L-istandard tal-Fratellanza tad-Duluri
Is-Salib u t-Torci
Il-Bandalora tal-'Passio'
Din il-bandalora ilha sa minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija ghand il-Prokura tal-Gimgha l-Kbira. Fis-snin sebghin, il-kliem ta' fuq din l-istess bandalora gie rrakmat bid-deheb.
Kristu fl-Ort tal-Getsemani
"Missier, jekk trid, warrab dan il-kalci minni; izda mhux ir-rieda tieghi, imma ssir ir-rieda tieghek. U deherlu anglu mis-sema jfarrgu..."
L-istatwa ta' Kristu fl-Ort tal-Getsamini, xoghol ta' l-artist Renzo Gauci - 2000
It-Tradiment ta' Guda
"Guda, b'bewsa int titradixxi lil Bin il-Bniedem?"
L-abbozz tal-vara tat-Tradiment ta'Guda, propjeta' tas-Socjeta' Filarmonika l'Unione ta' Hal Luqa
L-istatwa tat-Tradiment ta' Guda, xoghol ta' l-imghallem Glormu Dingli - 1973
Kristu marbut mal-Kolonna
"Imbghad Pilatu ordna li jiehdu 'l Gesu' u jaghtuh is-swat."
L-istatwa tal-Marbut, aktarx xoghol ta' Mastru Giuseppe Vella (c. 1830). Din il-vara sofriet diversi hsarat waqt it-tieni gwerra dinjija, u giet irrestawrata mill-imghallem Karmenu Mallia fl-1947. Xoghol iehor ta' restawr sar mill-artist Renzo Gauci fl-2006.
Kristu Nkurunat bix-xewk
"Is-suldati nisgu kuruna tax-xewk u qieghduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar ahmar skur."
L-istatwa tal-Ecce Homo, aktarx xoghol ta' Mastru Giuseppe Vella (c. 1830). Din il-vara giet irrestawrata minn Glormu Dingli fis-snin sittin, u fl-2006 mill-artist Renzo Gauci.
Il-Bandalora tal-S.P.Q.R.
Din il-bandalora, li hija maghmula mill-bellus u rrakmata bid-deheb, giet imzanzna fl-1976. Tlestiet ghal kollox is-sena ta' wara, u hallas ghaliha is-Sur Guzeppi Galea. Ir-rakmu huwa xoghol tas-Sorijiet Karmelitani (Kercem - Ghawdex), filwaqt li x-xoghol tal-fidda 'a martello' sar mid-ditta J. Aquilina & sons ta' Hal Qormi.