Armar fil-knisja

Qabel r-riforna liturgika tal-Koncilju Vatikan II il-knisja ta Giezu kienet tintrama b`damask iswed ghal dawn il-granet. Barra min hekk mal-pilastri kienu jiddendlu ukoll kwadri b`xi simboli tal-passjoni u skrizzjonijiet bil-Latin. Filfatt nafu li fl-1714 kienu saru sitt kwadri ghall pilastri u fl-1716 saru erbgha ohra ghall kappella tal-Kurcifiss. Wara l-artal kien jiddendel ukoll pavaljun kbir iswed b`salib kbir f`nofsu u li kien jghatti l-kor kollu.

Muzika waqt l-Purcissjoni

  • Tnabar u Fifri

Wara l-istandard vjola (fl-antik iswed) li jiftah il-purcissjoni insibu id-daqqaqa tat-tnabar u l-fifri. Fl-arkivju insibu referenza ghalihom fejn, fl-1801 in-nefqa taghhom kienet ta skud u erba` rbghajja u fl-1824 kienu thallsu erba` skudi lil Saverio Schembri ta "due tamburi e due fifere". Fl-1835 dawn indaqqu minn nies tas-Servizz. Fl-1822 jissemmew "due tanburri, un ottavino e una gran cassa", filwaqt li fl-1828 jissemmew sitt tnabar, "Tanburro Maggiore del Regimento", u baqghu jissemmew sa l-1832. Mill-1948 bdew jaghtu is-servizz taghhom il-Boy Scouts.

  • Trombi u Bugles

Dawn jindaqqu fil-kantunieri quddiem r-Redentur. L-ewwel darba li jissemmew kien fl-1827. Fl-1928 hadu sehem ghal l-ewwel darba il-Baden Pawell`s Boy Scouts tal-Hamrun. Warajhom kienu jigu dawk tal-Marsa u illum jigu s-Salesian Boys` Brigade.

  • Muzika u Kant

Fl-ewwel kont li jezisti, dak tal-purcissjoni ta l-1673, tissemma il-muzika, li kienu jimxu mal-Monument u jkantaw il-Miserere: "fatto a falso bordone", kif ukoll jdoqqu mill-gdid fil-knisja hekk kif jidhol kollox. Fl-1803, nafu illi l-Maestro di Cappella kien Pietro Paolo Bugeja li thallas hamsa u erbghin skud spejjez tal-muzika. Fl-1814 nafu li din il-muzika ta l-istess Maesto di Cappella kienet tikkonsisti fi tlett vucijiet, zewg vjolini u fagott. Sentejn wara jissemmew is-sehem ta suldati izda ma nafux ta liema regiment.

Fl-1864 kien jihu sehem il kor ta l-Istituto Maltese d`Educazione Cattolica imwaqqfa fil-knisja ta San Gakbu. Fl-1972 dan il-kor ma kienx ha sehem u sa l-1972 in-numru ta tfal kien naqas hafna. Fi zmien il-gwerra kienu jihdu sehem il-kor tal-Muzew tal-Furjana sakemm wara il-gwerra reghu dahhlu il-kor ta San Gakbu b`70 ruh. 

 

Meta ma hargitx il-Purcissjoni.

Nistghu nghidu li mill l-1673 il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-Belt harget dejjem jekk taqta xi snin li ma hargitx minhabba mard li jittiehed, xita jew gwerra. Wahda min dawn is-snin kienet fl-1676 fejn il-purcissjoni ma kienitx harget minhabba il-marda tal-pesta li kien hawn. Filfatt fid-19 ta Marzu 1676 kienet harget ordni li ma jithallewx isiru iktar purcissjonijiet sakemm jaghddi dan iz-zmien ta mard. Dik is-sena kienu lahqu saru tlett purcissjonijiet tar-Randan.

Kien hemm xi nin fejn il-purcissjoni ma hargitx jew sfrattat minhabba ix-xita. Hekk gara fl-1754, fl-1761 u fl-1763, fejn kienet idahhlet fil-knisja tal-Porto Salvo (San Duminku) minhabba ix-xita qliel li bdiet niezla. Fl-1774 regghet inqabbdet fix-xita waqt li kienet in-naha ta Sant Iermu u tferrxet kull fejn setghet issib kenn. Hekk il-vari dahhlu fil-knisja tal-Maddalena, u l-Monument bil-patrijiet l-ewwel waqfu f`Santa Katarina u imbaghad komplew bil-purcisjoni sal-knisja.

Fl-1822 kienet qabbdet ix-xita waqt li l-vari kienu vicin tal-knisja tal-Porto Salvu. Peress li sak iz-zmien il-purcissjoni tal-Belt kienet tohrog f`Hamis ix-Xirka, il vari kienu thallew hemmek u tkompliet il-purcissjoni l` ghada il-Gimgha, jum il-Gimgha l-Kbira. "Kienet dehra tassew sabiha u mhux tas-soltu. L-ewwel mexa l-istandard tal-Kurcifiss u warajh il-Fratellanza tieghu; warajh taht l-istess standard imxew il-fratelli tas-Sagrament. iz-Zewg retturi mxew flimkien.....kienet dehra ta edifikazzjoni ghall-kulhadd".

