seklu taghna dawn il-purcissjonijiet tar-Randan bdew jitilfu hafna mill-popolarita. Il-patrijiet ma kienux kuntenti li minflok fratelli kienu qed jiehdu sehem tfal. U proprju ghalhekk li din il-purcissjoni tlaqqmet bhala il-purcissjoni tas-sefturi ghax dawn kienu jkunu jihdu hsieb ta salt tfal liebsin l-izmarer. Fl-1918 il-Vigarju Provincjal P. Frangisk Galea ried izommhon tant li nqala l-inkwiet u kellu jintervjeni l-Isqof Mons. Anglu Portelli OP.
Madanakollu il-purcissjonijiet baqghu sejrin lura tant illi fl-1970 kellom jinqatghu ghall-kollox. Illum ghadu jsir biss is-sitt stazzjon bil-vara tad-duluri, li tieqaf fil-knisja ta Sant Ursola. Waqfa li jkun dnub li tinqata meta tfakkar fil-grajja tal-purcissjonijiet tal-Gimghat tar-Randan li l-Fratellanza taghna bdiet fl-1647.