Il-Festa tad-Duluri fi Zminijietna

Gimgha qabel il-Gimgha il-Kbira, f'Malta niccelebraw il-Festa ta Marija Addolorata. Bosta Maltin izuru din il-Knisja ta Giezu f dan il-jum tant devot b'mod specjali waqt il-Pellegrinagg Nazzjonali li jitmexxa ta kull sena minn Mons. Arcisqof.

M' hemmx ghalfejn nghidu wisq kemm Malta bi hgara tersaq lejn Ommna Marija Addolorata meqjuma ghal sekli shah f'din il-Knisja. Missirijietna qabilna imxew hafjin u niedma wara x-xbieha taghha fit-toroq ewlenin tal-Belt. Talbuha herqana biex tharishom mill-mard, mill-gwerer, mit-taqlib u min-niket tal-hajja. It-toroq tal-Belt qatt ma jintlew b'daqsekk nies daqs nhar il-purcissjoni tad-Duluri.

Mas-seklu taghna n-nies tant kotrot li kibret il-biza li tigri xi dizgrazzja jekk wara il-purcissjoni tkompli tinghata l-barka fil-knisja. Ghalhekk il-Fratellanza waslet li twaqqaf palk f'nofs triq San Pawl fejn il-pellegrinagg penitenzjali jintemm bil-Barka Sagramentali. Matul it-triq kollha jinghad ir-ruzarju u jsir talb iehor min fuq "loud speakers" imferrxin matul it-toroq kollha tal-purcissjoni. Dawn intuzaw l-ewwel darba fl-1946.