 

 

Fl-1844 kien rega gara l-istess, u l-ghada kien hemm purcissjoni li tassew kien fiha x`tara: folol kbar ta nies kienu gew il-Belt biex jarawha....barra mill-Fratellanza tas-sagrament stiednu wkoll lill-Fratellanza ta San Vincenz Ferreri u l-komunita Dumnikana....id-Dumnikani mxew fil-lemin u l-Frangiskani fix-xellug. Kienet purcissjoni tassew spettakulari"

Fl-1866 ix-xita bdiet quddiem il-Gizwiti u l-Monument dahhluh ghall-kenn tat-tinda tas-suq u d-Duluri dahlet f`San Duminku.

Minhabba in-numru kbbir ta attakki mill-arju li kien qed isiru matul is-sena 1942, dik is-sena il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ma kinitx harget. Is-sena ta wara kienet harget biss is-Duluri u fil-gimgha l-Kbira il-Monument wahdu.

Ricentament, fis-sena 1998 kienet ukoll ghamlet ix-xita kwazi matul il-guranata kollha u filfatt kienu bosta purcissjonijiet li intlaqtu, Madanakollu nistghu nghidu li l-purcissjoni tal-Belt kienet wahda mill l-inqas li intlaqtet. Il-vari kollha kienu akkumpanjaw u minkejja it-temp ikrah u x-xita tal-hamrija kompliet tqattar ghal hin twil, it-triq tal-purcissjoni ma nbiddlitx. Il-partecipanti bil-kostumi u r-reffiegha ghagglu kemm setghu u ghall-habta tat-8.30 p.m. - id-8.45p.m. dahlet kollha kemm hi.

Fis-sena 2002 f' bosta irhula kien gie deciz li l-purcissjonijiet ma johorgux minhabba it-temp ikrah u x-xita. Hekk ukoll gara fil-Belt Valletta fejn ftit wara l-funzjoni tat-3 il-vari bdew jigu zarmati u mdahhlin mill-gdid fl-Oratorju. Madanakollu fil-belt, fit-3 ta Mejju ta l-istess sena kien gie organizzat Pellegrinagg Nazzjonali bil-Kurcifiss Mirakoluz bhala mixja ta paci fl-Art Imqaddsa.

 

Ir-Reffiegha tal-Vari

Ir-Reffiegha mhux bilfors li dejjem kienu fratelli. Fil-bidu tal-purcissjoni dawn kienu jkunu haddiema tad-dwana li l-Fratellanza kienet tqishom bhala benefatturi ghaliex fl-imhazen taghhom kienu izommu xi armar u kienu ukoll jigbru xi flus li kien imur ghall-Fratellanza.

Fl-1939 kienet bdiet dihla id-drawwa li meta tieqaf il-purcissjoni r-reffiegha jinzlu gharkubbtejhom. Madanakollu gieli saru xi abbuzi u s-serjeta naqset ukoll. Ghalhekk fl-1949 bdiet tintalab l-kondotta ta dawk li jkunu se jerfghu.

Fl-1890 il-konsulta iddeciediet li tahtar fratell ghall kull vara li jkun responsabli mill-vara. Gie deciz li hadd ma jista jafda l-bastun tieghu f`idejn haddiehor halli jmur jixrob u l-forcini ghandhom ikunu libsin ta fratelli ukoll. Dawn ir-regoli gew obduti. Difatti l-purcissjoni tal-Belt hija famuza ghas-serjeta taghha.

Sa minn qabel ir-Randan il-vara tigi moghtija lil persuna responsabli, li jkollu josserva certa regolamenti. Wahda mir-regoli hija li l-ebda tizjin mal-vara ma jista jsir jekk mhux bil-permess tal-prokulatur generali, u jekk isir xi gbir dan ghandu isir propjeta ta l-Arcikonfraternita. 

Dawl

Fl-antik id-dawl kien biss jew tax-xemgha jew taz-zejt. Infatti l-akbar nefqa ta kull festa kienet tkun tax-xemgha li tigi ikkonsmata. Bla dubju il-Gimgha l-Kbira kienet iggib maghha l-akbar konsum tax-xemgha, kemm ghall-knisja, l-Oratorju, il-kuriduri tal-kunvent u l-vari.

Lejn l-1873 beda jintuza il-gass. Infatti il-vari kienu jinxtalu bit-tank ta l-acetilena. Fis-sena 1875, l-oratorju minn barra gie mdawwal b'hamsin tazza biz-zejt. Fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ta l-1892 intuzaw mija u tnejn u sittin globu fil-"brackets" tal-gass, tnejn u ghoxrin fi Triq San Pawl u San Giovanni, sitta u ghoxrin hdejn l-istatwa ta San Frangisk u sebgha hdejn dik ta Sant Antnin.